User Name  Password
Festi Interni
Title: Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
Hop to: 
Search Tags: Ghasar, Latin, Malti, Tarxien
Views:830     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    

(Date Posted:08/17/2008 13:09 PM)

Veru li f'Hal Tarxien ghall-festa tal-Lunzjata, l-Ewwel Ghasar qed jaghtuh bil-Malti minn xi sena ilu 'l hawn minflok bil-Latin bhalma kien isir qabel?  Verament tal-biza, il-pass li mexjin bih.  Bir-rispett kollu lejn il-kappillan li ghandu kwalitajiet sbieh, imma jiddispjacini nghidlu li dan kien zball kbir, zball li jidher u jinhass wara hafna zmien u mhux issa.  Bil-mod il-mod kollox jinqered qieghed.  Komplu sejrin hekk ta u l-poplu ahjar jibda jirrealizza x'inhu jigri fil-knejjes tieghu qabel ma jiccelebra fuq barra.  Xi hadd jista' jikkonfermali bit-tibdiliet li saru fil-festa tal-Lunzjata fuq gewwa?  Grazzi.

Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:08/18/2008 04:16 AM)

Ma nafx,imma f'Hal Ghaxaq,lejliet il-festa Titulari ta' Santa Marija, l-Ghasar sar kollu bil-Malti u personalment aktar ghogobni ghax tal-anqas tifhem xi haga u tkun tista' tifhem xqed jintqal.Bhekk izzomm aktar nies u ma jiddejqux.
Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest

Reply To Guest
(Date Posted:08/18/2008 07:33 AM)

Reply to is_aimoo_guest (08/18/2008 06:16 AM)

Ma nafx,imma f'Hal Ghaxaq,lejliet il-festa Titulari ta' Santa Marija, l-Ghasar sar kollu bil-Malti u personalment aktar ghogobni ghax tal-anqas tifhem xi haga u tkun tista' tifhem xqed jintqal.Bhekk izzomm aktar nies u ma jiddejqux.

Iva ta' Hal Ghaxaq ormai ilu hekk issa.  U jidhirli li intom lanqas taghmluh kantat, imma kemm jidhirli kemm jitkanta malajr minn fuq l-Ambone.  Ghalkemm taghmlu festa sabiha u kbira, dan ifisser li xorta wahda l-Ghasar taghkom ma jistax inkun tal-kalibru ta' festi li ghadhom isiru b'mod tradizzjonali, tipo Zejtun u Zurrieq.
Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:08/18/2008 08:58 AM)

Veru li fil-festa tal-lunzjata kien hawn xi tibdil.
Mela xi nghidu ghal dan it-tibdil li qed issir fil-festa tad-duttrina.Minn xi sena ilu l'hawn irridu bilfors jinfetah il-bieb maggur fil-hrug minn nicca tal-Madonna tad_Duttrina, meta dan qatt ma nfetah peress li dritta tinghata lit-Titular.
Is-sena l-ohra pruvaw jifthu imma il-kapplian qalilhom biex jaghlquh.Din is-sena il-bieb reaga nfetah imma din id-darba il-kappilan tahom il-barka tieghu.TAHSBU LI DAN L-AGIR HUWA SEW????????
B'konsewgwenza ta dan xi partitarji TITULARISTI marru jigru jaghlqu il-bieb peress li dan hassew li din hija offiza lejn il-festa titulari meta raw li qedin jizdiedu xi affarijiet li ma kienux isiru qabel.Paretitarji duttrinisti ireagixxu al dan lagir b'rizultat li nqalet glied fil-knisja.
Minn tahseb li ghandu ragun fuq din meta dan il-bieb qatt ma nfetah u issa jridu jinfetah ax dawn is-sekondarji mis seba jiedhu id.Tinsewx li f'hal Tarxien diga hemm xi haga totalment ghal kollox differnti minn festi ohra ghalkemm hija wahda zghira:dik li tinxtel il-koppla f jum il-festa.

Ghax jekk din id darba iccedi li jifthu il-bieb tal-knijsa fil-hrug min nicca darba ohra jkun jridu johorgu fuq iz zuntier!!!!!!

