User Name  Password
Festi Interni
Title: l-armar tal-knisja
Hop to: 
Views:2489     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 4    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:06/30/2008 08:57 AM)

Jien jiddispjacini hafna meta armar tal- festa Titulari il- kappillan jaghlaq ghajnejh u jhallih jintrama fil- festi sekondarji.!!!!
Tighduli mhux xorta, lilek x'jafetwak???

Ma naqbilx l-ewwel nett minhabba li it-titular ghandha izzomm certu rispett,
it-tieni ghax in-nies li gew qabilna u hafna drabi ghamluhom b'hafna sagrificji, ghamluhom ghal dik il- festa partikulari.

Nispera li fir-rahal ta Hal Ghaxaq li qieghed jqajjem kontroversja shiha jintrangaw certi affarijiet.Vera iddispjacini din is-sena meta thallt il- knisja u rajt certu armar li mhux postu hemm fil- festa ta San Guzepp. Possibli il- kappilan ta hal ghaxaq jhalli dan l-affarijiet jsiru,possibli in-nies li jiehdu hsieb l-armar ta Santa Marija hallewhom jmissu l-armar u jhalluh jintrama f'San Guzepp??????????




Zejtuni

Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/01/2008 09:13 AM)

Tista tghid ezempji ta' liema armar biex tkun aktar konciz f'dak li qed tghid?

Grazzi hafna
Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/03/2008 02:08 AM)

Naqbel mal-punt li mhux l-armar kollu tal-Festa Titulari ghandu jintrama fil-festa sekondarja, pero imbaghad ma naqbilx mal-punt li m'ghandu JINTRAMA XEJN minn tal-Festa titulari. Ezempju, ghalfejn l-artali tal-gnub m'ghandhom jintramaw sew daqs il-festa titulari? Ghandna xorti narawhom armati darba fis-sena...nahseb worthed narawhom armati fis-sekondarji wkoll.
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/03/2008 07:50 AM)

 Qieghed nirreferi ezempju car ghat-tuzell li kien armat fil-festa ta San Guzepp Ghaxaq,

Ghalkemm dak mhux il- propja tuzell li jintrama f'Santa Marija ma kienx f'postu hemm fil- festa ta San Guzepp ghax dak it-tuzell ta Corpus. Issoltu meta nistaqsi fuqu jighduli ghaliex il- festa ta San Guzepp tahbat fi zmien corpus.Din is-sena zgur ma kienx il- kaz ghax Corpus gie iccelebrat qabel il-festa ta San Guzepp allura nistaqsi

Ghaliex hallewh armat Hemm?

 Din kienet xi haga li saret b'rikors il- kurja?

 U allura jekk ghal- festa ta San Guzepp tawhom il-permess li jarmaw it-tuzell ta Corpus ghall-festa ghaliex ma harigtx xi forma ta permess biex jintramaw il- brazzi fil- festa tal-karmnu taz-Zurrieq???

Li naf hu li f' Hal Ghaxaq hemm hafna nies imwaghgin bli qieghed issir fil- knisja......
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/04/2008 06:29 AM)

Naqbel mieghek li hemm hafna Ghaxqin imweggghin bis-sitwazzjoni ghax iltaqjt ma xi whud li qaluli hekk pero' dwar it-tuzell, nixtieq nghid li dak jiehu hafna xoghol biex jintrama u nahseb li ghalhekk ma nehhewhx ta' l-armar ta' S.Guzepp. Corpus ghalkemm gie Hadd qabel il-festa, xorta kien fl-istess gimgha ghax S.guzepp johrog sibt qabel jekk mghandix xi zball,allura habat fl-istess gimgha.

Pero' veru li fdak ir-rahal,ma nafx xini r-raguni lis-sekondarja tinata certi permessi li fil-festi sekondarji ohrajn idumu biex jinataw!

Min hawn nixtieq nawgura lill-Ghaxqin li fi ftit gimghat ohra se jiccelebraw il-festa propja, it-Titular taghhom tal-Assunta li kif qrajt f'topic iehor dis-sena ghandhom il-Bicentinarju(1808-2008) tal-istatwa ta' Sta.Marija,li fl-opinjoni tieghi hija wahda mill-isbah statwi f'pajjizna! 

