User Name  Password
Festi Interni
Title: Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
Hop to: 
Views:850     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:09/09/2008 01:27 AM)

Issa saret xi haga nazzjonali.  Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed nindunaw li s-sitwazzjoni f'certu parrocci dejjem tehzien.  Dan l-ahhar smajt b'dak li gara l-Hamrun, fid-dhul tal-vara, fejn waqt id-diskors tal-kappillan il-folla ma hasbithex darbtejn billi waqqfet lill-kappillan milli jtemm id-diskors tieghu billi bbuwajtlu.  Ma nistax nghid x'hemm u x'mhemmx fin-nofs.  Jien m'inix minn hemm pero` nahseb li l-Isqof ghandu jaghmel bidla radikali.  Hawn kappillani li n-nies ma tridhomx iktar, forsi ghax il-parrokat dam wisq issa, u fl-ahhar in-nies tibda tixba.  Bhall-Hamrun hawn diversi parrocci ohra, bid-differenza li l-parrocci l-ohra jibqghu siekta, isofru fis-skiet l-arroganza u l-pastasizmu ta' certu kappillani.  Jien naf fic-cert li l-Isqof ikun jaf bihom dawn imma ma nafx ghaliex ma jiehux azzjoni.  Fi ftit xhur ohra l-Isqof Cremona jkun diga ghalaq sentejn.  Ghalkemm ghamel hafna gid, jiddispajcini nghid li fil-qasam ta' parrocci u ta' dixxiplina fuq il-kleru ghadu ma sar xejn.  Hafna minnhom ghadhom jaghmlu li jidrilhom huma, il-liturgija ma tigix rispettata u hafna affarijiet li ma jimxux kif suppost isiru, dejjem bl-iskuza li Alla ma jharisx lejn dawk l-affarijiet.  Min jaf kieku kien ghad hawn maghna l-Papa Girgor il-Kbir x'jghidilhom lil dawn in-nies pruzuntuzi, minghalihom paladini tal-knisja moderna?  Hemm bzonn li l-knisja tintervjeni malajr fuq certu parrocci.  Hemm kappillani li veru dejqu lil kulhadd u kif ghidtilkom hemm nies li juru dan kollu esternament u hemm ohrajn li jzommu r-rabja go fihom.  Haga wahda hija komuni fiz-zewg kazijiet: l-attendenza ghal-quddies f'dawn it-tip ta' parrocci qieghda dejjem tonqos b'rata hafna aktar mghaggla minn parrocci ohra.  Araw ic-censiment tal-quddies ha tindunaw.

Issa se naghmlilkom copy/paste ta' post li ltqajt mieghu fuq forum iehor relatat ma' taghna fuq dak li gara fil-Festa tal-Hamrun:

_________________________________________________________________________________________

Fil-gurnal Kulhadd tal-Hadd li ghadda ( 24/8/08 ) fl-ittri lill-editur wiehed Hamruniz kiteb wahda ntitolata ‘L-ibbuwjar lill-Kappillan’ u din hi silta minna:

Semmejna t-tmexxija tal-Parocca u wiehed ma jistax ma jikkummentax dwar in-nuqqas ta' attendenza ghal funzjonijiet tal-Festa li rriflettiet ukoll fuq in-nuqqas ta' attendenza matul is-sena kollha. Azzjonijiet min-naha tat-tmexxija tal-Parocca qed ikollhom effett hazin fuq l-andament kollu u l-parruccani mhu-miex kuntenti u l-Kurja kemm-il darba giet avzata dwar dan. Jekk kien hemm bzonn ta' prova ta' dan kien il-fatt li wiehed ma jistax ma jsemmiex l-ibbuwjar u sinjali ohra ta' dizapprovazzjoni li laqghu kliem il-Kappillan fuq iz-zuntier qabel id-dhul tal-vara. Ma kienux' xi tnejn jew tlieta li ghamlu dan, imma l-folla li kienet migbura quddiem iz-zuntier. Xi haga zgur mhiex f'postha biex kien hemm dan l-atteggjament u l-Kurja ma tistax ma taghtiex kasu u thalli kollox ghaddej qisu ma gara xejn. Il-Parruccani ta' San Gejtanu jixirqilhom ahjar.

Ghadikun kullhadd qieghed fl-istess ilma, u jekk nehilsu minn wiehed, jigi iehor ottu daqsu. Jghidu ‘minn m’ghandux salib, ghandu domna.’

Guest



RE:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:09/16/2008 08:09 AM)

Il-Hamrunizi jixtiequ bidla ghax certu kappillani qed jeqirdu l-armar tal-knisja ta gewwa u kif ukoll ta barra..jin ma nippunta subajja lejn hadd ghax naf li ghalkemm hawn hafna jixtiequ lil dan il-kappillan jitlaq, xorta wahda ghamel il-gid fil-parrocca taghna.