Guest

Reply To Guest
(Date Posted:08/18/2008 09:18 AM)

Reply to is_aimoo_guest (08/18/2008 10:58 AM)

Iva, din tal-glieda smajtha.  Pero ejja ma niddevjawx.  Il-mistoqsija kienet: Veru li fil-festi ta' gewwa l-Ewwel Ghasar ta' wara Translazzjoni sar bil-Malti u mhux bil-latin kif kien jigri fis-snin ta' qabel?  Xi hadd qalli li saru xi tibdiliet fil-festi ta' gewwa.  Dan veru?  Nippruvaw ma niddevjawx fuq kwistjonijiet ohra li saru.  Nirrispondu  nghaddu aktar taghrif lill-qarrejja taghna.
Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:08/19/2008 03:11 AM)

Mhux ahjar toqghod attent bil-kummenti li qed jinkitbu f'dan il-forum milli jekk l-ghasar gewwa Hal Tarxien sarx bil-Malti jew bil-Latin? Mhux ahjar tikkontrola l-kummenti u disprezz murija f'dan il-forum lejn il-Knisja, taht l-ingann li dan li qed jigi pprezentat f'dan il-forum huwa ta` nteress ghalina lkoll biex nipprotegu dak li kien isir minn dejjem? Min int biex tghid li l-ghasar gewwa Hal Tarxien ghandu jew ma ghandux isir bil-Latin biss? Jekk il-Kappillan ta` dan ir-rahal ried jaghmlu bil-Malti u ma sab l-ebda oggezzjoni mill-Kurja u mill-poplu Tarxieniz, mela kif thalli kummenti minn nies mohbija taht l-annonimita` jiktbu u jaghtu l-pariri taghhom? Qatt hsibt sabiex iccempel lill-Kappillan ta` Hal Tarxien u ssaqsih fuq jekk veru jew le hemm dawn it-"tibdil fil-festi interni tal-Lunzjata" li qeghdin jissemghu f'dan il-forum? Qatt ippruvajt issaqsi lil min jifhem (u b'min jifhem mhux qed nirreferi ghal dawk li jiktbu f'dan il-forum biss) jew jiehu dawn it-tip ta` decizjonijiet ghalfejn saru jew qed isiru certi tibdiliet fil-festi nterni fil-parrocci taghna?   

Grazzi
Josef
Guest

Reply To Guest
(Date Posted:08/19/2008 09:06 AM)

Reply to is_aimoo_guest (08/19/2008 05:11 AM)