(Message edited by verufesta On 07/04/2008 08:59 AM)
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/10/2008 23:41 PM)

Bir-rispett kollu lejn kullhadd din tal-festi sekondarji bla sens u tort tal-knisja lokali. Dawn il-festi qatt ma kellhom isiru, bizzejjed inqasmu l-irhula b`zewg kazini. Issa la qedin hemm missa tiemxi ma kullhadd l-istess ghax sitwazzjoni tad-dahq.
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/11/2008 03:13 AM)

Naqbel ma ta qabli li s-sekondarji QATT ma ridu jsiru ghax qasmu hafna irhula u firda biss gabu! Izda Le, ma nqabilx li jsiru indaqs ghax b'hekk il-festi Titulari fdawn l-irhula ma jibqghux jigu maghrfa,kif qed jigri f'lokalitajiet li l-festa Sekondarja tinaghta bosta permessi minn sekondarji ohra!!!!!

Jien nahseb li l-knisja prezenti ghandha terga taghmel dawk ir-regoli dwar il-festi sekondarji li tnehhew fis-70's jekk m'ghandix xi zball!Bhekk jerga jkollna aktar atmosfera sabiha u l-pika zejda titnehha xi ftit.Imma jrid ikun hemm certu regoli stretti u mhux ma festa sekondarja tkun aktar stretta minn ohra ta' rahal iehor.

Nispera li nfthemt tajjeb, Grazzi
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/11/2008 08:49 AM)

Jien ma naqbel assulutament xejn amghkomd dwar il-festi sekondarji. I-festi sekondarji ilhom hemm u mhux la kemm tghid taqtaghom. Kulhadd jaf li l-partiti tal-festi sekondarji huma katar b' sahhithom min dawk tat-titular. Jekk il-knisja tiehu xi decizjoni kontra s-sekondarji tkun qieghda tolqot hafna niex. Ahjar il-knisja tara kif ser iggib l-ghaqda billi tohloq certu streaming bejn il-festi kollha ta' Malta. Illum m' hawnx lok ta' sekondarju u titular. Dawn kollha titli bl-bazi. Ahna lkoll insara fil-knisja ta' kristu.
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/12/2008 09:26 AM)

Jien ukoll fl-opinjoni tieghi il-festi sekondarji qeghdin hemm biex jibqghu u hija veru bla sena li jkun hawn min jaqbad u jfajjar bl-adocc li l-festi sekondarji gabu l-firda. Kif kulhadd jaf il-festi sekondarji ilhom isiru hafna qabel ma certi rhula nqasmu f' zewg kazini ghall-istess festa. L-izball li ghamlet il- knisja kien li fil-bidu taghhom is- sekondarji prattikament kienu jsiru daqs it-titular imbghad bil-koncilju reggjonali ta' l-1935 il-kurja ghaffget kollox ghax holqot diferrenzi kbar bejn zewg festi fl-istess rahal. Jien nahseb li s-sitwazzjoni hi aghar fi xi rhula fejna hemm zewg kazini ghal istess festa milli fejn hemm zewg festi ghax fejn hemm zewg festi kulhadd jista' jkun merqtu u ftietu fil-fets tieghu, waqt li fejn hemm 2 kazini ghall-istess festa kulhadd irid jirbah hu f' festa wahda u hu iktar difficli biex jifthemu.

Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:07/28/2008 15:15 PM)

F'Hal Ghaxaq din is-sena ser naraw knisja mill-isbah fil-festa Titulari ta' Santa Marija. Speclament l-Istatwa Ghaziza taghna li ser tintrama b'stellarju mill-isbah u erba' bukkett ir-restawrati. Prosit lil istillieri ghaxqin li hadmu fuqhom ghalkemm dawn gew mghotija mill-Guzeppini Ghaxqin fl-1935. Fil-festa ta' San Guzepp xorta wahda kellna knisja Sabiha hafna specjalment dik il-bradella ghalkemm jiena Marjan u mhux Guzeppin. Prosit lil kulhadd ejjew Hal Ghaxaq nhar l-Erbgha ghal Pellegrinagg Marjan mat-toroq ta' hal Ghaxaq

Programm mimli daqs bajda. Zuru www.santamarijaghaxaq.com jew www.freewebs.com/festatitularighaxaq ghal aktar informazzjoni

VIVA SANTA MARIJA PADRUNA TA' HAL GHAXAQ
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/01/2008 06:38 AM)

Ghalkemm naqbel li m'ghandux jintrama kollox inhoss li ghandhom jintremaw affarijiet ohra. Kemm niddejjaq meta nidhol fi knisja fejn tkun qed tigi iccelebrata festa sekondarja u tara L-Arkati tal-Knisja mhux armati u vera il-knisja ma tidhirx f'postha. F'Hafna knejjes id-damask imdendel ma' l-arkata jintrema fil-festi tal-Milied u l-Ghid u allura ghalfejn m'ghandux jintrama f'festa sekondarja.
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/01/2008 15:15 PM)

