User Name  Password
Festi Interni
Hop to: 
 
 Kuntent's Recent Posts
Kuntent
http://festiinterni.aimoo.com
Rank: none
Status: Nindaga
Score: 6
Posts: 6
From: Malta
Joined: 08/09/2009
Member of: Festi Interni


Posted on 11/04/2009 04:40 AM

Ara veru dan il-forum mejjet!

Mela l-Knisja toħroġ dokument dwar kif trid tiddetta fil-festi u kullħadd hawnhekk immuta!

Għandkom kuraġġ ukoll!! Jewwilla, għamlilkom sarima il-Monsinjur Gouder?

Intom taqblu jew le mad-dokument ta' Monsinjur Gouder (hu l-perċimes is-soltu)? Jien ngħid għalija

LE U LE!!

Għada hemm Xarabank, ta' min jarah u wara nitkellmu hawnhekk.


 



Posted on 09/02/2009 13:34 PM

Polemiċi bla bżonn
minn Jose' Herrera

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=56343
Apprezzajt ħafna d-diskors li għamel l-eks-President ta’ Malta Guido de Marco fil-każin ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun fl-okkazjoni tal-festa. F’erba’ kelmiet imqanqlin, spjega l-veru sinifikat tal-festa. Il-kelliem dehrlu li kellu jispjega li l-festi tagħna għandu jkollhom żewġ aspetti.

L-aspett reliġjuż tal-festa tal-lokal, għandu jiġi rispettat u jingħata prominenza. Wara kollox, dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huma fl-essenza tagħhom, ta’ natura reliġjuża u jsiru taħt il-kappa tal-Knisja Kattolika f’pajjiżna b’turija ta’ reverenza lejn qaddis partikolari. Spjega għalhekk, li jekk jitneħħa l-aspett u s-sinifikat reliġjuż mill-festa, din tispiċċa bla sustanza u bla skop. Kien f’dan l-ispirtu li huwa ħeġġeġ liċ-ċittadini tal-lokal li ma jabbandunawx iċ-ċerimonji spiritwali, dawk li aħna nirreferu għalihom bħala l-festa ta’ ġewwa.

Filfatt, sfortunatament, mal-milja tas-snin, l-enfasi dejjem aktar qiegħda tkun fuq il-festa ta’ barra u n-nies li jattendu għall-funzjonijiet tal-Knisja qegħdin dejjem jonqsu. L-eks-President, għalhekk sab l-okkazjoni biex iħeġġeġ lill-miġemgħa tagħraf iżżomm bilanċ.

Fl-istess nifs però, il-kelliem ma żammx lura milli jafferma l-importanza u l-bżonn ukoll li jkun hemm il-festa ta’ barra bil-marċi u l-briju kollu. Din hija drawwa folkloristika Maltija li ġġib il-ferħ u li għalhekk għandha tippersisti.

F’dan ir-rigward jidher li ċerti awtoritajiet ekleżjastiċi qegħdin iqajmu polemika fuq polemika li m’għandux ikun hemm. Qiegħed jingħad, u din qed tikkrea vervent sħiħ, li jista’ jkun li fl-istagun li jmiss, il-marċi ta’ filgħodu ma jibqgħux isiru, u dan biex ma jfixklux l-attivitajiet ekleżjastiċi u spiritwali. Jien ma naqbilx, u anzi naqbel ma’ dak li qal Guido de Marco, li għandna nagħrfu inżommu l-bilanċ. Ninnota b’sodisfazzjon li għalmenu fid-distrett tiegħi, li fil-festi ewlenin bħal dawk ta’ San Duminku u San Gejtanu, irrenjat il-prudenza u ma kien hemm ebda diżgwid ta’ xejn. Id-diriġenti tal-festa tal-attivitajiet ta’ barra qagħdu attenti li ma jgerfxux attivitajiet tal-Knisja.

Filfatt, il-kumitati tal-baned, b’maturità kbira, waslu f’arranġament mal-Kappillani rispettivi biex il-marċ ta’ filgħodu ma jibdiex sakemm ma jispiċċax il-pontifikal.

Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet tal-Knisja qagħdu attenti li jillimitaw il-ħin tal-paniġierku u tal-funzjoni biex dawn ma jittardjawx iżżejjed il-bidu tal-marċ. Minħabba dan l-arranġament ma nqala’ l-ebda diżgwid, u kollox mexa ħarir.

Minħabba dan għalhekk ma nistax nifhem kif qed jerġgħu jitqajjmu l-intoppi li qiegħed insemmi. Naħseb li ma jkunx pass għaqli għall-awtoritajiet ekkelżjastiċi jekk dawn jieħdu pożizzjoni riġida żżejjed f’dawn iż-żminijiet. Anzi ngħid li jkun żball kbir jekk l-Arċisqof tagħna jimponi fuq l-awtoritajiet ċivili biex ma jippermettux il-marċi ta’ filgħodu. Jekk tittieħed pożizzjoni simili se tinħoloq tensjoni nutli fil-parroċċa u l-effett jista’ jkun l-oppost ta’ dak mixtieq.

L-ewwelnett għandu jiġi enfasizzat li għad li hu minnu li l-festi tagħna huma fid-dehra tagħhom reliġjużi, u marbuta mal-qaddis tar-raħal, m’għandniex ninsew li f’pajjiż lajk bħalma hu tagħna għandu jkun hemm separazzjoni ċara bejn l-istat u l-Knisja. Minħabba f’dan kif il-Gvern m’għandu jkollu l-ebda jedd li jindaħal fi kwistjonijiet ta’ natura purament reliġjuża, l-istess il-Knisja għandha tagħraf li ma tindaħalx fi kwistjonijiet għaż-żamma tal-bon ordni li huma l-prerogattiva tal-istat.

