|
(Date Posted:07/01/2008 08:03 AM)
Nirringrazzja lil kull min diga esprima ruhu. Il-poplu Malti ghandu bzonn ikun mgharraf u mghallem aktar sew fuq il-festi. Biex zgur il-Forum jilhaq l-iskopijiet tieghu qed infasslu xi regoli biex nimxu maghhom. Xi kultant jigri li tant kemm inkunu nhobbu l-Festa taghna li nintilfu fi kliem li ma jkollux x'jaqsam ma' dan il-Forum. Dan il-Forum huwa mmirat l-aktar ghall-festi li jsiru gewwa l-knisja b'mod partikolari l-funzjonijiet. Ghalhekk kummenti ta' pika bejn festa u ohra, bejn festi titulari u sekondarji u kummenti generali mhux se jigu accettati.
KULL MIN IRID JIKTEB IRID JIRREGISTRA U JIDHOL MEMBRU.
- Il-Forum qieghed hemm biex jippromwovi l-idea li l-veru nies li jhobbu l-festi huma dawk li juru interess fil-festa kollha u mhux fil-festi ta' Barra biss. Dan il-Forum ihajjar lin-nies u liz-zghazagh jiehdu interess fil-funzjonijiet u fic-cerimonji sbieh li jsiru fil-knsija matul il-granet tal-festa.
- Mhux se jigu accettati kummenti ta' pika u kummenti dispregjattivi.
- Il-kummenti jridu jirriflettu l-izvolgiment tal-Festi Interni, u mhux kummenti generali.
|
Kumment Tajjeb |
Hawn hbieb, bhalissa fejn noqghod jien ghaddejja kwistjoni. Hemm xi qassisin li jridu jaqilbu kollox bil-Malti. Ahna dan ma rriduhx. Ahna nixtiequ li l-affarijiet jibqghu fil-latin, ghax fil-festa hekk jixraq li jsir. Il-festa ghandha tibqa' xi haga solenni, xi haga specjali, xi haga li ssir darba f'sena. Jekk hemm nies li ma jifhmux x'inhu jigri dejjem jista' jsir bhalma jaghmlu parrucci ohra u nipprovdu lin-nies forma ta' booklet b'zewg kolonni: fuq naha bil-Malti u fuq in-naha l-ohra bil-Latin. Il-Latin fil-festa ghandha jibqa' priservat. |
|
Kumment Hazin |
Semmuli rahal f'Malta li Hawn festa sekondarja aqwa mit-titular???? |
(Message edited by verufesta On
01/10/2009 11:49 AM)
|