Jiddispjacini hafna ghalik, li qed issib dan il-forum 'ta' disprezz'.  Dik mhijiex il-verita`.  Mit-ton tal-mod kif qed tikteb tidher li int irrabjat, u meta tkun irrabjat jew thossok xi ftit hazin fuq dan li ntqal ma taghmilx sew tirrispondi mill-ewwel.  Jien l-ewwel nett m'inix responsabbli minn dan il-Forum imma niehu pjacir niehu sehem u naqra x'inhu ghaddej, biss ma stajtx inhalli kumment bhal dan tieghek jghaddi bhallikieku qisu qatt ma kien xejn.  L-ewwel haga f'dan il-Forum, il-kontra ta' hafna Forums ohra qatt ma sar kliem ta' disprezz lejn hadd, u lanqas personali, ghax dan mhuwiex forum ta' qabda nies li jzommu ma kazin u jghajjru lil tal-kazin l-iehor.  Dan huwa Forum fejn sezzjoni ta' nies f'dan il-pajjiz qieghda dejjem tigi traskurata.  Nahseb li f'dan il-pajjiz minkejja li saru restrizzjonijiet fuq il-festi ta' barra, dawk li jhobbu l-festi ta' barra xorta baqghu jiehdu pjacir, anzi gieli rajt sacerdoti li jkomplu jaghmlulhom kuragg biex il-festi ta' barra jkomplu jisbiehu.  U x'hemm hazin?  Kollox sabih u kollox tajjeb.  Ghax wara kollox il-festi ta' barra huma sbieh meta jigu ccelebrati b'mod xieraq.  Mhux l-istess fuq dak li jsir gewwa.  Dejjem sejrin ghall-aghar.  Pero` n-nies ghandha d-dritt kollu li tiddiskuti l-festi, ghandha d-dritt kollu li tiddiskuti u taghti l-opinjoni fuq dak li jkun qed jigri sew fuq barra u ghaliex le anke fuq gewwa.  Hawn tant nies li jghidu kontra l-murtali u jghidu kontra l-marci, issa ghax qed naraw nies li jiehdu interess f'dak li hu genwin, se noqoghdu ngergru kontrihom ukoll?  Issa ghax hawn nies li jiehdu interess fuq il-festi li jsiru gewwa minflok ta' barra se nehduha kontrihom ukoll?  Fejn se naslu f'dan il-pajjiz?  Jiddispjacini hafna ghalik, li qed tirrabja ghalxejn fuq dan il-forum.  Qed thalli l-ghagla u r-rabja taghmel bik.  La qed thossok hekk u la qed itkellem hekk sinjal li thossok involut fiha.  Biss ara kemm ghidt kliem u uzajt kliem bhal 'disprezz', u 'ingann' xorta wahda m'ghidtilnix jekk hux veru sar bil-Malti jew kif kien isir qabel bil-Latin?  Nahseb li hija mistoqsija ferm facli biex tirrispondiha.  X'kienu t-tibdiliet li saru din is-sena?  Issa jekk se toqghod tirrabja u tiehu ghalik fuq mistoqsijiet li l-poplu ghandu d-dritt kollu li jistaqsihom, tidholx f'dan il-forum.  Int se tkun il-persuna li se ccahhadna mid-dritt kollu li niddiskutu dawn l-affarjiet taghna l-Maltin?  Int semmejt li hawn xi forma ta' ingann, pero se tkun int l-ewwel wiehed li tichad li sar xi tibdil fil-festi interni ta' Hal Tarxien?  Issa ghidli int fejn huwa l-ingann?  Min irid jghatti l-verita`?  Int semmejt ukoll il-frazi biex nipprotegu dak li kien isir minn dejjem.  Fil-verita` mhux ghax ahna marbutin ma dak li kien isir minn dejjem, imma ma dak li kien dejjem tajjeb u mal-wirt li hallewlna missirjietna, u anke max-xewqa tal-Papa li nergghu nippratikaw dak li hu tradizzjonali, ghax li hu tradizzjonali min qal li hu hazin?  Sa anke l-quddiesa Tridentina regghet giet ippropronuta mill-Qdusija tieghu il-Papa.  In-nies li jhobbu l-festi Interni, bhal dawk numeruzi hafna li ghandhom taht idejhom il-festi ta' barra huma preokkupati fuq l-affarijiet li jolqtu lilhom.  Ghax filwaqt li dejjem nirsistu li l-knisja ghandha tigi l-ewwel fil-festa, qed dejjem ninnutaw li l-knisja qed tigi l-ahhar.  Dak li hallewlna missirijietna qieghed dejjem jittiekel, sena wara sena u nahseb li iva, ghandna d-dritt kollu li naghtu l-opinjoni taghna u nuru t-thassib kollu ghal dan.  Lill-kappillan taghna ta' Hal Tarxien m'ghandix ghalfejn nikkuntattjah.  Il-kappillan taghna hija persuna genwina u persuna twajba hafna.  Biss personalment qatt ma nista naqbel u qatt u jiddispjacini ghall-poplu Tarxiniz tieghi li l-Ghasar ma baqghax isir kif kien isir.  Telfa ohra, li ghal hafna nies ma taghmilx differenza, sakemm jasal iz-zmien u nkunu rreallizajna bl-izball li ghamilna.  Saqsejtni jekk jien qattx saqsejt jew qattx mort nitlob ir-raguni wara dan it-tibdil.  M'ghandix ghalfejn immur insaqsi lil dawn in-nies, biss haga wahda rrid nghidilhom, li b'dan il-pass fil-knejjes taghna xejn mhu se jifdal iktar, u nahseb li dawn huwa ta' disrispett kbir aktar mid-disprezz u l-ingann li semmejt int, disprezz u ngann li f'dan lil-Forum wara kollox qatt ma ezista, ghax l-ghan taghna hija d-diskussjoni u flimkien bhala poplu wiehed nirrealizzaw li dawn it-tibdiliet u tkissir fil-festi taghna mhu se jgib l-ebda bidla hlief ghal aktar nies li jkomplu jifferocjaw ghall-festi ta' barra.