Fost l-affarijiet li ghamel:

 1. il-monitors: il-knisja taghna mhix wahda zghira u min ipoggi fil-gnub ma kienx ikun jista' jara l-artal minhabba li lkolonni jaghttuh, izda permezz tal-monitors l-affarijiet huma iktar ahjar

2. il-projector u l-presentation waqt il-quddiesa tas-sibt fl-ghaxija u tal-hadd jghinu lil dak li jkun isegwi aktar il-quddiesa

3. il-kappillan beda wkoll ic-celloli parrokjali fil-Knisja taghna

4. din is-sena hadem biex irrestawra s-saqaf

5. xi angli tal-festa gew irrestawrati wkoll, fil-waqt li ghaddej ir-restawr tal-koppla

dawn kienu xi whud affarijiet li l-kappillan tal-Hamrun ghamel biex jsahhah id-Dehra fil-Knisja u l-Ispiritwalita'

Minkejja dan, il-Hamrunizi jixtiequ li certu affarijiet li biddlu l-kappillani ta' qabel jew dan l-istess kappillan jergaw jigu kif suppost ikunu.

Fost dawn l-affarijiet insibu:

1. Fil-Knisja tal-Hamrun kien hemm 11 il-artal u iehor fis-sagristija, illi hafna minnhom tnehhew 1971 biex minflok hemm konfessjonarji li QATT MA JIGU UZATI...

2. L-artal maggur kien wiehed mill-isbah f'Malta u l-purtiera ta wara l-artal ghandha titnehha sabiex il-Knisja ikollha d-dehra naturali taghha, u tidher qisha bazilika, bhalma kienet qabel

3. Il-pavaljuni li jittellaw fil-festa, specjalment dawk tat-toroq sekondarji huma tassew KOROH, mentri dawk li qed jittellaw fin-naha tal-Blata l-Bajda huma tassew SBIEH...
Is-soluzzjoni MHIX li jitnehhew dawk tal-Blata l-Bajda biex ikunu kollha koroh l-istess; izda li jixtraw pavaljuni godda simili ta' dawn fin-naha t'isfel tal-Hamrun halli kullimkin ikun sabih, u jekk inhu possibli isir kordinazzjoni sinciera bejn l-Ghaqdiet ta' l-Armar fil-Hamrun u l-Knisja.

4. xi kappillani jew forsi il-kurja qeghdin ikissru l-festi minghajr ma jafu...L-idea li forsi ghandha l-kurja illi twaqqaf u jew tipptova trazzan jew tiddiminwixxi jew tkisser il-marci ta' matul il-gimgha u dak tas-Sibt hija idea li iktar qieghda issahhan l-irjus tan-nies, mhux fil-Hamrun biss, izda f'Malta kollha, anki f'postijiet bhal San Pawl il-Bahar, etc...

5. Rigward il-Hamrun:  Il-purcinellata li saret is-sibt fl-ghaxija (9-Aug-2008) fil-bidu meta suppost issir cerimonja TRADIZZJONALI (il-kelma tradizzjoni tfisser li l-affarijiet isiru kif suppost isiru u kif missirijietna kienu jaghmluhom)....kif nafu sar boycot mill-partitarji u n-nies hadd ma telgha jisma' lil min kien fejn il-Knisja. Ghax jekk persuna tigi taqa' u tqum minnek, int l-istess haga ha taghmel.
Is-sorprizi li kienu jsiru is-sibt fl-ghaxija QATT QATT u QATT ma kienu joffendu u jipprovokaw lil baned rispettivi, IZDA dawn kien ikollhom HSIEB KREATTIV, TRADIZZJONALI, ORIGINALI u FUQ KOLLOX SPIRITWALI ghax kienu jkunu relatati mal-Knisja jew Tifhir lil Kristu Gesu' jew lil San Gejtanu jew lil Hamrun u lil Malta....HAFNA TURISTI kienu jinzlu l-Hamrun jaraw din it-tradizzjoni li llum m'ghadhiex issir kif kienet suppost. Kappillani f'sensihom mhux talli ma qatghux Tradizzjonijiet, izda kienu ziedu l-marci li jindaqqu s-sibt minn 3 ghal 5...mbaghad ma dan il-kappillan rega' naqqashom ghal 1 (L-Innu Marc biss)... x'tistenna li n-nies ha jiehdu gost u joqoghdu jcapcpu?? In-nies dejjem habbet kappillani li habbu l-Hamrun, il-Festa ta' San Gejtanu u l-Marci tal-Hamrun u li dejjem hadmu biex it-tradizzjonijiet isahhuhom u mhux irazznuhom fix-xejn.

