User Name  Password
Festi Interni
Title: Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
Hop to: 
Search Tags: 400 sena Parrocca, ittra, Mosta
Views:591     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:10/14/2008 11:51 AM)

Din l-ittra dehret fuq l-Orizzont tas-Sibt 12 t'Ottubru wara l-Festi Centinarji ta' l-400 sena parrocca, li ma nizlu xejn tajjeb mal-Mostin.
_______________________________________________________________________________________

Sur Editur,

Nhar is-16 ta’ Settembru, 2008, ġew fi tmiemhom iċ-ċelebrazzjonijiet li l-Mostin għamlu biex ifakkru l-400 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Mosta. Bdejna fis-16 ta’ Settembru, 2007, u ġejna mwegħdin sena sħiħa ta’ attivitajiet u ċelebrazzjonijiet.

Wara l-quddiesa ta’ nhar il-Ħadd, l-14 ta’ Settembru, 2008, kelliem tal-Grupp Organizzattiv, taħt it-tmexxija tal-Arġipriet Dun Mario Tong, tana lista ta’ dak kollu li sar matul din is-sena.

Qalilna li saru żewġ laqgħat ta’ formazzjoni. Ġabu żewġ korijiet li taw żewġ kunċerti fir-Rotunda. Wieħed minnhom nhar it-30 ta’ Mejju, 2008, fl-okkażjoni tal-175 sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tar-Rotunda u għalhekk m’għandu x’jaqsam xejn maċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentinarju.

Għamlu kompetizzjoni għat-tfal tal-iskola. Qalilna li ċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi ta’ matul is-sena saru kollha – bħalma jsir is-soltu. Fil-festa ta’ Santa Marija, li suppost kellha tkun il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet, sar kollox bħas-soltu.

Kellha ssir akkademja fir-Rotunda u ħassruha. Kulħadd kien jistenna, għax hekk kien ġie mħabbar, li fis-sena taċ-ċentinarju jiġi restawrat iz-zuntier tal-Knisja li f’ħafna partijiet minnu huwa perikoluż. Tant hu hekk li meta f’April li għadda twaħħal ma’ pilastru taz-zuntier il-permess tal-MEPA biex isir salib kbir tal-ġebel fil-pjazza, (salib li ma sarx minħabba l-oppożizzjoni tal-Kunsill Parrokkjali immexxi mill-Arċipriet u tal-Kunsill Lokali), kulħadd ħa r-ruħ għax kulħadd ħaseb li wasal il-permess biex jiġi rranġat iz-zuntier. Iżda kulħadd baqa’ b’xiber imnieħer għax ma sar xejn u z-zuntier baqa’ fl-istat perikoluż li kien.

Is-sorpriża tahielna l-Arċipriet, meta wara d-diskors tar-rappreżentant tal-grupp organizzattiv, l-Arċipriet spjegalna li l-proġett ta’ dan iċ-ċentinarju kellu jkun iż-żewġ statwi tal-bronż flok dawk li hemm fuq iz-zuntier tal-Knisja (mhux ir-restawr taz-zuntier innifsu).

L-Arċipriet kien ħabbar li dawn l-istatwi se jsiru tal-bronż, f’Settembru tal-2007. Mill-ewwel kien hemm żewġ benefatturi li offrew li jħallsu statwa kull wieħed. Għalhekk l-Arċipriet kellu moħħu mistrieħ mill-fondi neċessarji u sena sħiħa biex dan il-proġett isir fil-ħin.

Iżda nhar l-14 ta’ Settembru, 2008, l-Arċipriet informana li l-istatwi għadhom m’humiex lesti. Kompla qalilna li aħjar ma ngħaġġlux għax inkella jistgħu jsiru l-iżbalji. Il-veru każ li ma jiżbaljax min qatt ma jagħmel xejn.