Grazzi
Bart
Guest

Reply To Guest
(Date Posted:08/19/2008 13:18 PM)

Reply to is_aimoo_guest (08/19/2008 05:11 AM)

Mhux ahjar toqghod attent bil-kummenti li qed jinkitbu f'dan il-forum milli jekk l-ghasar gewwa Hal Tarxien sarx bil-Malti jew bil-Latin? Mhux ahjar tikkontrola l-kummenti u disprezz murija f'dan il-forum lejn il-Knisja, taht l-ingann li dan li qed jigi pprezentat f'dan il-forum huwa ta` nteress ghalina lkoll biex nipprotegu dak li kien isir minn dejjem? Min int biex tghid li l-ghasar gewwa Hal Tarxien ghandu jew ma ghandux isir bil-Latin biss? Jekk il-Kappillan ta` dan ir-rahal ried jaghmlu bil-Malti u ma sab l-ebda oggezzjoni mill-Kurja u mill-poplu Tarxieniz, mela kif thalli kummenti minn nies mohbija taht l-annonimita` jiktbu u jaghtu l-pariri taghhom? Qatt hsibt sabiex iccempel lill-Kappillan ta` Hal Tarxien u ssaqsih fuq jekk veru jew le hemm dawn it-"tibdil fil-festi interni tal-Lunzjata" li qeghdin jissemghu f'dan il-forum? Qatt ippruvajt issaqsi lil min jifhem (u b'min jifhem mhux qed nirreferi ghal dawk li jiktbu f'dan il-forum biss) jew jiehu dawn it-tip ta` decizjonijiet ghalfejn saru jew qed isiru certi tibdiliet fil-festi nterni fil-parrocci taghna?   

Grazzi
Josef

"Jekk il-Kappillan ta` dan ir-rahal ried  jaghmlu bil-Malti u ma sab l-ebda oggezzjoni mill-Kurja u mill-poplu Tarxieniz"

Jien Darren minn Hal Tarxien u ma nafx li l-Kappillan qatt saqsini jew qatt bagthli xi karta d-dar biex isaqsina jekk naqblux li l-Ghasar andux isir bil-Malti jew bil-latin.  a nafx kif dan qed jghid li ma sabx oggezzjoni mill-poplu Tarxiniz.  Barra minn hekk nahseb li din mhijiex decizjoni li ghandu jaghzilha xi hadd ahseb u ara kemm ghandha taqa' fuq l-intelligenza u l-interess tal-poplu meta tqis li l-valuri u l-interess fil-kultura religjuza dejjem jonqos, tort ta' min qed joqtolha.  Nahseb li kull sacerdot ghandu jhossu fid-dmir li jzomm shih il-wirt ta' dak ir-rahal u jekk ikun hemm bzonn mhux jippreservah biss imma li jqajjem interess fost il-poplu jekk din tkun ghadha mhux b'sahhitha bizzejjed.  Il-hidma pastorali ma tfissirx hidma evangelika biss imma hidma shiha u kompluta.  Hu mill-missjonarji, dawn qabel ma jghaddu biex ixerrdu l-evangelu fost in-nies fqar hafna drabi jaraw li n-nies ikollhom il-bzonnijiet materjali mehtiega qabel.  Hekk ghandu jkun f'kollox.  Jien proprja mwieled iz-Zurrieq u ghall-festa sabiha taghna ta' Santa Katerina nitla u ma nitlifx Ghasar wiehed.   Nahseb li kienet intelligenti l-idea ta' l-arcipriet taz-Zurrieq li jaghmel booklet b'zewg kolonni - fuq naha bil-Malti u naha l-ohra bil-Latin u b'hekk in-nies tifhem, tippartecipa u zomm shih dak li hallewlna missirijietna.  L-affarijiet ma jirnexxux meta fin-nofs ikun hemm l-ghazz u s-suppervja.
Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:08/20/2008 01:16 AM)

Ghaziz Bart, Darren

Naqbel mieghek li n-nies ghandha dritt li tiddiskuti dwar il-festi; imma b’mod adult u mhux tinheba wara l-annonanimita`; ghandha dritt ukoll isaqsi, sabiex dak li jigi mbaghad diskuss, jigi diskuss b’evidenza u prova ta` stharrig. Jien mhux qed nehoda kontra dawn; imma hija l-opinjoni tieghi, li polemika f’dan il-forum tinqala` minghajr ebda raguni, u erhilu kulhadd jitfa` l-kummenti tieghu, minghajr ma jwizen dak li qed jikteb jew x’effett jista` jkollu fuq min jaqrah. Ezempju, fl-opinjoni tieghi, il-kummenti li nkitbu dwar l-Arcipriet tal-Mosta juru disprezz lejn din il-persuna.

