User Name  Password
Festi Interni
Title: Il-Festi Taht Attakk
Hop to: 
Views:815     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:10/04/2008 01:12 AM)

Kif tafu diga il-Kurja ghadha kif harget dokument relatat mal-festi, ricerka dwar il-generazzjoni ta' hmieg, skart u pollution li jsir fil-festi.  Il-mistoqsija tigi wahedha.  Hawn daqs dawn pollutions kbar f'pajjizna, hawn daqs dak hela u serq, hawn daqs attivitajiet ohra li jiggeneraw skart u pollution, maria santa il-festa se jehlu ma rashom, l-aktar attivita` li l-Maltin ihobbu u li tant jifirhu biha?

M'hemmx konkluzjoni ohra hlief li l-Kurja Arciveskovili tidher imxabba sew mill-Festi u qed turi bic-car li fl-agebda mohbija taghha hemm li trid ghada jew pitghada tnaqqas jew tmewwet ghal kollox il-Festi.  Dan issa qieghed jifhmu kulhadd u ghlaxejn jigi l-Monsinjur jew l-Isqof u jghidu li l-Knisja trid li l-festi jibqghu jsiru.

Kif tafu dan huwa Forum dwar il-Festi Interni u kemm-il darba tkellimna fuq it-traskuragni li hemm fil-festi ta' gewwa.  Ghal darb'ohra l-mistoqsija tigi wahidha:  jekk il-knisja lanqas ghadha taghti kas il-festi ta' gewwa, ahseb u ara mela x'interess ghandha fil-festi ta' barra?

Dan l-ahhar smajna wkoll bil-Kurja li twaqqaf kummissjonijiet diversi fosthom jidhirli dak Ambjentali, l-istess kummissjoni li hija inkarigata minn dan ir-rapport u anke jidhirli dwar l-Isports.  Ma kienx ikun ahjar li kieku minflok twaqqfet kummissjoni li jinvestigaw x'inhu jigri f'certu parrocci?, kemm qieghda tkun hazina t-tmexxija ta' certu kappillani u arciprieti? ta' Kummissjonijiet pastorali b'membri li hadd min-nies tal-parrocca ma jkunu jafhom ahseb u ara kemm jirraprezentawhom?  Ma kienx ikun ahjar kieku l-Kurja twaqqaf kummissjoni biex tinvestiga n-nuqqasijiet serji u kbar li qieghed ikun hemm fil-Liturgija jew inkella l-kwalitajiet dejjem foqra ta' omeliji u quddies li jsir ta' kaf kaf jew b'muzika ultra moderna xejn addatta ghal-liturgija divina?  Jew inkella ta' qassisin li s-servizz li jirrendu jkun biss dak ta' bzonn biss minghajr inizzjattivi ta' xejn?

Fost l-affarijet li r-rapport isemmi hemm:

1.  Il-LOGHOB TAN-NAR
 
a.  Il-hsejjes tal-murtali
b.  il-generazzjoni ta' pollution fl-arja u fl-art,
c.  Dizgrazzji u Incidenti
d.  Regolamenti li jikkotrollaw il-loghob tan-Nar

2.  SKART SOLIDU

3.  KONSUM TA' L-ELETRRIKU

4.  Gheluq:  GHAZLA FAVUR IL-HAJJA U SERHAN IL-MOHH.

Huwa impossibli li wiehed isemmi l-affarijiet kollha li jissemmew f'dan ir-rapport.  Saru hafna rakkomandazzjonijiet, fosthom fuq il-licenzji tan-nar, fuq aktar indhil min-naha tal-kappillani fuq in-nar bhallikieku l-kappillan ghandu kejl li bih jista' jkejjel x'inhu ezagerat u mhux fin-nar!!!, etc .. Innutajna wkoll li fir-rapport f'certu kazi minn suggett jaqleb fuq suggett iehor, perezempju kif mill-hsejjes tan-nar f'daqqa wahda r-rapport jispicca jitkellem fuq il-hsejjes tal-qniepen u biex ma nghidx li anke jazzarda kwazi jaghti xi rakkomandazzjonijiet fuq il-qniepen !!!  L-istess haga tirrepeti ruhha fis-sezzjoni tag-Giggifogi fejn issemma li jsir uzu minn speakers u daqq waqt il-hruq tan-nar ta' l-art.  U anke hawn ir-rapport jindahal f'dan ukoll.