Xi wħud bdew jistaqsu “kemm se ndumu ngħaddu lill-parruċċani Mostin biż-żmien?” Mhux ta’ b’xejn li dan l-atteġġjament qiegħed jiġbed l-istmerrija ta‘ ħafna Mostin u jnissel ħafna tgergir fost il-poplu!

Iċ-ċelebrazzjoni tal-14 ta’ Settembru, 2008, ġiet fi tmiemha billi fir-Rotunda ġiet inawgurata plakka kommemorattiva li tfakkar iċ-ċelebrazzjonijiet tar-raba’ ċentarju tal-parroċċa tal-Mosta taħt l-Arċipriet Dun Mario Tong (miktub b’ittri kbar). Għall-inqas din il-plakka tlestiet fil-ħin. Jidher li din il-plakka kommemorattiva kienet l-aktar importanti!

Fidil
Mosta

L-Ittra li dehret fuq l-Orizzont

Guest



Quo Vadis Mosta? minn Karba, Mosta
(Date Posted:10/14/2008 12:06 PM)

Peress li dan huwa topik dwar l-ittri li ntbaghtu fuq il-festi centinarji tal-Mosta, rajt li kien opportun ukoll li ngharrafkom b'aktar ittri li ntbaghtu fuq dan l-istess suggett.  Din hija ittra ohra.

_______________________________________________________________________________

Quo vadis, Mosta?
minn Karba - Mosta
Sur Editur,

Nhar is-16 ta’ Settembru, 2008, il-Mosta se tagħlaq 400 sena Parroċċa. Fil-programm tal-festa ta’ Santa Marija 2007, l-Arċipriet qalilna hekk: “Se nibdew sena ta’ ħidma u ċelebrazzjonijiet li jibdew fis-16 ta’ Settembru, 2007, u nagħlqu b’ċelebrazzjonijiet fis-16 ta’ Settembru, 2008”. Stieden lis-soċjetajiet li jixtiequ jkollhom sehem f’dawn l-attivitajiet biex jibagħtu l-proposti tagħhom lill-Grupp Organizzattiv taħt il-Presidenza tal-istess Arċipriet.

Bdejna nhar is-16 ta’ Settembru, 2007. Dakinhar għamilna korteo bis-sehem taż-żewġ baned Mostin, quddiesa fil-Knisja u wera xegħlna n-numri 1608 u 2008 mal-faċċata tal-Knisja. Il-Mostin imtlew bl-entużjażmu u kien hemm diversi individwi u soċjetajiet li ħarġu bil-proposti tagħhom. Sadanittant, matul is-sena, iċ-ċelebrazzjonijiet komplew billi kultant żmien konna nġiebu l-‘high-up’ fuq iz-zuntier tal-Knisja u żgħażugħ jitla fil-għoli biex jibdel il-bozoz tan-numri li jkunu nħarqu.

Smajt li tal-Banda Nicolò Isouard ressqu talba biex meta jdoqqu fil-festa ta’ Santa Marija jġibu banda oħra biex iddoqq magħhom għas-spejjeż tagħhom stess. Dan ifisser li l-marċi kienu se jibqgħu l-istess, sew fir-rotta tagħhom u sew fil-ħin li kienu se jieħdu.

L-unika differenza li kien se jkun hemm kienet li f’kull marċ kien se jkun hemm aktar bandisti jdoqqu. Xi ħaġa li suppost togħġob lill-organizzaturi tal-festa. Għax mhux l-ewwel darba li rajnihom jgħoddu lill-bandisti u mbagħad irħilhom jgħidu li dik il-banda kienet aħjar mill-oħra għax kella aktar bandisti. Fil-bidu ta’ din is-sena, l-Arċipriet ta l-permess biex il-Banda Nicolò Isouard iġġib baned oħrajn biex idoqqu magħha fil-ġranet tal-festa. Iżda wara erba’ xhur reġa’ bdielu u qal lil tan-Nicolò Isouard li l-baned ma jistgħux iġibuhom għax il-Kurja ma tatx permess. B’hekk lil tal-Banda Nicolò Isouard ħariġhom ta’ ħmir mal-erba’ baned li kienu aċċettaw l-istedina biex jiġu jdoqqu fil-Mosta.