6. Barra minn hekk l-ordnijiet li hargu kienu li s-sorprizi li jsiru, li l-kazini jridu jarmawhom wara li taddi l-banda....ghalija dan ir-ragunament kien wiehed bla sens u tassew mhux fpostu.... Bejn wiehed u iehor kien xid-9.30, l-10 meta bdew jarmaw is-sorprizi. Dak il-hin Strada Rjali kienet mimlija bin-nies, kieku sar accident, u mietu mijiet tan-nies, mbaghad min jehel?? kieku it-tort ikun ta' dak li hareg b'din id-direttiva...
Fil-passat is-sorprizi kienu jsiru kull sena u jittellaw fejn il-Knisja, kienu jkunu preparati minn qabel (ghax ma kienx ikun hemm direttivi bla sens), u f'kemm kienet ilha ssir, ghax jien niftakarha ssir mill-bidu, qatt ma naf li wegga' xi hadd, LANQAS wiehed li hu wiehed, HADD ma kien jwegga'.
TRADIZZJONI BHAL DIN MHUX TA' MIN TISPICCA FIX-XEJN:   SAN GEJTANU U SAN GUZEPP STESS MINJAF KEMM KIENU JIEHDU GOST BIX-XOGHOL TAJJEB LI KIEN ISIR  u s-sibt fl-ghaxija ma kienx ikun hemm glied ghax kulhadd kien jikkordina mal-pulizija.

7. Mela nissuggerixxi lil Awtoritajiet u Specjalment lil KURJA biex tiftah ftit ghajnejha....u minflok tohrog b'regoli li jkomplu jifriduha minn mal-poplu (jekk dawn id-direttivi gejjin mill-Kurja), tahdem id f'id man-nies, u timmodernizza minn dawn il-mentalitajiet hziena.
Il-Kappillani ghandhom jiehdu ezempju minn Dun Nerik Cordina Perezz li hadem sew biex it-tradizzjonijiet insahhuhom, u bis-sahha tieghu saret il-FAMUZA KOPPLA!!! u mhix skuza dik li tghid li n-nies ma jaghtux donazzjonijiet, ghax jekk il-Knisja ta' San Gejtanu tirriforma ruhha u l-kappillan jiddeciedi li l-affarijiet jergghu jiegu kif kienu, kemm l-altari, l-pavaljuni, inzidu aktar angli, u t-tradizzjoni tas-sibt terga' tigi kif tixraq lil Qaddis tal-Parrocca; in-nies ikunu kuntenti u anki r-rata ta' nies li jisimghu l-quddies tizdied...ghax meta lin-nies ittihom xi haga, huma jtuk xi haga lura....Gesu' tana l-Knisja, Ejjew niehdu hsiebha flimkien mela mhux l-kurja wahedha....Jekk l-Knisja hija ahna, mela ghaliex qatt ma jsir xejn kif irridu ahna????

Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



RE:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:09/16/2008 08:19 AM)

About time li l-kappillan jarma d-damask ghall-festa ta' San Gejtanu
Guest



RE:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:09/18/2008 03:02 AM)

 Filwaqt li nista' nifhem li l-kappillan ghandu f' idejh it-tmexxija tal-festa, ma nistax nifhem il-kwistjoni tal-pavaljuni tat-toroq. Jien m inix mill-Hamrun u ghalhekk ma nafx. Imma nahseb li dawn jintramaw minn min hu inkarigat, ezempju l-kumitat tal-festa jew il-grupp tal-armar. Possibli anke f' dawn in-'NAQRIET' jidhol il-kappillan? Naf li l-Hamrunizi jhobbuha l-festa u jekk isir gbir ghall-pavaljuni godda mhux se jghidu le. Personalment nahseb li saru hafna zbalji fil-knisja ta' San Gejtanu, imma f' gieh kemm hemm dak li fadal issa tkomplux tirrovinawh. U naf x' qieghed nghid. Fil-knisja hemm armar tassew sabih - antik. Dnub li l-Hamrunizi li llum jinsabu taht it-trab ghamlu tant sagrificcji biex saru dawn l-opri u llum qed isibu ruhom imwarrbin, mitluqin jekk mhux ukoll imkissrin.

Fejn jidhlu l-marci ma tantx nixtieq nikumenta, forsi ghax jien aktar dilettant tal-festa ta' gewwa, imma jkollna nammettu li gieli fil-festa ta' barra kien hemm xi nkwiet li ma jaghmilx unur lill-festa Nisranija. Imma xorta ma nghidx li l-marci gahndhom jinqatghu.
Guest



RE:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:09/18/2008 07:32 AM)

Bla dubju ta' xejn l-affarijiet li saru fil-knisja tal-Hamrun snin ilu, BIEX INQARRBUHA LEJN L-IDEAT TAL-KONCILJU VATIKANI II kienu HZIENA.  Jammettu u ma jammettux dawk tal-Kurja, nista' nghidilhom b'wicci 'l quddiem li kull tibdil li jsir fi knejjes antiki biex jigu paralleli ma' l-ahhar Koncilju huwa hazin.  Sorry imma dik hija l-verita`.

Jidhirli li qrajt x'imkien li bhal Hamrun anke Marsaxlokk gralhom l-istess.  Gheziez awtoritajiet tal-Kurja, ma tahsbux u ma tafux li dak li gara fil-passat huwa gravi, hazin u irresponsabbli?  Dawn l-affarjiet gabu hsara kbira u tkissir ta' wirt kbir.