Waqt li qed naqra qed nistaqsi lili nnifsi u nghid, "xi whud minn dawn ihobbuhom il-festi jew le?, Ihobbuh l-armar jew le?" Ghalhiex tistaghgeb li xi haga li kienet ilha ma tohrog 30 sena, regghet qed titgawda mil-poplu ghax sar certu ftiehim fuqha? Ma nistghax nifhem kif setghet iddejjaq xi haga gdida lil xi hadd li jhobb lil festi.? U -anqas ma joqghod f'dik il-parrocca? Ejjew nkunu pozittivi f'dak li niktbu biex il-festi interni dejjem ikunu akbar u isbah, u mhux nippruvaw inkissruhom! Jien nahseb li minn ghandu zewg festi fil-parrocca ghandu xorti ghax il-knisja tkun armata b'armar differenti s-sena kollha skond il-liturgija tas-sena. J'Alla kull festa, titulari, sekondarji jew tal-knisja kollha tkompli tikber u nkomplu ninvestu f'armar gdid u nibzghu u nirrestawraw ghal l-armar l-antik. Gie msemmi Hal Ghaxaq. Jien nammirahom l-Ghaxqin ghax veru qed jiehdu hsieb l-armar taghhom f'kull festa interna. Proset kbira u j'all tkomplu sejrin hekk u tiehdu hsieb l-affarijiet tal-knisja ndependentiment minn ta' minn huma. L-opri fil-knejjes huma opri ta' l-arti sbieh hafna u li saru b'hafna sagrificcju. Tajjeb li niehdu hsiebhom.

Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/02/2008 06:18 AM)

Grazzi lil ta' qabli jien ma nafx minn imma jien min Hal Ghaxaq u nzomm mal-Festa Titulari ta' Santa Marija u vera iz-zewg festi tar-rahal taghna kemm ahna u kemm tal-Partit tal-Kbir San Guzepp qedghin verament niehdu hsiebt wirt missirijiet. Fil-Festa ta' San Guzepp rajna Bradella tizzanzan, Standard u knisja Armata mill-isbah. Fil-festa taghna izzanza ir-restawr ta' l-istellarju ta' ras l-Assunta Patruna tar-Rahal taghna, l-gastri li idawwru l-istatwa ta' l-Assunta gew ir-rangati u r-restawrati fil-kazin Santa Marija barraminhekk ser jizzanznu il-fjuretti ta'  fihom. Barraminhekk mohh miftuh il-partitarji stillieri ghaxqin iddecidew li nnehhu l-angli li kienu fuq il-bradella u dawn ser jintramaw fil-knisja.

Nixtieqkom taslu sal-Knisja Marija Assunta ta' Hal Ghaxaq u taraw b'ghajnejkom ir-rikezzi li verament iddawru dan it-Tempju. U dan Grazzi ghal Ghaxqin Marjani u Guzeppini li id f'id jahdmu ghaz-zewg festi kbar taghhom.

VIVA SANTA MARIJA U VIVA SAN GUZEPP
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/03/2008 02:52 AM)

Naqbel perfettament ma dak ta' qabli pero' nesa' jsemmi it-tuzell tal-festa titulari li b'dedikazzjoni u b'volontarjat qed jigi irrangat min nisa marjani ghaxqin u bhekk qed ikomplu juru l-imhabba tal-Ghaxqin lejn il-Patruna taghhom.Fhal Ghaxaq ghandna 2 festi li huma unici ghax l-ebda rahal fmalta ma jiccelebra 2 festi kbar lil l-akbar 2 qaddisin li ghandna fis-sema.Jalla nibqghu fit-triq li qbadna u ma nhallux il-minoranza tiprova tkisser il-Paci li nibtet bejn iz-2 ghaqdiet muzikali, bcertu kummenti disgustanti fwebsite partikolari tal-festa sekondarja u l-atti li jsiru minn certu nies li jipruvaw itellfu l-Paci.Proset lill-Ghaqda muzikali Sta.Marija talli gharfet xinhu sew ghall-istatwa titulari taghna u ma hallitx il-pika zejda terbaha u li bghaqal kbir irrangat mill-gdid il-gastri u l-fjuretti taghhom.Proset ukoll ghar-restawr mill-aqwa li ghamlet fuq l-istellarju tal-istatwa tal-Patruna taghna biex bhekk ha tkompli issebbah il-knisja monumentali taghna bil-gmiel taghha. Dan u hafna aktar xoghol volonatrju li qed isir ghal festi taghna mu xejn ghajr imhabba kbira li l-Ghaxqin ghandhom lejn Marija u Guzeppi. U ejja halli dak li naghmlu mhux noqoghdu nitajru bih kif ghamlu xi guzeppini dwar il-bradella tal-kbir san Guzepp, ghax bhekk ma jkunx qed tigi muriha l-imhabba lejn il-qaddisin! Nistedinkom biesx tigu fil-festa tal-Assunta u taraw bghajnejkom il-gmiel ta' xoghol li qed isir.