Indubbjament, il-parteċipazzjoni jew le fil-funzjonijiet reliġjużi, hija ħaġa volontarja. Huwa ideali, kif tenna jgħid il-Professur Guido de Marco, li f’pajjiż Kattoliku bħalma hu tagħna, li n-nies tipparteċipa bi ħġarha. Ġeneralment filfatt hekk naraw li jiġri fejn in-nies, l-ewwel jattendu kemm għall-funzjonijiet reliġjużi kif ukoll għad-divertiment u l-briju ta’ barra. Din il-parteċipazzjoni però, bl-ebda mod ma tista’ tiġi sfurzata fuq in-nies.

Ikolli ngħid li jekk jitneħħew il-marci ta’ filgħodu, bl-ebda mod mhu se jfisser li b’daqshekk, in-nies se tattendi bi ħġarha fil-knejjes. Nazzarda ngħid li nemmen li jekk tittieħed din il-pożizzjoni, iċ-ċittadini jeħduha bħala nsult għall-libertà tagħhom, jieħdu għalihom u bħala protesta lanqas ma jattendu, u għalhekk il-miżura tkun tabilħaqq waħda kontro produċenti.

Fl-isfond ta’ dan il-ħsieb għalhekk nemmen li l-awtoritajiet ekleżjastiċi għandhom jimxu b’aktar sensittività u kawtela f’din il-kwistjoni u forsi jerġa’ jkollhom ripensament. L-istess għandu jingħad għal dak li jikkonċerna l-Gvern. Ma nemminx li l-Gvern għandu jieħu miżuri daqstant drastiċi meta jaf li tali miżuri jistgħu jipprovokaw diżgwid serju.

Fl-istess nifs ikolli ngħid li naqbel mal-Knisja li f’ċerti ċirkostanzi, bil-mod ta’ kif qed jiġu kondotti l-festi tagħna, qed isiru esagerazzjonijiet. Jista’ jkun li min imexxi l-festi għandu wkoll juża l-prudenza u jmexxi b’ċertu galbu biex ma nattirawx l-anitpatija bla bżonn.

L-esaġerazzjonijiet f’kollox huma ħżiena, u fil-festi dawn jistgħu jwasslu biex jittieħdu ċerti miżuri bla bżonn. Madankollu, b’ċerta rieda tajba mill-partijiet interessati kollha, m’għandux ikun hemm problemi biex il-festi sbieħ tagħna jibqgħu jippersistu fl-ambjent u bl-istil li drajna bihom.


Posted on 08/29/2009 06:28 AM

Ghandek ragun "mwegga"!

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090829/letters/mosta-church-in-dire-need-of-attention


Mosta church in dire need of attention

I come from Mosta and I reside in the UK. I visited Malta this August and since I visited four years ago I was thoroughly impressed by the number of new roads and bypasses that made driving a lot easier and my visit more enjoyable. The island is becoming more populated but the charm it had when I lived there as a young boy has not been lost and the Christian faith still thrives.

I visited my home town of Mosta and the greatest monument built by my forefathers in honour of the ascension of the Holy Mother to heaven and I was rather disappointed to see the state in which it is being left to deteriorate. I went inside and part of the dome ceiling is flaking through water seepage when it rains and some of the other walls are in dire need of redecorating.

The outside churchyard walls are crumbling and in need of replacing. The statues on the same churchyard need good cleaning as they are almost black and deteriorating with acid rain.

I was there on the feast of St Mary on August 15 and when the statue came out during the procession all the crowd were clapping. I felt a sense of joy and pride that I was born in such a wonderful place. The feast was a real celebration of our beliefs and all of us enjoyed the singing and bands that played during the procession.

I love my home town and am proud of this monument and what it stands for. I therefore urge those in charge to spend money to keep Mosta church in good shape for future generations.



Posted on 08/17/2009 07:03 AM

Ghaziz Angelo,

Int ghidt:



Reply to Pro_Tridentina (08/17/2009 01:34 AM)




Let us not become the Christian version of Iran! Iran under the Shah had all the modern commodities of western life and indeed had a western culture. It was the ascension to power of the Ayatollah Khomeini that Iran reverted back to the strictly Muslim society it is today. Let us not be the Church which opened up in the 60's and went back in the 2000's.



The days of the Tridentine Mass are over; it is a tradition best kept in the history books and nowhere else! Its an element which would only serve to weaken the Catholic community and not strenghten.



 

<!-- spacer for skins that want sidebar and main to be the same height-->

Min iqabbel il-Quddiesa Tridentina mal-Iran ma jafx x'inhu x'jghid!! Jigifieri, skond int, il-qaddisin kollha - inkluz San Gorg Preca - huma mmuffatti ghax kienu jmorru quddiesa bil-Latin? Iftah ghajnejk siehbi.

Kuntent


Posted on 08/09/2009 04:34 AM

Iva, x'gie diskuss f'din l-imbierka laqgha???

Qiskom top secret madoff!



Posted on 08/09/2009 03:54 AM

Reply to is_Aimoo_Guest (09/26/2008 08:28 AM)

Infakkarkom fil-Laqgha li ser issir nhar il-Hadd 28 ta' Settembru 2008 fuq iz-zuntier tal-Katidral ta' San Gwann il-Belt Valletta, wara l-quddiesa tad-9:15am dwar il-harsien u l-qawmien ta' festi interni u dwar il-liturgija.

TONQSUX U NARAWKOM.

Jien ninsab interessat dwar dak kollu li ghandu x'jaqsam ma' dawn l-affarijiet. Meta se ssir laqgha ohra? Grazzi!


Biggest Coupon for Cucusoft Converter,Lowest Price 50% Off Online once in a blue moon!
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.