Se niftah parentezi zghira fuq il-Hamrun.  Nifrah lill-Hamrunizi tal-festa li jaghmlu, pero` hemm punti li wiehed blfors irid jannotahom.  Il-Hamrun jaghmlu festa bbazata fuq il-marci.  Ghall-maggoranza tal-Hamrunizi, l-festa saret jew kazin blu jew kazin ahmar.  Dilettanti ta' l-armar nahseb li hemm ftit u milli nara l-Kazini ma jidhlux fl-armar ta' barra tat-toroq.  Li kieku l-kazini jghinu fl-armar kieku hafna ahjar.  Fuq il-marc tas-Sibt, jien niftakar sew x'kien isir.  Armar sabih u briju kbir.  Jiddispjacik u jiddispjacini hafna nghid imma li ghalkemm l-armar kien ikun sabih, kont tara u tisma hafna kliem hazin indirizzat lill-kazin oppost fil-presenza tal-kappillan.  Qed taraw hbieb kif jispiccaw l-affarijiet meta fin-nofs jdhlu affarijiet hziena?  Ma' dawn in-nies jispiccaw ibatu nies li jhobbu lill-Qaddis u l-Festa.  L-armar kien ikun veru sabih, ghalkemm certu kliem fuq il-banners u kliem hazin li kien jintqal kien ikerrah veru l-atmosfera sabiha li kien ikun hemm.  Xorta nemmen li l-Hamrun ghandhom kapacitajiet kbar iz-zewg kazini u nemmen li m'ghandhomx bzonn ta' nies li jkerrhulhom il-marci bid-dagha.  Xorta wahda l-kazini jistghu jirrangaw billi jiffikaw fuq affarjiet u granet ohra tal-festa.

Nispicca l-messagg tieghi, billi nerga nitkellem fuq il-festi ta' gewwa ghax dan forum tal-festi Interni.  Kif ghidt diga it-tkissir li sar fuq gewwa huwa kollu hazin, u j'alla l-affarijiet jirrangaw u kappillani ohra jindunaw bil-gennati li saru fl-antik bl-ideat xejn komplimentari tal-Koncilju Vatikani II.  Zmien ta' dlam, zmien ta' mentalita` baxxa, zmien meta l-arti tajniha bis-sieq.  Mentalita' medjevali. 
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:10/19/2008 06:23 AM)

Reply to is_aimoo_guest (09/16/2008 10:09 AM)

Il-Hamrunizi jixtiequ bidla ghax certu kappillani qed jeqirdu l-armar tal-knisja ta gewwa u kif ukoll ta barra..jin ma nippunta subajja lejn hadd ghax naf li ghalkemm hawn hafna jixtiequ lil dan il-kappillan jitlaq, xorta wahda ghamel il-gid fil-parrocca taghna.

Fost l-affarijiet li ghamel:

 1. il-monitors: il-knisja taghna mhix wahda zghira u min ipoggi fil-gnub ma kienx ikun jista' jara l-artal minhabba li lkolonni jaghttuh, izda permezz tal-monitors l-affarijiet huma iktar ahjar

2. il-projector u l-presentation waqt il-quddiesa tas-sibt fl-ghaxija u tal-hadd jghinu lil dak li jkun isegwi aktar il-quddiesa

3. il-kappillan beda wkoll ic-celloli parrokjali fil-Knisja taghna

4. din is-sena hadem biex irrestawra s-saqaf

5. xi angli tal-festa gew irrestawrati wkoll, fil-waqt li ghaddej ir-restawr tal-koppla

dawn kienu xi whud affarijiet li l-kappillan tal-Hamrun ghamel biex jsahhah id-Dehra fil-Knisja u l-Ispiritwalita'

Minkejja dan, il-Hamrunizi jixtiequ li certu affarijiet li biddlu l-kappillani ta' qabel jew dan l-istess kappillan jergaw jigu kif suppost ikunu.

Fost dawn l-affarijiet insibu:

1. Fil-Knisja tal-Hamrun kien hemm 11 il-artal u iehor fis-sagristija, illi hafna minnhom tnehhew 1971 biex minflok hemm konfessjonarji li QATT MA JIGU UZATI...

2. L-artal maggur kien wiehed mill-isbah f'Malta u l-purtiera ta wara l-artal ghandha titnehha sabiex il-Knisja ikollha d-dehra naturali taghha, u tidher qisha bazilika, bhalma kienet qabel

3. Il-pavaljuni li jittellaw fil-festa, specjalment dawk tat-toroq sekondarji huma tassew KOROH, mentri dawk li qed jittellaw fin-naha tal-Blata l-Bajda huma tassew SBIEH...
Is-soluzzjoni MHIX li jitnehhew dawk tal-Blata l-Bajda biex ikunu kollha koroh l-istess; izda li jixtraw pavaljuni godda simili ta' dawn fin-naha t'isfel tal-Hamrun halli kullimkin ikun sabih, u jekk inhu possibli isir kordinazzjoni sinciera bejn l-Ghaqdiet ta' l-Armar fil-Hamrun u l-Knisja.