Nemmen li l-poplu jrid jahdem id f’id ma` min qed imexxi l-Parrocca. Irrid isib hin ta` djalogu; ta` stharrig; ta` diskussjoni; ta` laqghat. Ma tistghax tiddependi fuq xi jghidu n-nies f’dan il-forum biss. U ma tistghax tghid li ghax qed issir xi haga negattiva f’parrocca wahda, mela din hija l-istat tal-Knisja kollha f’Malta. Minhabba f’hekk, ma naqbilx mieghek meta ghidt li ma ghandikx ghalfejn isaqsi lill-Kappillani jew min qed imexxi lill-Parrocca. U zgur li ghandek isaqsigom! Wara kollox jekk ittiehdet decizjoni, hemm ir-raguni ghalfejn din ittiehdet; hemm xi hadd li mexxa din il-proposta. Il-Kappillan (hu min hu) zgur ma jqumx filghodu u jwettaq dak li johlom!

Il-parir tieghi lil Darren (ma nafx kemm ilek toqghod f’Hal Tarxien) huwa li meta tista`, attendi l-laqghat li jsiru fil-parrocca min zmien ghal iehor; kemm dawk il-laqghat Parrokkjali kif ukoll dawk li jsiru mill-ghaqdiet! Kontribut gdid huwa dejjem apprezzat. Nipprova naghti s-sehem tieghi fil-Parrocca. Fejn ma nifhimx insaqsi u fejn ma nasalx, imur dritt ghll-ras il-ghajn. Dejjem hadt risposti; dejjem tajt l-opinjonijiet tieghi; dejjem offrejt is-suggerimenti tieghi meta dawn geww mitluba. Ma nafx ghalfejn l-Ghasar sar bil-Malti; pero` lest li nsaqsi l-Kappillan dwar din il-haga. Jekk mhux qed nizbalja, il-ktejjeb li hareg fil-quddiesa tal-festa, kellu l-Ghasar kemm bil-Malti kif ukoll bil-Latin. Allura jista` jkun li s-sena d-diehla l-Ghasar isir bil-Latin. Kif ghidtlek pero` inkellem lill-Kappillan u nara seww fuq din il-bicca.

Grazzi

Josef

Guest

Mux kulhad irid jidjaloga!
(Date Posted:08/20/2008 02:59 AM)

Qed nara din id diskusjoni interesanti.  Veru nammettu li Festi ta' gewwa qed jigu traskurati mill-Knisja. Mux talli gili ma jsirux imma talli qed jidhlu ideat godda li jihdu post dawk antiki.  Ezempju tista qat tifem kif il-kitari qed jihdu post il-vjolini f'funzjonijit importanti fi -knisja?  Semejtu persuna partikola persuna ta' karattru pero bir-rispett kollu ta', meta kienet fparocca ohra irnexilu joqtol il-festa bdaqqa wahda ta mannarra u issa li qied f'parrocca gdida u ikbar u iktar sinhura l-parrucani qed jindunaw li min sena al sena l-afafrijiet qed dejem jonqsulom.  Irrid ukoll nitkellem fuq din li ridu nahdmu id fid u nitkellmu ma min imexxi l-parocca.  Ha nejdelk gi\li sirt naf bxi nes li meta jmorru jippruva jidjalogaw ma l-arciprit jew mal-kappillan partikolari iehor fmalta dan ikeccijom lil hemm u ma nejdlekx xjejdilom.  Tahseb li dan huwa sew? Ghidli issa dan huwa sew? Tsima bis dak li jaqbel lilek u lbqija tkecih lil hemm? Ara ma tahsibx li l-kurja ma tafx bih!  Imma ax peress li inzertat parocca minn dawk li hadd ma jati kasa, u min dawn jezistu xi 4 jw 5 fMalta ohra alura inhalu kolox addej qisu mu qed jigri xejn u sadanitant il-paroca sejra dejem lura. Din mix gidba.
Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:08/28/2008 08:16 AM)