Viva l-Kbir Qaddis San Guzepp,Viva l-Patruna Titulari tal-Ghaxqin Santa Marija
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/03/2008 04:07 AM)

Iva hbieb napbel maghkom perfettament dwar l-Ghaziza Knisja u Gawhra ta' l-Ghaxqin KOLLHA. Ghandna biex niftahru ahna tal-partit ta' Santa Marija li insejna il-piki u ghamilnihom f'gemb biex b'mohhna miftuh narfu l-isbah ghal Gawhra taghna Santa Marija l-Patruna ta' l-Ghaxqin. u bhal ma qal ta' qabli ma nistax nifhem kif f'web site partikolari tal-partit guzeppin qed ikun hem kummenti fuq l-angli u l-gastri u jiptruvaw iwaqqaw is-socjeta taghna ghac-cajt imma dan mhux ha jirrnexxilhom. iwaqqa l-isemt as-socjeta taghna ghac-cajt ma socjetajiet ohra jekk nergghu nitfu kummenti ta' redikoli ghar-rahal taghna u ghas-socejtajiet Muzikali li dejjem ghozzejna. Dan x'igiffieri ghax ma naqbilx mieghek ghandek tiprova tirredikolani mhux ahjar ihares lejn dak li jghamel hu. Ahna kburin li ghadna mohhna miftuh u dejjem ghamilna l-affarijiet ghax inhobbu lil Ommna li tinsab fis-sema. Il-Gastri ma ghandhomx biex jiftahru li ghamluhom huma ghax wara kollox dawn ghamluhom bil-pika biex ikunu jistawq jghamlu taghhom mhux ghax veramnet ihobbu lil Marija Omma Alla Gharus tal-kbir Glorjuz San Guzepp

Viva Santa Marija Omma Hal Ghaxaq u l-Ghaxqin
Viva Missierna San Guzepp Patrun Universali
Guest



Viva l-Festi Taghna
(Date Posted:08/04/2008 03:36 AM)

Nawgura l-festa t-tajba lill-irhula u l-ibliet kollha li nhar il-15 t'Awissu ser jiccelebraw il-festa ta' Santa Marija kif ukoll l-festa t-tajba lill-irhula li baqghalhom jiccelebraw il-festa taghhom f'dan l-istagun Sajfi. Ejjew halli nuru lill-poplu Malti li l-festi huma tradizzjoni importanti u utili ghal-pajjizna. Viva l-Festi Maltin kemm titulari u kemm sekondarji ghax is-sens komun jghidlek li huma x'inhuma huma tal-qaddisin u ghal Alla m'hemmx qaddis u iehor imma kollha perfetti la qeghdin il-genna. Mhux hekk hbieb??
Guest



RE:Viva l-Festi Taghna
(Date Posted:08/04/2008 04:07 AM)

Naqbel perfettament ma ta' qabli fuq il-festi sbieh taghna u ejja nippromwovu hi x'inhi u hi ta min hi l-festa, li ahna naghmlu l-aqwa festi gewwa Malta u Ghawdex taghna. Il-pika qieghda f'kollox u meta tkun ikkontrollata hija sabiha bhal f'kollox.

Viva l-Malta u l-Ghawdxin
Guest



RE:RE:Viva l-Festi Taghna
(Date Posted:08/04/2008 04:44 AM)

Jiddispjacini nara messaggi ta' din il-kwalita fuq sit li suppost qed jippromwovi il-Festi Interni u hija INDIPENDENTI. Nixtieq naghmel ilment mal-WEBMASTER ta' din is-sit li mhux sew li jaccetta kummenti bla isem u bla dettal ta' min ikun qed jibghat il-kumment.Kulhadd ghandu jkun responsabbli ta' dak li jibghat u matur bizzejjed f'dak li jkun qed jikteb. Ghalhekk ma nafx x'inhi il-problema jekk dak li jkun jnizzel ismu u min fejn gej. NIXTIEQ LI XI HADD JIEHU PASSI FUQ DIN GHAX JIDDISPJACINI NGHID LI S-SAJT MHIX SERJA JEKK TACCETTA KUMMENTI BLA DETTAL TA' MIN JKUN QED JIBGHAT IL-MESSAGG. GHALIJA KUMMENTI BLA ISEM TA MIN JIBGHAT MA JISWEW XEJN, HUMA BLA BAZI TA XEJN U MHUX TA MIN JOQGHOD FUQHOM. JEKK M'GHANDNIEX FAHAM MIBLUL M'GHANDNIEX GHALFEJN NIDDEJQU NIKTBU ISIMNA U MIN FEJN GEJJIN.

