|
(Date Posted:08/20/2008 04:23 AM)
L-Isqof ta' Ghawdex, biex jikkalma s-sitwazzjoni tal-parrokkjalizmu li kien hemm fir-Rabat bejn il-Knejjes (mhux biss il-kazini!) ta' San Gorg u l-Kattidral, f'Settembru li ghadda, nehha z-zewg arciprieti li kien hemm u gab tnejn godda minn Ruma. Kif wiehed jista' jissupponi, il-parruccani taz-zewg parrocci nhasdu. Ghall-bidu, tal-Kattidral ipprotestaw bil-kbir imma mbaghad l-affari kkalmat u llum l-arcipriet il-gdid ta' hemm mhux biss qabad l-art imma deher jifrah man-niex fil-marcijiet kollha ta' Santa Marija. Sahansitra deher jerfa mill-vara tad-dmiostrazzjoni fl-anti-vigili tal-festa u deher ukoll fuq l-ispallejn fil-marc ta' lejlet is-sollennita, ixejjer l-istandard tal-banda tal-Kattidral... dehriet simpatici u li jressquh iktar qrib il-poplu. San Gorg gara bil-kontra. Kif kulhadd jaf, wiehed mill-matcijiet ta' Santa Marija jghaddi minn quddiem din il-Knisja. Kienet dahlet drawwa li ta' kull sena, kif ikun ghaddej il-marc, corma nies jitilghu fuq il-bejt tal-Knisja u minbarra li jaghmlu mossi provokattivi u anke baxxi, joqghodu jdoqqu l-qniepen bil-kbir biex itellfu l-marc (kif kien isir lil Mintoff fis-60's!!!). Il-pulizija kienet taghmel li tista' biex tevita dan l-abbuz imma l-qassisin kienu jippermettu kollox qisu m'hu jsir xejn. L-Arcipriet il-gdid ta' San Gorg, sacerdot abbli li ghandu esperjenza kbira go l-Italja, dehrlu li dan l-abbuz minn post sagru (knisja) u bi hwejjeg sagri (qniepen) ghadu jieqaf minnufih. L-Isqof tah ragun, kif ghandu jkun! Ghalhekk ordna li l-qniepen, nhar Santa Marija, jindaqqu biss ghal 10 minuti, imbaghad jinzel kulhadd minn fuq il-kampnar. Xi rjus shan (li ssibhom kullimkien... sfortunatament, anke fost il-qassisin) mhux biss ma obdewx lill-Arcipriet imma talli xewxu kemm felhu. Xi whud, lejlet Santa Marija wara nofsinhar, qabdu l-ktajjen li jgorru l-fratelli fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, u rabtu l-qniepen b'mod li ma jkunux jistghu jindaqqu anqas ghalk-quddiesa. "La ma trid li ndoqqu bhas-soltu, allura ma jindaqq xejn." Dan kien l-argument ta' dawn it-talin. L-Arcipriet ta' S. Gorg dehrlu li dan hu agir zbaljat u, wara li talab il-parir ta' L-Isqof, sejjah il-pulizija u din fether inkejsta magisterjali. L-ghada, nhar Santa Marija, hekk kif l-Arcipriet ta' San Gorg, mar fil-Knisja li taghha hu responsabbli, isib li xi hadd biddel is-serratura tal-kasserrizz tieghu, sefa' prattikament imkecci 'l barra mill-knisja, mghajjar u offiz b'ommu u bil-qaddisa tar-rahal tieghu Santa Margerita. Imdawwar bil-pulizija, L-Arcipriet tela' l-Kattidral biex ikellem lill-Isqof li dak il-hin kien qieghed iqarben waqt il-Pontifikal tas-Sollennita. Monsinjur Arcidjaknu kompla jqarben minfloku waqt li l-Isqof dahal fis-sagrestija jkellem lill-Arcipriet ta' San Gorg. Sadattant, fil-Knisja ta' San Gorg qam irvell kbir. Sa kellha tidhol il-Pulizija. Xi sacerdoti ta' San Gorg dehru fil-pjazza, ma' mejda jixorbu u josservaw kollox. Hadd ma pprova jiddefendi lill-imsejken Arcipriet umiljat b'dak il-mod. Filghaxija, waqt il-purcissjoni ta' Santa Marija, il-Knisja ta' San Gorg baqghet mitfija, bis-salib tal-koppla b'kollox. U hekk kif kienet ghaddejja l-purcissjoni bil-vara ta' l-Assunta, id-dawl tal-kazin tal-banda ta' San Gorg, li kien ilu jixghel sieghat shah, gie mitfi b'disprezz mhux biss lejn il-Madonna imma ukoll lejn l-Isqof ta' Ghawdex. DAWN HUMA XI WHUD MILL-GHARUKAZIJIET LI QED ISIRU FIL-FESTI TA' GHAWDEX! GHAJB MHUX BISS GHAL MIN JAGHMILHOM IMMA IKTAR GHAL MIN JIPPERMETTIHOM!
|