Nahseb li l-parrocci imxu differenti minn xulxin, barra l-fatt li kappillan huwa differenti minn iehor.  Hemm veru ma min tista tithaddet u hemm min ma tistax.  Fuq il-Kunsilli Pastorali, nemmen li jaghmlu hafna gid, imma li rridu nghidu huwa li f'certi kazi, kemm il-liturgija tal-festa u kemm it-tradizzjonijiet tal-festa f'dawn il-kunsilli qed jigu traskurati ghax qed ikun hemm grupp li huma meghdijin wisq pastoralment u fit-tradizzjonjiet liturgici mhumiex intizi.  Nahseb ukoll li certu kummissjonijiet mhumiex organizzati u hemm hafna tahwid u nahseb li tant kemm hemm nuqqas ta' organizazzjoni li dejjem tghaddi ta' dawk li jridu jzidu l-modern u jnaqqsu dak li hu tradizzjonali.  Jien nixtieq inkun naf verament minghand dak ta' Hal Tarxien, jekk it-tibdil ta' l-Ghasar giex diskuss jew le fil-laqgha tal-Kummissjoni Pastorali tal-parrocca taghhom?  U jekk gie diskuss, nixiteq inkun naf x'ragunijiet ta l-kappillan biex dawn l-Ghosrien  jitbiddlu u jsiru fil-forma modernissima li saru dinis-sena?  Grazzi hafna.
Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:08/30/2008 08:25 AM)

Prosit ghal festi solenni li saru b dinjita kbira fil Kappella ta San Bert Martri gewwa Hal Tarxien!

Ezempju ghal festi l-ohra kollha. it-tridu, il-lawdi ul Vespri ul Pontifilkal Solenni minn Mons. Mercieca. Prosit kbira lil min ha hsieb u organizza festa xierqa u dinjituza f gieh l-Appostlu San Bert!
Guest

Reply To Guest
(Date Posted:08/31/2008 06:55 AM)

Reply to is_aimoo_guest (08/20/2008 03:16 AM)

Ghaziz Bart, Darren

.....

[omissis]

Nipprova naghti s-sehem tieghi fil-Parrocca. Fejn ma nifhimx insaqsi u fejn ma nasalx, imur dritt ghll-ras il-ghajn. Dejjem hadt risposti; dejjem tajt l-opinjonijiet tieghi; dejjem offrejt is-suggerimenti tieghi meta dawn geww mitluba. Ma nafx ghalfejn l-Ghasar sar bil-Malti; pero` lest li nsaqsi l-Kappillan dwar din il-haga. Jekk mhux qed nizbalja, il-ktejjeb li hareg fil-quddiesa tal-festa, kellu l-Ghasar kemm bil-Malti kif ukoll bil-Latin. Allura jista` jkun li s-sena d-diehla l-Ghasar isir bil-Latin. Kif ghidtlek pero` inkellem lill-Kappillan u nara seww fuq din il-bicca.

Grazzi

Josef

Ghaziz Josef

Minn kliemek jidher li int midhla sew tal-kappillan Jidher li jistmak hafna la jisimighek u jtik ir-riposti.  Ma nafx jien imma forsi int xi wiehed li tappogjah fid-decizjojijiet "b'konsultazzjoni" li jiehu? Xi wiehed li tikkonvinci ruhek malajr u tapprova dawn l-atti?  Bil-fors hekk ghax inkella kaz rari li xi kappillan li jiddeciedi li jnehhi l-Ghasar Solenni bil-Latin biex jaghmlu bil-Malti jisma minn xi konservattiv/ ras marbuta fil-passat / antikwat u mitt elf titlu li jaghtu dawn ir-reverendi sinjuri lill min ihobb tassew is-serjeta fil-liturgija.