4. xi kappillani jew forsi il-kurja qeghdin ikissru l-festi minghajr ma jafu...L-idea li forsi ghandha l-kurja illi twaqqaf u jew tipptova trazzan jew tiddiminwixxi jew tkisser il-marci ta' matul il-gimgha u dak tas-Sibt hija idea li iktar qieghda issahhan l-irjus tan-nies, mhux fil-Hamrun biss, izda f'Malta kollha, anki f'postijiet bhal San Pawl il-Bahar, etc...

5. Rigward il-Hamrun:  Il-purcinellata li saret is-sibt fl-ghaxija (9-Aug-2008) fil-bidu meta suppost issir cerimonja TRADIZZJONALI (il-kelma tradizzjoni tfisser li l-affarijiet isiru kif suppost isiru u kif missirijietna kienu jaghmluhom)....kif nafu sar boycot mill-partitarji u n-nies hadd ma telgha jisma' lil min kien fejn il-Knisja. Ghax jekk persuna tigi taqa' u tqum minnek, int l-istess haga ha taghmel.
Is-sorprizi li kienu jsiru is-sibt fl-ghaxija QATT QATT u QATT ma kienu joffendu u jipprovokaw lil baned rispettivi, IZDA dawn kien ikollhom HSIEB KREATTIV, TRADIZZJONALI, ORIGINALI u FUQ KOLLOX SPIRITWALI ghax kienu jkunu relatati mal-Knisja jew Tifhir lil Kristu Gesu' jew lil San Gejtanu jew lil Hamrun u lil Malta....HAFNA TURISTI kienu jinzlu l-Hamrun jaraw din it-tradizzjoni li llum m'ghadhiex issir kif kienet suppost. Kappillani f'sensihom mhux talli ma qatghux Tradizzjonijiet, izda kienu ziedu l-marci li jindaqqu s-sibt minn 3 ghal 5...mbaghad ma dan il-kappillan rega' naqqashom ghal 1 (L-Innu Marc biss)... x'tistenna li n-nies ha jiehdu gost u joqoghdu jcapcpu?? In-nies dejjem habbet kappillani li habbu l-Hamrun, il-Festa ta' San Gejtanu u l-Marci tal-Hamrun u li dejjem hadmu biex it-tradizzjonijiet isahhuhom u mhux irazznuhom fix-xejn.

6. Barra minn hekk l-ordnijiet li hargu kienu li s-sorprizi li jsiru, li l-kazini jridu jarmawhom wara li taddi l-banda....ghalija dan ir-ragunament kien wiehed bla sens u tassew mhux fpostu.... Bejn wiehed u iehor kien xid-9.30, l-10 meta bdew jarmaw is-sorprizi. Dak il-hin Strada Rjali kienet mimlija bin-nies, kieku sar accident, u mietu mijiet tan-nies, mbaghad min jehel?? kieku it-tort ikun ta' dak li hareg b'din id-direttiva...
Fil-passat is-sorprizi kienu jsiru kull sena u jittellaw fejn il-Knisja, kienu jkunu preparati minn qabel (ghax ma kienx ikun hemm direttivi bla sens), u f'kemm kienet ilha ssir, ghax jien niftakarha ssir mill-bidu, qatt ma naf li wegga' xi hadd, LANQAS wiehed li hu wiehed, HADD ma kien jwegga'.
TRADIZZJONI BHAL DIN MHUX TA' MIN TISPICCA FIX-XEJN:   SAN GEJTANU U SAN GUZEPP STESS MINJAF KEMM KIENU JIEHDU GOST BIX-XOGHOL TAJJEB LI KIEN ISIR  u s-sibt fl-ghaxija ma kienx ikun hemm glied ghax kulhadd kien jikkordina mal-pulizija.

7. Mela nissuggerixxi lil Awtoritajiet u Specjalment lil KURJA biex tiftah ftit ghajnejha....u minflok tohrog b'regoli li jkomplu jifriduha minn mal-poplu (jekk dawn id-direttivi gejjin mill-Kurja), tahdem id f'id man-nies, u timmodernizza minn dawn il-mentalitajiet hziena.
Il-Kappillani ghandhom jiehdu ezempju minn Dun Nerik Cordina Perezz li hadem sew biex it-tradizzjonijiet insahhuhom, u bis-sahha tieghu saret il-FAMUZA KOPPLA!!! u mhix skuza dik li tghid li n-nies ma jaghtux donazzjonijiet, ghax jekk il-Knisja ta' San Gejtanu tirriforma ruhha u l-kappillan jiddeciedi li l-affarijiet jergghu jiegu kif kienu, kemm l-altari, l-pavaljuni, inzidu aktar angli, u t-tradizzjoni tas-sibt terga' tigi kif tixraq lil Qaddis tal-Parrocca; in-nies ikunu kuntenti u anki r-rata ta' nies li jisimghu l-quddies tizdied...ghax meta lin-nies ittihom xi haga, huma jtuk xi haga lura....Gesu' tana l-Knisja, Ejjew niehdu hsiebha flimkien mela mhux l-kurja wahedha....Jekk l-Knisja hija ahna, mela ghaliex qatt ma jsir xejn kif irridu ahna????