Issa li ħareġ il-programm tal-festa, wieħed malajr jinduna li fil-programm ta’ din is-sena m’hemm xejn ġdid. Anzi f’dawn l-aħħar ftit snin, l-Arċipriet kien naqqas il-marċ li kien isir nhar il-festa, qabel ma toħroġ il-purċissjoni. U din is-sena l-istess marċ jinsab nieqes ukoll mill-programm speċjali fis-sena tal-400 Anniversarju tal-Parroċċa. Nistaqsi, meta l-Arċipriet naqqas dan il-marċ, kien talab il-permess tal-Kurja? U jekk talab, tal-Kurja ma sabuhiex diffiċli biex joħorġu l-permess? Forsi fil-Kurja hemm xi wħud milli jridu jnaqqsu l-festi u jaraw l-atteġġjament tal-Arċipriet tal-Mosta bħala wieħed ideali. Iżda dawn għandhom ikunu jafu li l-Arċipriet mhux il-marċi biss naqqas. Anke il-quddies, għax f’Jannar li għadda qalilna minn fuq l-artal li l-quddiesa li konna nsibuha bħala “tal-ewwel” mhix se ssir aktar. Jiġifieri naqqas quddiesa kuljum. Ma taniex raġuni għaliex ħa din id-deċiżjoni, imma biex iserraħ il-kuxjenza tana lista ta’ kemm isiru quddies kuljum fil-Knisja Arċipretali, fiż-Żoni u fil-Kappelli mxerrdin mal-Mosta. Wara li tana ċ-ċifri eżatti, qalilna li barra dawn iċ-ċifri jsiru ħafna quddies oħrajn bħal tal-funerali, taż-żwiġijiet u tal-magħmudijiet.

U fl-aħħar, kelma għall-attenzjoni speċjali tal-Arċisqof. Qabel ma ġie dan l-Arċipriet, fil-Mosta kellna Arċipriet ieħor li dam 22 sena. Matul il-parrokjat tiegħu kien hemm numru sostanzjali ta’ Mostin li ħadu l-vokazzjoni saċerdotali, li numru sabiħ minnhom illum qegħdin iservu fil-kariga ta’ Kappillan jew Arċipriet f’parroċċi oħrajn. Aktarx li f’dawk is-snin, il-Mosta kienet il-parroċċa li minnha ħarġu l-akbar numru ta’ vokazzjonijiet saċerdotali.

X’kien ir-riżultat f’dan ir-rigward matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm ilu l-Arċipriet preżenti? Tal-Kurja għandhom il-mezzi kollha biex jaslu għar-riżultati eżatti. Għall-Mostin m’hemmx bżonn joqogħdu jikkalkulaw għax jafu x’inhuma r-riżultati. Għalhekk bir-raġun kollu, ħafna qegħdin jistaqsu, “Quo Vadis Mosta, taħt l-amministrazzjoni tal-Arċipriet preżenti?”
Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



RE:Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
(Date Posted:10/14/2008 12:22 PM)

Jien u naqra dawn il-messaggi nikkonferma kemm verament issa l-knisja u l-Kurja saru jigu jaqghu u jqumu minn kulhadd.  Ghalkemm inbidel l-Isqof il-knisja baqghet l-istess.  Min got-tagen ghal gon-nar.  Dizilluzjoni kbira.  Addio festi u celebrazzjonijiet issa Sinodi, laqghat pastorali, seminars, Assemblei u hafna laqghat ta' diskussjonijiet biss.  Knisja 'American Style' u bye bye il-bqija.  Keep it up eh!
Guest