GRAZZI U NISPERA LI TITRANGA DIN IS-SITWAZZJONI DIZGUSTABLI  
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/04/2008 06:08 AM)

Heq skuzi ta' inti ukoll ma ktibx ismek mela bzajt jew!!

Iva awguri lil Hal Ghaxaq, Mqabba, Qrendi, Guaja, Mosta, Rabat Ghawdex u Attard ghal festi risettivi taghhom f'gieh l-Assunta Marija OMM Alla.
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/04/2008 07:39 AM)

Nixtieq nghid lil habib tieghi ta qabli meta qal li jien ma ktibtx ismi, sewwa qed tghid u ghamilt hekk biex ma nkunx indifferenti minnek. Ghalhekk ktibt dak il-kumment li sewwa jekk l-WEBMASTER u nerga nappella min hawn jirrikjedi li kulhadd jikteb ismu ghax kemm jien u kemm kull min qed jikteb hawn jkollu jaghmel dan u nassigurak li l-messaggi jonqsu bil-kbir. Din mhux sit taz-zibel fejn wiehed jaqla dak kollu li jkollu fuq l-istonku imma sit fejn wihed jitkellem fuq l-opri tal-knisja tieghu u jitghallem min postijiet ohra x'jista jirranga jew jzid ghall-festa ghaziza tieghu li nahseb kulhadd huwa kburi bil-festa tieghu kbira kemm hi kbira.mhux hekk??   
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/04/2008 10:36 AM)

Nerga nghid prosit lil poplu ta' Hal Ghaxaq li qieghed jiehu hsieb hafna l-armar tal-festi interni. Nixtieq inzid ukoll li fl-ahhar qieghed naqra hafna noti pozittivi flok insulti, tghajjir jew tfih ta' tajn. Hekk ghandu jkun biex nuru li ahna poplu civilizzat u li nirrispettaw l-opinjonjjiet ta' xulxin. Fuq li niffirmaw naqbel u ser inkun l-ewwel li niffirma halli flok noqoghdu nippuntaw subghajna naghti l-ezempju.
Nixtieq inzid punt wiehed biss fuq Hal Ghaxaq. Nahseb li l-ghaxqin marru hafna l-quddiem fuq il-festi interni u nahseb li l-esperjenza qarsa li grat recenti swiet ta' taghlima u daret f'esperjenza pozittiva. Issa nixtieq haga wahda biss, ma nafx taqblux mieghi? Nixtieq li meta nibdew naghmlu xi haga fil-knisja nieqfu nghidu din ghamilta jien jew ghamilha l-iehor. u noqoghdu niftahru biha. Nahseb mhux sew nikritikaw li ta' San Guzepp li qadu jiftahru bil-bankun (ghalkemm jekk ghamlu hekk xorta mhux sew), umbaghad ta' Santa Marija qeghdin jaghmlu emfazi kemm il darba li gastri rrangawhom huma. Jien nemmen li jekk ghamilt xi haga fil-knisja ghamiltha ghat-tifhir ta' Alla u tal-qaddisin. Mela dawn ma jibqghux tieghi, jew ghamilthom jien, imma jsiru ta' Alla u tieghu biss. Ahna jibqalna dmir biss li niehdu hsiebhom. Meta naghtu rigal lil xi hadd ma noqoghdux infittxu mieghu li dak ir-rigal huwa taghna, imma naghtuhulu ghax inhobbuh u dak ir-rigal ghandna ninsew li tajniehulu ahna ghax tajnieh mil-qalb.
Nghalaq biex nerga' nghid prosit lil ghaxqin kollha li ghandhom ghal qalbhom il-festi taghhom u l-knisja taghhom.
L-ahwa ejja nkunu ta' ezempju ghal hadd iehor!!!
Il-festa t-tajba lil kulhadd.