Ghalkemm f'certu affarijiet naqbel ,izda dwar il-marc tas-sibt fil-hamrun huwa veru li s-sorprizi kienu jkunu sbieh imma d-dagh sfrenat li kien isir meta partitarji jghidu xi haga fuq l-ohrajn waqt id-daqq ta' xi marc huwa tal-misthija u naghti ragun lill-kappillan li waqqaf il-mod kif kien isir. Jien stess smajt b'widnejha dak id-dagh u kliem hazin.
Guest



RE:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:10/26/2008 07:15 AM)

jien jitli li  ibbuwjar  li sar il hadd  sar ghax il kappilan mhux qed imexxi il parrocca sew bhal ma sipost jaghmel.Il kapillan qed jaghmel kontra dak li ghamel kristu minflok iresaq in nies lejn il parrocca qed iwarabhom. hija injoranza li parrocca bhal taghna titfala fjuri tal festa tal plastic.Jien nigi il quddiesa il kbira kull sena u darba f sentejn nisma panigirku sura jekk ma sibx qassisin kapaci il- panigirku u il quddies il kbira ha tkun vojta.Dan il famuz ibbuwjar sar ghax il poplu hamruniz imxebba bil kbir mill kapillan ghaliex ahna il hamrunizi ghana wahda mil ikbar festi f malta u jekk il hamrunizi u iz zewg baned taghna ma jibzawx ghal festa il festa ha jispicca u hija tal mishija lejn il baned li is sibt filghaxija  ma jamlux brijju imhabba il kapillan ghax il FESTA MHUX TAL KAPPILLA IMMA TA SAN GEJTANU.Il festa li naghmlu ahna hamrunizi mhux tal kapillan hija taghna il hamrunizi U HADD MHU HA IHASSARINA.Il kurja ghandi timxi ma kulhadd l istess kif parrocci ohra jistaw jaghmlu sorprizi bhal ez umbrella imrewha ecc... Meta santa elena igildu u kisru hadd ma qal xejn  alura kif ahna nidru korroh mal kurja? vera ghana l izballji taghna u ma ntux isir kliem hazin u politika imma ahna il hamrunizi biss naghmlu hazin? mela jien intur fuq il hamrunizi u nejtilhom  il festa hija taghna u nipzaw ghalija lil kapillan nejtu biddel it triq li qbad u prova igbed iz zaghzah lejn il parrocca nehhi dik ir ras ibza li ghandek nehhi l edejat li ghandek forsi naraw iz zaghzah lejn il knisja nisperaw li dan ma jispiccax go WIDDNEJN TORROX .
Guest



RE:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:10/28/2008 23:32 PM)

 Hbieb Hamrunizi,
Jien Hamruniz li ili noqghod il-Canada dawn l-ahhar 30 sena. Gejt ghall-festa 2006 u 2008 u hadt sehem fil-festa INTERNA ghax l-esterna saret TQAZZIZNI hlief sintendi l-purcissjoni.
Kumment wiehed fuq il-festa INTERNA: Dan il-kappillan il-MUZIKA QERIDHA. Fejn hu z-zmien li konna nkantaw mal-KOR TAL-HAMRUN TA DUN GUZEPP CACHIA Alla jahfirlu........

Jekk tridu tafu aktar fuq San Gejtanu; il-Hamrun u Knejjes u Kappelli kollha ta Malta u Ghawdex araw il-website tieghi:

http://www.malta-canada.com/

Viva San Gejtanu tal-Provvidenza.
Guest



RE:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:11/24/2008 03:38 AM)

Hadt pjacir ninnota li sa fl-ahhar Monsinjur Arcisqof hatar kappillan gdid ghall-parrocca tal-Hamrun.  L-aktar li hadt pjacir ghax il-kappillan il-gdid hu Hamruniz ghalhekk jidher li Monsinjur Arcisqof m'hux se jkompli jimxi mal-policy bla sens li vvinta l-predecessur tieghu cioe` li ma jahtarx kapillani mill-istess parrocca.

Filwaqt li nawgura lil-kappillan il-gdid tal-Hamrun, nibqa nittama li Monsinjur Arcisqof jaghmel l-istess mal-parrocca tal-Mosta u jehlisha mill-aktar fis minn skamplu simili li wikkielha Mercieca.