RE:Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
(Date Posted:10/14/2008 14:47 PM)

sejrin naghmlu laqgha sura jew le?!?! ejjew ma nghaddux zmien bina nfusna iktar..... meta ser niltaqghu??? Diga kien hemm min ipprova jiehu l-inizjattiva! Issa jien nemmen li minn hawn ma ahna ser naslu mkien.... ma naqbilx li nohorgu nkissru ta! Assolutament li le, imma xi haga rridu naghmlu.... bl-artikli ma naslu mkien.... laqgha u NATTENDU u nimxu minn hemm!!
Guest



RE:Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
(Date Posted:10/16/2008 23:58 PM)

jien ma natis kas ta itri fejn ma turix ismek izda tineheba tahht isem ihor.

Mario

Guest



RE:Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
(Date Posted:10/17/2008 00:01 AM)

Trid tghid li l-festi u c-celebrazzjonijiet biss huma aktar importanti? Qed tara biss sa xifer imniehrek.
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:10/17/2008 10:08 AM)

Reply to is_aimoo_guest (10/17/2008 01:58 AM)

jien ma natis kas ta itri fejn ma turix ismek izda tineheba tahht isem ihor.

Mario



Mario l-importanti mhux min kitibha, setghetx kitbitha soru jew wiehed li ma jemminx.  L-importanti li l-messagg jasal.  U nahseb li ittri bhal dawn ma jinkitbux ghax hemm mibeghda imma ghax in-nies thoss li jkun hemm xi nuqqas.  B'daqshekk ma jkun gara xejn.  L-importnati li wiehed jipprova jsewwi l-izbalji li jkunu saru.
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:10/17/2008 10:14 AM)

Reply to is_aimoo_guest (10/17/2008 02:01 AM)

Trid tghid li l-festi u c-celebrazzjonijiet biss huma aktar importanti? Qed tara biss sa xifer imniehrek.


Lanqas xejn.  Nahseb li int qed thares min-naha l-ohra tal-perspettiva.  Il-festi u c-celebrazzjonijiet mhumiex l-aktar importanti: huma biss parti mill-hajja taghna bhala nsara.  L-istess ghandu jkun fis-Sinodi, u assemblei, imma fil-verita` l-knisja qed taghtihom wisq importanza.  Ma niftehmux hazin.  Kollox importanti.  U importanti li jjsiru dawn l-affarijiet, imma il-ghala l-knisja qed titraskura l-kultura popolari religjuza tal-Maltin?  Hafna nies qed jiddejqu b'dan l-attegjament.  In-nies ma tigbidhomx il-knisja bil-laqghat u bl-assemblei, in-nies jersqu lejn l-ispiritwali mill-gheruq li gew imrawwmin fihom.  Ghandna naghtu importanza lil kollox.
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:10/19/2008 00:37 AM)

Reply to is_aimoo_guest (10/17/2008 01:58 AM)

jien ma natis kas ta itri fejn ma turix ismek izda tineheba tahht isem ihor.

Mario



Mario, siehbi ibl-istess argument allura ma naghtux kasek ukoll.  Ghax bill ghidtilna x'jismek la ghidtilna kunjomok u lanqas minn fejn int.  U kif taf int m'hux Mario wiehed biss hawn. F'kelma wahda int ukoll zammejt u taqbel man-nom de plume!

Ghall li jista jkun kunjomok m'hux Tong hux?
Guest



Madonna tas-Sahha Rabat Malta
(Date Posted:10/19/2008 01:56 AM)

Illejla fil-5 u kwart jitlaq pellegrinagg mil-knisja ta' San Frangisk u santwarju tal-Madonna tas-Sahha ghall-Katidral tal-Imdina bix-xbieha Mirakoluza u Inkurunata tal-Madonna tas-Sahha fejn fis-6 tigi kkoncelebrata quddiesa solenni min-Nunzju Appostoliku. Fil-ghaxija tohrog il-purcissjoni bl-istatwa. 
Guest