Ghaxqi Guzeppin
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/04/2008 11:17 AM)

 Jien Ghaxqi Marjan u napbel ma Siehbi ta' qabli li huwa Guzeppin Ghaxqi u inzid mieghu li dak kollu li sar fir-rahal u l-knisja ta' Hal Ghaxaq sar miz-zewg Partiti ghaxqin li tant jghozzu l-festi u l-qaddisin Kbar taghhom. Sar biex flimkien nuru li inhobbu verament lil ALLA permezz ta' Ommu Marija u l-Gharus Uniku taghha San Guzeppi. Grazzi lil Kan Dun Mario Said Kappilan Prezenti li hadem u stinka biex l-festi il-KBAR ta' Hal Ghaxaq ghal Qaddisin KBAR jimxu il-quddiem u issiru KBAR f'Malta u dan il-frott qed ngawduh kemm fil-Festa tant SABIHA tal-Kbir Protettur taghna SAN GUZEPP u issa ser ngawduh fil-fe3sta SABIHA u ghaziza ghalina l-Ghaxqin tas-SABIHA SANTA MARIJA>

VIVA L-GHAXQIN MARJANI U GUZEPPINI LI FLIMKIEN JGHAMLU RAHAL IC-CIVILIZZAT,
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/04/2008 12:36 PM)

Hekk hu naqbel hafna maghkhom meta qed tghidu li intom ta' Hal-Ghaxaq nbdiltu hafna ghax meta gejt nara l-festa ta' San Guzepp dis-sena hadt gost u J'Alla li l-festa ta' Santa Marija tkun l-istess. Dan juri maturita'.

Billi tiftahar bil-festi u s-socjeta' tieghek ma tkun qed taghmel xejn hazin mbasta ma tinsulenta jew twegga' lil hadd.

Ahna r-Rabtin niftahru b'hafna opri li ksibna gewwa l-knejjes taghna fosthom bil-grotta u driegh ta' San Pawl kif ukoll bil-kuruna rjali li ghandu San Guzepp. Dan ma jfissirx qed ninsulenta lil xi hadd ghax niftahar bihom.

Grazzi Pawlin Rabti 
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/09/2008 01:26 AM)

Illum, kullhadd mistieden fid-8:45pm fuq iz-zuntier tal-Knisja Monumentali Ghaxqija biex flimkien naghtu merhba kif jixraq, hekk kif l-isbah statwa tal-Assunta f'pajjizna tohrog fuq iz-zuntier,biex ghat-2 darba dis-sena tbierek rahalna u wara inkomplu niccelebraw bix-xieraq fil-marc.

Ghada tkompli il-Quddies tal-Kwindicina pero' iddedikata liz-zghazagh Stillieri, fejn dawn ha jorganizzaw quddiesa kommemorattiva f'gheluq il-15-il sena mit-Twaqqif tal-ewwel sezzjoni zghazagh f'Hal Ghaxaq.Tajjeb li nifirhu ma' dawn iz-zghazagh u nifirhulhom talli ghazlu biex apparti  li jaghmlu kuncert  bil-banda fit-8:30pm nhar it-tnejn, ghazlu  biex jibdew dan l-anniversarju b'Quddiesa.

Nhar it-tnejn jibda it-tridu fejn fis-6pm jkun hemm ir-ruzarju u wara tibda l-quddiesa koncelebrata mill-Arcisqof ta' Malta E.T. Mons.Pawlu Cremona O.P. It-Tridu jkompli it-Tlieta u l-Erbgha b'quddiesa immexxija mill-Kan.Alex Cordina, fejn l-Erbgha ha  ssir il-Grizma tal-Morda lil Morda u l-Anzjani.

Ghal Programm ta' Lejliet u Nhar il-festa zuru dan il-Link fejn hemm kollox dettaljat:

http://festiinterni.aimoo.com/Diskussjonijiet-Generali/Festa-Intena-Santa-Marija-Ghaxaq-1-24807.html

Ghal aktar informazzjoni dwar il-Festa Titulari tal-Ghaxqin zuru www.santamarijaghaxaq.com jew www.freewebs.com/festatitularighaxaq

Ejjew u iccelebraw maghna dawn l-Anniversarji tal-BiCentinarju tal-Istatwa tal-Assunta fir-rahal taghna u l-15 -il Sena Sezzjoni Zghazagh Stillieri.Festa bejn id-9 u l-15 t'Awissu. Narawkom!!!

Viva Santa Marija, Patruna tal-Gzejjer Maltin ghal dawn l-ahhar-> 160 Sena.
Viva l-Ewwel Sezzjoni Zghazagh fir-Rahal taghna-Sezzjoni Zghazagh Stillieri-> 1993-2008
Viva il-Patruna Unika tal-Ghaxqin, Ommna Marija taht it-titlu tal-Assunta-> 200 Sena izzejjen il-Knisja u r-rahalna.
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/28/2008 01:37 AM)

Nixtieq nghid haga li t-tuzell ta' Corups Cristi baqa' fil-festa sekondarja tal-Kbir San Guzepp bis-sahha tal-Kumitat Centrali ta' l-Ghaqda Muzikali Santa Marija. Dan ghaliex kieku tnizel wara corups kien ikollu jerga jizara l-artal maggur meta kien lest armar ghal festa ta' San Guzepp sahansitra anke l-istatwa ta' San Guzepp kienet ga barra min nicca. Ghalhekk ahna ta' Santa Marija biex ma jinqalx la nkwiet u l-anqas hesil zejjed ma rajna xejn hazin li jibqa' armat wara Kollox San Guzepp Ragel u qaddis kbri.

