User Name  Password
Festi Interni
Title: Regoli ghal dan il-Forum
Hop to: 
Search Tags: Regoli
Views:1893     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:07/01/2008 08:03 AM)

Nirringrazzja lil kull min diga esprima ruhu.  Il-poplu Malti ghandu bzonn ikun mgharraf u mghallem aktar sew fuq il-festi.  Biex zgur il-Forum jilhaq l-iskopijiet tieghu qed infasslu xi regoli biex nimxu maghhom.  Xi kultant jigri li tant kemm inkunu nhobbu l-Festa taghna li nintilfu fi kliem li ma jkollux x'jaqsam ma' dan il-Forum.  Dan il-Forum huwa mmirat l-aktar ghall-festi li jsiru gewwa l-knisja b'mod partikolari l-funzjonijiet.  Ghalhekk kummenti ta' pika bejn festa u ohra, bejn festi titulari u sekondarji u kummenti generali mhux se jigu accettati. 

KULL MIN IRID JIKTEB IRID JIRREGISTRA U JIDHOL MEMBRU.


  • Il-Forum qieghed hemm biex jippromwovi l-idea li l-veru nies li jhobbu l-festi huma dawk li juru interess fil-festa kollha u mhux fil-festi ta' Barra biss. Dan il-Forum ihajjar lin-nies u liz-zghazagh jiehdu interess fil-funzjonijiet u fic-cerimonji sbieh li jsiru fil-knsija matul il-granet tal-festa.

  •  Mhux se jigu accettati kummenti ta' pika u kummenti dispregjattivi.

  •  Il-kummenti jridu jirriflettu l-izvolgiment tal-Festi Interni, u mhux kummenti generali.

 

Kumment Tajjeb

Hawn hbieb, bhalissa fejn noqghod jien ghaddejja kwistjoni.  Hemm xi qassisin li jridu jaqilbu kollox bil-Malti.  Ahna dan ma rriduhx.  Ahna nixtiequ li l-affarijiet jibqghu fil-latin, ghax fil-festa hekk jixraq li jsir.  Il-festa ghandha tibqa' xi haga solenni, xi haga specjali, xi haga li ssir darba f'sena.  Jekk hemm nies li ma jifhmux x'inhu jigri dejjem jista' jsir bhalma jaghmlu parrucci ohra u nipprovdu lin-nies forma ta' booklet b'zewg kolonni: fuq naha bil-Malti u fuq in-naha l-ohra bil-Latin.  Il-Latin fil-festa ghandha jibqa' priservat.

Kumment Hazin

Semmuli rahal f'Malta li Hawn festa sekondarja aqwa mit-titular????



(Message edited by verufesta On 01/10/2009 11:49 AM)
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

www.dinodirect.com!!!You won't find anywhere else more than 80% off.
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.