Int bis-serjeta temmen f'dak li ktibt?  Bis-serjeta' tahseb li s-sena d-diehal l-Ghasar f'Hal-Tarxien se jerga jsir bil-Latin ghax fil-ktieb ghamel it-text bil-Latin?  U hallina.  Dak bzar fl-ghajnejn, dawk tricks of the game jghidulhom.  Tibzax dur il-parrocci fejn l-ghasar bil-Latin inbidel bil-Malti u tara (u naf x'jien nghid) kif kollha ghandhom il-booklets naha bil-Latin u naha bil-Malti.  Imma x'jiswa?  Lili ghidli kemm qed jintuza l-Latin m'hux imbilli gie stampat.  La darba inqata' daqshekk roddlu s-salib m'ghandekx cans li jerga' jidhol .............sakemm ma jigix kappillan gdid............ forsi.

Ninkoraggik biex tmur tistaqsieh lill-kappillan ha tara sewwa fuq din il-bicca.  Imbghad tina r-risposta tieghu ha naraw kemm vera lest li jisma u jinduna li zbalja u b'hekk jerga jaghmlu bil-Latin.

Kurzita ckejkna, Josef (jekk tippermettili).  Ftit aktar il-fuq ghidtilna li taqbel li l-Ghasar isir bil-Malti ghax tista tifhem u ssegwi, u staqsejn min ahna biex niddeciedu x'ghandu jsir.  Tajjeb wisq, ghandek dritt ghall-opinjoni tieghek.  Imma nghid jien allura ghalfejn issa ghidtilna hekk;?
 "jista` jkun li s-sena d-diehla l-Ghasar isir bil-Latin. Kif ghidtlek pero` inkellem lill-Kappillan u nara seww fuq din il-bicca."

Issa qed isir ghal-qalbek m'hux hekk? Mela m'ghandekx ghalfejn tistaqsi u tiehu aktar interess.  Jew forsi qed jidhlulek xi dubji?

Vince

Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:09/01/2008 04:51 AM)

Dwar l-ghasar f'Hal Tarxien:

(1) Ma saret ebda konsultazzjoni dwar l-ghasar bil-latin. L-ghasar sar bil-Malti minghajr ebda konsultazzjoni jew approvazjoni mill-komunita parrokkjali Tarxiniza.

(2) Kienu diversi l-parruccani Tarxinizi li wrew id-disapprovazzjoni taghhom dwar dan.

(3) Bosta huma dawk li qed isostnu mal-Kappillan li dan kollu ghandu jkun rivedut biex is-sena d-diehla l-ghasar jerga' sjir bil-latin.

Niehu din l-okkazzjoni biex nappella lil dawk kollha li qed jidhlu f'dan il-forum biex ninghaqdu flimkien jekk verament ma rridux li l-Kurja tkompli tnaqqar mill-wirt kulturali religjuz bl-iskuza li hadd ma jifhem il-latinorum. Dan huwa inacettabbli aktar u aktar wara l-hrug tal-Motu Proprio tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI Summorum Pontificum.

Jien nemmen li huma bosta dawk li jridu jaraw il-forma 'specjali' (kif qed isejhila l-Papa) tidhol fis-sehh f'Malta wkoll, partikolarment fis-solennitajiet festivi fl-irhula taghna.

F'dan id-dawl nahseb li wasal iz-zmien li jitwaqqaf moviment dwar dan, possibilment anke bl-ghajnuna u bl-appogg ta' ghaqdiet internazzjonali ohrajn. Il-forma 'specjali' tal-quddies tridentin qieghed jidhol fis-sehh f'diversi djocesijiet kattolici.

Kull min hu interessat ghandu jaghmel kuntatt mieghei fuq dan l-indirizz email: rittridentin@gmail.com
Guest

Reply To Guest
(Date Posted:09/01/2008 08:28 AM)

Reply to is_aimoo_guest (09/01/2008 06:51 AM)

Prosit ta' l-inizjattiva.  Nahseb li hawn hafna Mostin u anke minn irhula ohra li jkunu jixtiequ, jiehdu parti.  Irridu nressqu lejn dan l-ideal diversi nies minn kull rokna sockali u ta' etajiet differenti.  Nahseb li l-ghan wara dan kollu huwa wiehed serju u ta' certu valur.  Keep it up u tiskoraggux ruhkom.
Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:09/11/2008 13:23 PM)