VIVA L-KBAR ZEWG QADDISIN TAS-SEMA

Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/28/2008 02:43 AM)

Jiddispjacini nisma kumment bhal dan li kumitat tal-banda jiddeciedi x'ghandu jibqa u ma jibqax fil-knisja. Din gdida li hawn kumitati li jippruvaw jiehdu prosit talli ma protestawx biex jizzarma xi tip ta armar!!!!! Sa fejn naf jien l-kappillan jehodhom dawn id-decizjonijiet u mhux erba min-nies li minghalihom jikkmandaw il-Knisja ghax il-Knisja hija tar-rahal kollu u mhux tal-kumitat imsemmi fil-messagg ta' qabel. Kif jaf kulhadd hafna opri tal-Knisja gew mhallsa bi dritt mil-poplu kollu u mhux min xi ghaqda jew ohra. Nixtieq nisma l-qampiena l-ohra ghax li kieku jisma il-kappillan tar-rahal fuq din il-haga zgur li ma tinzel xejn sew mal-parrucani li s-sena kollha jaghtu sehemhom ghall-manutenzjoni tal-knisja li hija tal-Ghaxqin kollha u mhux ta' erba li probabli tarhom jaghtu sehemhom fil-knisja fl-erba tijiem tal-festa biss.
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/28/2008 03:40 AM)

Skuzi ta.Din kienet wahda mill-atti li l-Ghaqda Muzikali Santa Marija qed taghmel biex tkompli issahhah l-Ghaqda u l-Paci li qed tirrenja fir-rahal fiz-2 festi.Kif qal ta' qabel,il-festa ta' San Guzepp bdiet lejliet Corpus u l-istatwa u l-knisja kienu ga armati ghal festa Sekondarja.Kien jinqala' hafna hesil u problemi mal-Ghaqda Muzikali San Guzepp kieku ta' Sta.Marija ghamlu kif riedet il-Kurja u marru jzarmawh.U kull decizjoni li tittiehed tigi maqblua mal-kappillan u mhux mill-Kumitati kif qed iggieghel li haddiehor jifhem,kif ittihdet decizjoni fuq it-tnehhijj tal-angli u r-restawr gastri u l-fjuretti li saru mill-gdid ghall-gawhra mill-isbah tal-Ghaxqin,l-istatwa ta' Santa Marija.Kull decizjoni li ittiehdet kient maqblua miz-zewg kazini flimkien mal-Kappillan.U tibzax,l-4 min-nies li semejt int tarahom jiehdu hsieb il-Knisja,f'kull festa,is-sena KOLLHA u mhux fil-festa taghhom biss!!!Grazzi hafna u min hawn nixtieq nghid Proset liz-zewg kazini,lil Kappillan,l-ghaqdiet u l-Ghaxqin kollha biex kellna 2 festi Kbar lill-Akbar 2 Qaddisin tas-sema!

Viva l-Protettur u r-ragel ta' Marija,San Guzepp,
Viva il-Patruna Titulari u Ommna Santa Marija lix-xbieha taghha ilha issebbah ir-rahal 200 sena!!!! 
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/28/2008 03:42 AM)

Skuzi ta.Din kienet wahda mill-atti li l-Ghaqda Muzikali Santa Marija qed taghmel biex tkompli issahhah l-Ghaqda u l-Paci li qed tirrenja fir-rahal fiz-2 u MHUX BIEX TAQLA' L-PROSET festi.Kif qal ta' qabel,il-festa ta' San Guzepp bdiet lejliet Corpus u l-istatwa u l-knisja kienu ga armati ghal festa Sekondarja.Kien jinqala' hafna hesil u problemi mal-Ghaqda Muzikali San Guzepp kieku ta' Sta.Marija ghamlu kif riedet il-Kurja u marru jzarmawh.U kull decizjoni li tittiehed tigi maqblua mal-kappillan u mhux mill-Kumitati kif qed iggieghel li haddiehor jifhem,kif ittihdet decizjoni fuq it-tnehhijj tal-angli u r-restawr gastri u l-fjuretti li saru mill-gdid ghall-gawhra mill-isbah tal-Ghaxqin,l-istatwa ta' Santa Marija.Kull decizjoni li ittiehdet kient maqblua miz-zewg kazini flimkien mal-Kappillan.U tibzax,l-4 min-nies li semejt int tarahom jiehdu hsieb il-Knisja,f'kull festa,is-sena  KOLLHA u mhux fil-festa taghhom biss!!!Grazzi hafna u min hawn nixtieq nghid Proset liz-zewg kazini,lil Kappillan,l-ghaqdiet  u l-Ghaxqin kollha biex kellna 2 festi  Kbar lill-Akbar 2 Qaddisin tas-sema!