RE:Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
(Date Posted:10/21/2008 05:44 AM)

In-nies ma jridux jattendu ghall-laqghat u ghall-assemblei. U jekk dawn ma jattendux ghal dawn il-laqghat u ma jsemmghux lehenihom jew laqghat ohrajn li huma ta` formazzjoni spiritwali u taghlim, kif tista` tghid li dawn jse ersqu lejn il-knisja mill-gheruq (festi biss??) li gew imrewwin fihom? 
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:10/21/2008 10:40 AM)

Reply to is_aimoo_guest (10/21/2008 07:44 AM)

In-nies ma jridux jattendu ghall-laqghat u ghall-assemblei. U jekk dawn ma jattendux ghal dawn il-laqghat u ma jsemmghux lehenihom jew laqghat ohrajn li huma ta` formazzjoni spiritwali u taghlim, kif tista` tghid li dawn jse ersqu lejn il-knisja mill-gheruq (festi biss??) li gew imrewwin fihom? 

Le issa qed inhawdu kollox.  F'post li sar fuq intqal li kollox irid jinghata l-importanza tieghu mill-festi sal-laqghat u l-assemblei.  Il-punt huwa wiehed li l-knisja qed tabbanduna attivitajiet religjuzi bhall-festi u taghti aktar importanza lill-attivitajiet bhal-laqghat, assemblei u sinodi.  Li qed jigri fir-realta` imma hija li l-festi minn dejjem kienu jigbdu n-nies minn kull klassi socjali.  L-assemblei u l-laqghat huma aktar orjentati ghal nies ta' certu edukazzjoni.  Li kieku l-knisja tkun taf tisfrutta l-festi kif suppost ghandha mnejn tilhaq aktar nies minn kull rokna tas-Socjeta`, u dan taghmlu mhux billi zzid fir-rock masses u taqta` t-tradizzjonijiet tal-Maltin imma billi zzomm bilanc.  Xorta wahda nibqa' nsostni li l-akar haga importanti, hija li l-wirt muzikali u liturgiku fil-festi taghna, wirt li hallewlna missirijietna ghandu jibqa` jigi preservat.
Guest



RE:Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
(Date Posted:10/21/2008 23:45 PM)

Interessanti l-kumment ta` siehbi li qal tajjeb li jekk in-nies ma jattendux ghall-laqghat kif se jattendu ghall-festi. Jien nara kif il-fratellanzi qed imutu; tara hafna xjuh u fil-festi, tara nies li "jinkrew" biex jilbsu bhala fratelli. Dan hu wkoll wirt li qed nitilfu u ma nahsibx li t-tort huwa tal-Knisja, izda l-aktar ta` nuqqas ta` interess min-nies tal-lokal stess. U jekk ma hawnx interess kif tista` tqajjem festi, ecc???
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:10/22/2008 09:09 AM)

Reply to is_aimoo_guest (10/22/2008 01:45 AM)

Interessanti l-kumment ta` siehbi li qal tajjeb li jekk in-nies ma jattendux ghall-laqghat kif se jattendu ghall-festi. Jien nara kif il-fratellanzi qed imutu; tara hafna xjuh u fil-festi, tara nies li "jinkrew" biex jilbsu bhala fratelli. Dan hu wkoll wirt li qed nitilfu u ma nahsibx li t-tort huwa tal-Knisja, izda l-aktar ta` nuqqas ta` interess min-nies tal-lokal stess. U jekk ma hawnx interess kif tista` tqajjem festi, ecc???