Fa' daqqa wahda alla jbierek qed ninnota li go rahalna Hal Tarxien tghidx kemm faqqsu nies ihobbu l-ghasar. Bir-rispett kollu ta' imma ma jidrilkomx li qed tghidu ic-cucati aktar u aktar meta titkellmu b' dan il-mod fuq il-kappillan li ghandna. Ghax ma' tghidux li f' Hal Tarxien il-Kumitat tal-festa aktar mohhu biex jaqla l-kantanti u l-baned milli fil-funzjonijiet tal-knisja, ghax ma jitkellmux ha jaraw min minnhom imur ghall-ghasar. Taf  ghalfejn jinqala dan il-kumitat li fih erba persuni derjjem ihufu mal-kappillan biex jippruvaw jiehdu kontroll fuq festa li mhix kompitu taghhom u jigdbu bhal m' ghamlel haddiehor izjed il-fuq f' din il-pagna. Ghall giehna tghidx kemm hemm min johrog gherf minn fommu allura possibli din li l-ghasar sar bil-Malti biss harbitlu. Ma nafx jekk tidhakx jew tibkix meta tara dawn il-kummenti imma milli jidher issa qed jistenbhu.

Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:09/12/2008 03:02 AM)

Ma nahsibx li din hija kwistjoni ta' nuqqas ta' rispett lejn il-kappillan.  Kulhadd jaf kemm il-kappillan ta' Hal Tarxien huwa bniedem dhuli u mahbub.  Dan li qed jinghad hawn, mhux bhala tixwix.  Il-poplu qieghed biss juri disapprovazzjoni ghal dawn ix-xejriet moderni li dehlin fil-funzjonijiet tal-festa.  Daqshekk kollox.  Nispera li l-affarijiet jirrangaw ruhhom u bhalma jirrangaw ruhhom f'Hal Tarxien jirrangaw ruhhom bnadi ohra.
Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:09/18/2008 02:28 AM)

min qall li tad dutrina qallaw il glid huwa giddib imma hatt wara hatt tasal ta kulhadt
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:09/18/2008 02:53 AM)

Il-glied fil-festa tad-duttrina qalluh il-partitarji duttrinisti stess AX PRUVAW JAGHMLU XI HAGA LI MA KIENTX ISSIR QABEL.SEWWA JGHIDU LIS-SEKONDARJI MAWNX GHAR MINNHOM FL-IRHULA KOLLHA AX HUMA IL-KAGUN TA DAN IL-GLIED KOLLU LI QIED JINQALA FIL-FESTI AX DEJJEM IRRIDU JZIDU AX DEJJEM MINN TAHT KIENU U JIBQGHU.MIS-SEBGHA JIPPRUVAW JIEHDU L-ID BIEX MINGHALIHOM JIGU BHAL TAL-PARROCCA IMMA F'WICCHOM JIBQA TA AX DIS-SENA IL-POLU TARXINIZ TAKOM L-AKBAR RISPOSTA LI SETA QATT ITIKOM    *******MA KALKULAKOMX ******* U MA GIEX AL FESTA.
KEMM RAJT NIES BARRA JIEN FUQ IT-TARGA BILQEDA BHAL MA JAGHMLU KULL NHAR TA HADD FILAXIJA JITKELLMU BILQEDA WAT LI FIL-MISRAH TAR-RAHAL KIENET GHADDEJJA IS SUPPOST FESTA B'ERBA TUZANNI NIES TODOM FUQ SUBAJK.

               META PASTARDA SSIR KABOCCA
              TAD-DUTTRINA JSIRU PARROCCA
Guest

RE:Tibdil fil-Festi Interni tal-Lunzjata f'Hal Tarxien.
(Date Posted:09/18/2008 07:05 AM)

Hbieb intom rajtuhom ir-regolamenti ta' dan il-Forum?

Tafu li ma jistax ikun hemm tghajjir bejn Festi?

Tafu li qieghdin twaqqghu il-gebla fuq saqajkom, biex dawk li ma jhobbux il-festi jinqdew b'dawn il-vavati u maghkom jehlu nies li veru jhobbu l-festa u l-festa li ssir fuq gewwa?

Inheggeg lil dawk li qed jiktbu b'dan il-mod biex imorru fuq il-website taghhom tal-kazin u hemm jaghmlu li jridu.  L-ahjar soluzzjoni imma hija li ma jsir l-ebda tghajjir la hawn u mkien aktar.

Grazzi.

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

Biggest Coupon for Cucusoft Converter,Lowest Price 50% Off Online once in a blue moon!
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.