Viva l-Protettur u r-ragel ta' Marija,San Guzepp,
Viva il-Patruna Titulari u Ommna  Santa Marija lix-xbieha taghha ilha  issebbah ir-rahal 200 sena!!!! 
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/28/2008 04:15 AM)

Lil siehbi li kiteb qabli u spjega dwar ghalfejn it-tuzell ma tnehhiex, PROSIT. Mela mhux kollox jimxi hazin fil-knejjes taghna; mhux dejjem il-kappillani u/jew l-arciprieti taghna huma mmexxijja minn klikka zghira ta` nies li ma ghandomx ghal qalbhom il-festi!

Viva l-kbir San Guzepp u viva Santa Marija mtella` s-sema padruna tal-gzira taghna!

Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/28/2008 05:15 AM)

Skuzi ta, nahseb m'intix informat bizzejjed, rigward il-gastri u l-angli ta' Santa Marija, jinteressahom biss ta' San Guzepp li l-gastri jibqghu hemm ghal dejjem ghax hekk kien il-kuntratt bejn l-Ghaqda Muzikali San Guzepp flimkien mal-benefatturi Guzeppini l-ohra u l-Kurja u dan minhabba li l-Guzeppini huma fi dmir li jharsu s-sagrificcji kbar li missierijietna wisq devoti ta' dan il-Qaddis u l-Mara tieghu li dak iz-zmien xejn ma kienu sinjuri u xorta ghamlu dawn l-opri hekk sbieh fil-Knisja. Rigward il-gastri ghandi ninfurmak li l-fjuri u l-weraq inbiddlu biss u sar dan minhabba l-hsara li kellhom pero il-vazuni li kien hemm fl-1937 ghad baqa' u jekk ma tafx mur u iccekja l-isem imnaqqax fuq kull vazun tal-benefattur. Jien nixtieq nghid lill-maggoranza tar-rahal jekk ghandux ghal qalbu il-festi kollha tar-rahal ghax jekk iva l-importanti mhux li ma nipprotestax biex jizzarma xi armar li huwa tar-rahal kollu u wara kollox hallas ghalih kulhadd imma li nsellef jekk nara tal-festa l-ohra li m'ghandhomx armar bhal tieghi biex b'hekk l-armar jintrama fil-festi kollha li jigu ccelebrati halli dak li jkun aktar jaghti flus meta l-kappillan u nies nkarigati ohra jigu jigbru u mhux jghid naghti biex certu armar jintrema biss ghal xahar biss matul is-sena.......

Viva San Guzepp u Santa Marija Patruni ta' Hal-Ghaxaq.   

Guest



RE:l-armar tal-knisja
(Date Posted:08/29/2008 05:06 AM)

Lil ta' qabli nghidlu biex jaqra sew ghax HADD ma qal li l-gastri inbidlu.Jien ghidt li l-gastri gew restawrati u l-fjuretti BSS saru mill-gdid.Wara kollox ma rridx nohloq polemiki fuq il-gastri,l-istorja kullhadd jafha u kullhadd jaf li saru mill-ghaqda muzikali ta' san guzepp biex ikunu jistghu jaghmlu l-gastri ghall-istatwa ta' s.guzepp ghax qabel hekk kienet tghid il-kurja fl-1937.U ma nafx xi trid tghid biha,li issellef xi armar ghax missirijietna specjalment hafna qassisin halsu u ghamlu armar biex jintuza ghal festa Titulari bhal hafna Fidded u apparat tal-artali u ohrajn halsu apparat specifiku ghal festi Sekondarji.Xigifieri armar li missirijietna halsu ghalih ghal festa partikolari,ahna naqbdu u narmawh meta irridu???In-nies tibzax dejjem taghti flus ghax meta jkun hemm bzonn xi restawr dejjem issib lil min lest li jghin,filkas jekk int ghandek dil-mentalita tatix flus u ma jkollokx problemi!

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 4    

www.dinodirect.com!!!You won't find anywhere else more than 80% off.
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.