Guest



Re:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:11/25/2008 13:40 PM)

intom fl-ewwel okkazjoni li jkolkom infexxew ibbuwjar, ghax middera din hi l-iktar forma ta :talb" li tinstema mill kurja ta Malta.  Nawguralkom
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:11/29/2008 03:56 AM)

Reply to is_aimoo_guest (11/24/2008 05:38 AM)

Hadt pjacir ninnota li sa fl-ahhar Monsinjur Arcisqof hatar kappillan gdid ghall-parrocca tal-Hamrun.  L-aktar li hadt pjacir ghax il-kappillan il-gdid hu Hamruniz ghalhekk jidher li Monsinjur Arcisqof m'hux se jkompli jimxi mal-policy bla sens li vvinta l-predecessur tieghu cioe` li ma jahtarx kapillani mill-istess parrocca.

Filwaqt li nawgura lil-kappillan il-gdid tal-Hamrun, nibqa nittama li Monsinjur Arcisqof jaghmel l-istess mal-parrocca tal-Mosta u jehlisha mill-aktar fis minn skamplu simili li wikkielha Mercieca.



Nawgura l-parrocca tal-Hamrun, mixja sabiha fil-hajja pastorali u anke religjo-kulturali taghha, dan ta' l-ahhar element dejjem jonqos.  Awguri lill-kappillan ta' qabel, il-kappillan Fenech u Merhba lill-kappillan il-gdid.  Jekk kinitx b'kumbinazzjoni jew le li l-Arcisqof hatar Kappillan mill-Hamrun stess, hija decizjoni li taghmel hafna sens.  Il-policy li kien hemm qabel li kappillan ma setax ikun wiehed minn tal-post nahseb li ma tantx kienet taghmel sens u nahseb li hija kontra-produttiva hafna.  Xi hadd semma l-parrocca tal-Mosta, pero` barra l-parrocca tal-Mosta hemm parrocca ohra li ilhom igergru fuq il-kappillan taghhom u l-Arcisqof prezenti qed jaghmel ta' bir-ruhu li ma jaghtix kaz, ghax f'widnejh qed iwaslulu affarijiet ohra apposta biex ihalluh hemm inkluz xi memebru anzjan ta' l-istess Kleru ta' l-istess parrocca li bhall-kappillan dejjaq lil kulhadd ukoll.  Lil Monsinjur Arcisqof nghidlu ahjar jara sew l-ahhar censiment tal-quddies li sar ha jara hu stess fejn huma l-batuti fid-Djocesi tieghu.
Kuntent
11# 



Rank:none
Status:Nindaga
Score:6
Posts:6
From: Malta
Registered:08/09/2009
Time spent: 482 hours

Re:Ibbuwjar fil-Hamrun Festa 2008
(Date Posted:09/02/2009 13:34 PM)

Polemiċi bla bżonn
minn Jose' Herrera

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=56343
Apprezzajt ħafna d-diskors li għamel l-eks-President ta’ Malta Guido de Marco fil-każin ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun fl-okkazjoni tal-festa. F’erba’ kelmiet imqanqlin, spjega l-veru sinifikat tal-festa. Il-kelliem dehrlu li kellu jispjega li l-festi tagħna għandu jkollhom żewġ aspetti.

L-aspett reliġjuż tal-festa tal-lokal, għandu jiġi rispettat u jingħata prominenza. Wara kollox, dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huma fl-essenza tagħhom, ta’ natura reliġjuża u jsiru taħt il-kappa tal-Knisja Kattolika f’pajjiżna b’turija ta’ reverenza lejn qaddis partikolari. Spjega għalhekk, li jekk jitneħħa l-aspett u s-sinifikat reliġjuż mill-festa, din tispiċċa bla sustanza u bla skop. Kien f’dan l-ispirtu li huwa ħeġġeġ liċ-ċittadini tal-lokal li ma jabbandunawx iċ-ċerimonji spiritwali, dawk li aħna nirreferu għalihom bħala l-festa ta’ ġewwa.

Filfatt, sfortunatament, mal-milja tas-snin, l-enfasi dejjem aktar qiegħda tkun fuq il-festa ta’ barra u n-nies li jattendu għall-funzjonijiet tal-Knisja qegħdin dejjem jonqsu. L-eks-President, għalhekk sab l-okkazjoni biex iħeġġeġ lill-miġemgħa tagħraf iżżomm bilanċ.

Fl-istess nifs però, il-kelliem ma żammx lura milli jafferma l-importanza u l-bżonn ukoll li jkun hemm il-festa ta’ barra bil-marċi u l-briju kollu. Din hija drawwa folkloristika Maltija li ġġib il-ferħ u li għalhekk għandha tippersisti.

F’dan ir-rigward jidher li ċerti awtoritajiet ekleżjastiċi qegħdin iqajmu polemika fuq polemika li m’għandux ikun hemm. Qiegħed jingħad, u din qed tikkrea vervent sħiħ, li jista’ jkun li fl-istagun li jmiss, il-marċi ta’ filgħodu ma jibqgħux isiru, u dan biex ma jfixklux l-attivitajiet ekleżjastiċi u spiritwali. Jien ma naqbilx, u anzi naqbel ma’ dak li qal Guido de Marco, li għandna nagħrfu inżommu l-bilanċ. Ninnota b’sodisfazzjon li għalmenu fid-distrett tiegħi, li fil-festi ewlenin bħal dawk ta’ San Duminku u San Gejtanu, irrenjat il-prudenza u ma kien hemm ebda diżgwid ta’ xejn. Id-diriġenti tal-festa tal-attivitajiet ta’ barra qagħdu attenti li ma jgerfxux attivitajiet tal-Knisja.