Dwar l-ewwel mistoqsija ma nistax nara kif nista ntik risposta, ghax ma taghmilx sens.  Mela min jattendi ghall-festi jrid bilfors jattendi ghal-laqghat, assembleji u Sinodi?  Lanqas fuq il-fratellanzi ma nista nirrispondik, ghax hemm irhula fejn il-fratellanzi ghadhom b'sahhithom u hemm ohrajn fejn m'ghadhomx.  Biss innutajt li fejn il-festi ta' gewwa huma b'sahhithom u fejn il-festi ta' gewwa baqghu jinghataw l-importanza li jixiriqilhom, hafna mill-fratellanzi baqghu b'sahhithom.  Mhux l-istess jigri fejn il-festi ma jinghatawx importanza.  Hawnhekk iva nsibu fratellanzi daghjfin.  Jigifieri tezisti relazzjoni bejn is-sahha tal-fratellanzi u l-mod kif jigu ccelebrati l-festi f'dik il-parrocca.  Pero` nigbidlek l-attenzjoni li l-festi jkunu popolari mhux min kemm jahdmu l-fratellanzi.  Dik m'ghandix x'taqsam.  Il-festa tigi organizzata mill-kappillan/arcipriet u sakemm ma jkunx hemm hidma serja u intenzjonata li jitqajjem interess, l-affarijiet se jibqghu jmorru ghall-aghar.  Allura iva habib tieghi, jista' jkun li nofs it-tort huwa tal-knisja stess.  Il-kleru flimkien mal-kappillan iridu jahdmu biex ikun hemm festa bilancjata, devota u tradizzjonali, fejn il-kultura popolari tibqa tigi mharsa u sostenuta u mhux mibdula ma' attivitajiet moderni li ma jikkumplimentaw xejn mal-festi taghna.
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
mwegga
14# 



Rank:none
Score:1
Posts:1
From: Malta
Registered:08/17/2009
Time spent: 0 hours

Re:Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
(Date Posted:08/17/2009 06:05 AM)

 is- sabiha ta dan l-arcipriet huwa li ma jrid impenn  u responsabilita ta xejn. Bizzejjed thares lejn l-oratorju kif spicca. jigi jaqa u jqum miz-zaghzagh. Imbghad bl-ikbar ipokresija ifahhar lil Dun Ang minn fuq il-pupltu fil-funeral tieghu, ghax xoghol kbir li Dun Ang ghamel maz-zaghzagh. lanqas jaf jisthi mill-Mostin u mil-qraba ta Dun Ang meta kisser l-Oratorju
Mario (iehor)
Kuntent
15# 



Rank:none
Status:Nindaga
Score:6
Posts:6
From: Malta
Registered:08/09/2009
Time spent: 482 hours

Re:Ittra 'Il-Mosta - 400 sena Parrocca'
(Date Posted:08/29/2009 06:28 AM)

Ghandek ragun "mwegga"!

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090829/letters/mosta-church-in-dire-need-of-attention


Mosta church in dire need of attention

I come from Mosta and I reside in the UK. I visited Malta this August and since I visited four years ago I was thoroughly impressed by the number of new roads and bypasses that made driving a lot easier and my visit more enjoyable. The island is becoming more populated but the charm it had when I lived there as a young boy has not been lost and the Christian faith still thrives.

I visited my home town of Mosta and the greatest monument built by my forefathers in honour of the ascension of the Holy Mother to heaven and I was rather disappointed to see the state in which it is being left to deteriorate. I went inside and part of the dome ceiling is flaking through water seepage when it rains and some of the other walls are in dire need of redecorating.

The outside churchyard walls are crumbling and in need of replacing. The statues on the same churchyard need good cleaning as they are almost black and deteriorating with acid rain.

I was there on the feast of St Mary on August 15 and when the statue came out during the procession all the crowd were clapping. I felt a sense of joy and pride that I was born in such a wonderful place. The feast was a real celebration of our beliefs and all of us enjoyed the singing and bands that played during the procession.

I love my home town and am proud of this monument and what it stands for. I therefore urge those in charge to spend money to keep Mosta church in good shape for future generations.

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

www.dinodirect.com!!!You won't find anywhere else more than 80% off.
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.