Filfatt, il-kumitati tal-baned, b’maturità kbira, waslu f’arranġament mal-Kappillani rispettivi biex il-marċ ta’ filgħodu ma jibdiex sakemm ma jispiċċax il-pontifikal.

Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet tal-Knisja qagħdu attenti li jillimitaw il-ħin tal-paniġierku u tal-funzjoni biex dawn ma jittardjawx iżżejjed il-bidu tal-marċ. Minħabba dan l-arranġament ma nqala’ l-ebda diżgwid, u kollox mexa ħarir.

Minħabba dan għalhekk ma nistax nifhem kif qed jerġgħu jitqajjmu l-intoppi li qiegħed insemmi. Naħseb li ma jkunx pass għaqli għall-awtoritajiet ekkelżjastiċi jekk dawn jieħdu pożizzjoni riġida żżejjed f’dawn iż-żminijiet. Anzi ngħid li jkun żball kbir jekk l-Arċisqof tagħna jimponi fuq l-awtoritajiet ċivili biex ma jippermettux il-marċi ta’ filgħodu. Jekk tittieħed pożizzjoni simili se tinħoloq tensjoni nutli fil-parroċċa u l-effett jista’ jkun l-oppost ta’ dak mixtieq.

L-ewwelnett għandu jiġi enfasizzat li għad li hu minnu li l-festi tagħna huma fid-dehra tagħhom reliġjużi, u marbuta mal-qaddis tar-raħal, m’għandniex ninsew li f’pajjiż lajk bħalma hu tagħna għandu jkun hemm separazzjoni ċara bejn l-istat u l-Knisja. Minħabba f’dan kif il-Gvern m’għandu jkollu l-ebda jedd li jindaħal fi kwistjonijiet ta’ natura purament reliġjuża, l-istess il-Knisja għandha tagħraf li ma tindaħalx fi kwistjonijiet għaż-żamma tal-bon ordni li huma l-prerogattiva tal-istat.

Indubbjament, il-parteċipazzjoni jew le fil-funzjonijiet reliġjużi, hija ħaġa volontarja. Huwa ideali, kif tenna jgħid il-Professur Guido de Marco, li f’pajjiż Kattoliku bħalma hu tagħna, li n-nies tipparteċipa bi ħġarha. Ġeneralment filfatt hekk naraw li jiġri fejn in-nies, l-ewwel jattendu kemm għall-funzjonijiet reliġjużi kif ukoll għad-divertiment u l-briju ta’ barra. Din il-parteċipazzjoni però, bl-ebda mod ma tista’ tiġi sfurzata fuq in-nies.

Ikolli ngħid li jekk jitneħħew il-marci ta’ filgħodu, bl-ebda mod mhu se jfisser li b’daqshekk, in-nies se tattendi bi ħġarha fil-knejjes. Nazzarda ngħid li nemmen li jekk tittieħed din il-pożizzjoni, iċ-ċittadini jeħduha bħala nsult għall-libertà tagħhom, jieħdu għalihom u bħala protesta lanqas ma jattendu, u għalhekk il-miżura tkun tabilħaqq waħda kontro produċenti.

Fl-isfond ta’ dan il-ħsieb għalhekk nemmen li l-awtoritajiet ekleżjastiċi għandhom jimxu b’aktar sensittività u kawtela f’din il-kwistjoni u forsi jerġa’ jkollhom ripensament. L-istess għandu jingħad għal dak li jikkonċerna l-Gvern. Ma nemminx li l-Gvern għandu jieħu miżuri daqstant drastiċi meta jaf li tali miżuri jistgħu jipprovokaw diżgwid serju.

Fl-istess nifs ikolli ngħid li naqbel mal-Knisja li f’ċerti ċirkostanzi, bil-mod ta’ kif qed jiġu kondotti l-festi tagħna, qed isiru esagerazzjonijiet. Jista’ jkun li min imexxi l-festi għandu wkoll juża l-prudenza u jmexxi b’ċertu galbu biex ma nattirawx l-anitpatija bla bżonn.

L-esaġerazzjonijiet f’kollox huma ħżiena, u fil-festi dawn jistgħu jwasslu biex jittieħdu ċerti miżuri bla bżonn. Madankollu, b’ċerta rieda tajba mill-partijiet interessati kollha, m’għandux ikun hemm problemi biex il-festi sbieħ tagħna jibqgħu jippersistu fl-ambjent u bl-istil li drajna bihom.

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

Biggest Coupon for Cucusoft Converter,Lowest Price 50% Off Online once in a blue moon!
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.