Hag'ora li veru laqghtitni b'mod negattiv hija l-insitigazzjoni gurnalistika li jaghmel dan ir-rapport, fejn jisfoeza lill-gurnalisti biex jaghmlu aktar pressjoni fuq il-gvern u jkomplu jiktbu b'mod tassew negattiv fuq in-nar, bhalma gieli rajna minn xi artikolista partikolari li nqdiet b'gazzetta partikolari biex tmexxi kampanja personali kontra n-nar fil-festi biex ma nsemmux ukoll kazijiet ohra ta' persuni distinti li jridu jillimitaw in-nar fiz-zona taghhom ghal skopijiet ta' interessi finanzjarji personali.  Allura dan sew?  Dan sew li r-rapport jinstiga gurnalisti biex jaghtu opinjonijet u jiktbu artiklu b'ton negattiv u dispregjattiv kontra n-nar?  Dan huwa ta' valur kristjan?

Naghlaq din l-opinjoni tieghi billi nikkonkludi nghid li dan ir-rapport huwa BIASED, u nkiteb b'ton tassew negattiv u jidher car li l-festi ta' barra qieghdin taht attakk, u dan jidher anke minn certu siltiet fejn ogetti zghar gew amplifikati z-zejjed, b'argumentazzjoni li narawha minn qarrejja u ittri ezagerati li jintbaghtu kull wara stagun tal-festi fuq il-gazzetti lokali kontra l-arti piroteknika.

Jidher ukoll li l-knisja issa qed taghmilha ovvja li l-Festi ma thobbhomx.  Wiehed jistsaqsi imma kif l-investigazzjonijiet isiru dejjem fuq il-festi?  Kif ma jsirux investigazzjonijiet fuq il-Milied u l-hmieg, l-istorbju u tbaghrid li jgib mieghu li huwa bil-qabda u hafna u hafna akbar minn dak tal-festi Maltin?  Ovja u tidher cara, li l-festi Maltin qeghdin ikomplu jkunu taht attakk ghax iva, hemm kwantita` ta' nies fosthom religjuzi u qassisin kif ukoll numru kbir ta' lajci li jkunu jkopru postijiet importanti fil-knisja bhal hafna minn dawk li jkunu fil-Kummissjonijiet Pastorali tar-rahal li l-festi ma joghgbuhomx.  U ma nafx kif il-knisja taghtu widen ukoll ghal nies li l-knisja ma jersqu qatt u mbagahd ihossuhom liberu wkoll li jghidu kontra l-festi bhalma gara fil-kwestjonarju tas-Sinodu snin ilu !!!

Inkompli u nispicca naghlaq din l-opinjoni billi nikkwota gidba kbira li ntqalet f'dan ir-rapport u li toqghod sew ghall-iskopijiet ta' dan il-Forum, ahna li nhobbu l-Festa shiha kemm hi, jigifieri kemm ta' gewwa u kemm ta' barra:

5. Konklużjoni: Għażla favur il-Ħajja u s-Serħan il-Moħħ.
Kif għidna kemm-il darba, il-KA temmen li l-festi ta’ l-irħula u l-ibliet tagħna huma parti importanti mill-ħajja soċjali u mill-kultura awtentika tagħna l-Maltin. Il-festi jirnexxilhom joħolqu atmosfera soċjali fl-ibliet u fl-irħula tagħna li ftit li xejn naraw bħalha matul is-sena: il-ġbir ta’ flus għall-festa matul is-sena kollha; it-tħejjija u l-armar tat-tiżjin tat-toroq; il-funzjonijiet fil-knisja għal kull sezzjoni tal-popolazzjoni talparroċċa;

Kull min huwa veru dilettant u ahna li nhobbu l-festi ta' gewwa nafu sewwa kif mhux veru lil-funzjonijiet fil-knisja huma mmirati ghal kull sezzjoni tal-popolazzjoni tal-parrocca.  Fejn spiccaw ir-riti u l-muzika sagra polifonika f'certu parrocci?  Jew issa spiccajna naghmlu biss rock masses, allavolja l-Papa kemm-il darba tkellem kontra certu muzika fil-knejjes.  Ghaliex il-liturgija m'ghadhiex tigi rispettata?  Ghaliex certu paramenti sagri ma jintlibsux?  Ghaliex certu funzjonijiet tnaqqsu kiesah u biered mill-festi taghna u ghaliex funzjonijiet ohra isiru bl-addocc u ta' kaf kaf?  Hemm ghalfejn nidhlu aktar f'dettal?  La l-knisja kienet kapaci tohrog b'rapport bhal dan fuq il-festi li jsiru barra nahseb li kienet tkun kapaci tohrog b'rapport tajjeb fuq il-festi ta' gewwa u n-nuqqasijiet li qed ikun hemm kemm matul il-festi u kemm matul is-sena.  Nahseb il-knisja ahjar tara x'inhu jigri f'certu parrocci l-ewwel.  Ahjar tara u tistudja sew perezempju kif hafna mill-parruccani m'huma xejn kuntenti, b'rizultat dejjem negattivi, fosthom bl-attendenza tan-nies dejjem tonqos ghall-quddies.

Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:10/04/2008 03:07 AM)

RAPPORT VERA BLA SENS U DAN GHALIEX GHAD BAQALNA KULTURA HAJJA BHAL DIN U IL-KNISJA TIGI U TWAQQAFA META TANT SNIN ILU IL-KNISJA STESS BDIETHOM U KBBRITHOM. IL-FESTI HUMA ESPERJENZA TA' FERH KBIR GHAL POPLU MALTI. EZPERJENZI LI IR-RESQUNA QRIB ALLA PERMEZZ TAL-QADDISIN, NAHSEB JIEN IL-POPLU ZGUR MHUX HA JIBQA' KWIET WARA XI DECIZZJONIJIET. IL-HELA QEDGHA ISSIR FID-DAWL, NAR ...ETC... TAF NAF INGHID LI META IKUNU MISTEDNIN GHAL XI PRANZU HADD MA JGHID KEMM GHAD HAWN NIES BIL-GUH KOLLHA TARAHOM JIGU JIGRU HA  JIKLU. ALLA JBIEREK GHAL KNISJA IL-POPLU DEJJEM HUWA ZBALLJAT ALLURA HI QATT??? U F'NHAR IL-FESTA KOLLHA TARAHOM JILBSU L-AHJAR ILBIES (MELA GHAL KNISJA DIK IL-HWEJJEG KBAR U KOFFI LI TILBSU MHUX HELA TA DRAPP ZEJJED GHAX GIELI MILL LIBSA WAHDA TOHROG SITTA) U JIOPPUPAW ZAQQHOM QUDDIEM IL-VARA.

INSOMMA VERA TKUN REDIKOLA JEKK F'MALTA JINQATAW IL-FESTI U INKUNU CWIEC AHNA IL-LAJCI LI INHALLU LIL MIN IQAWFILNA IL-FESTI. FI SPANJA ISSSIR IL-FESTA TAL-BARRIN U IMMUTU IN-NIES GHALIJA HIJA BLA SENS IMMA MUR TGHAMILIX U L-FESTA TADAM MUR TAMILIX MHUX HELA TA' TADAM ZEJJED!!!

iN-NAR FIL-FESTI BISS PERIKOLUZ TA FIL-FESTIVAL TAN-NAR MA HUWIEX!!! LI NGHIDU IT-TALJANI IGIBU IN-NAR GHAL FESTIVAL MHUX PERIKLU!! X'AHNA SBIEH MIN JAF JARAHNA.

IL-QNIEPEN STORBJU ZEJJED MUR IDDOQQUX L-BIG BEN FIL-LONDRA!!! U L-QNIEPEN TAL-VATIKAN FL-ITALJA.

NAHSEB QEDGHIN INDAHHKU IN-NIES BINA
Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:10/04/2008 04:19 AM)

Reply to is_aimoo_guest (10/04/2008 05:07 AM)

RAPPORT VERA BLA SENS U DAN GHALIEX GHAD BAQALNA KULTURA HAJJA BHAL DIN U IL-KNISJA TIGI U TWAQQAFA META TANT SNIN ILU IL-KNISJA STESS BDIETHOM U KBBRITHOM. IL-FESTI HUMA ESPERJENZA TA' FERH KBIR GHAL POPLU MALTI. EZPERJENZI LI IR-RESQUNA QRIB ALLA PERMEZZ TAL-QADDISIN, NAHSEB JIEN IL-POPLU ZGUR MHUX HA JIBQA' KWIET WARA XI DECIZZJONIJIET. IL-HELA QEDGHA ISSIR FID-DAWL, NAR ...ETC... TAF NAF INGHID LI META IKUNU MISTEDNIN GHAL XI PRANZU HADD MA JGHID KEMM GHAD HAWN NIES BIL-GUH KOLLHA TARAHOM JIGU JIGRU HA  JIKLU. ALLA JBIEREK GHAL KNISJA IL-POPLU DEJJEM HUWA ZBALLJAT ALLURA HI QATT??? U F'NHAR IL-FESTA KOLLHA TARAHOM JILBSU L-AHJAR ILBIES (MELA GHAL KNISJA DIK IL-HWEJJEG KBAR U KOFFI LI TILBSU MHUX HELA TA DRAPP ZEJJED GHAX GIELI MILL LIBSA WAHDA TOHROG SITTA) U JIOPPUPAW ZAQQHOM QUDDIEM IL-VARA.

INSOMMA VERA TKUN REDIKOLA JEKK F'MALTA JINQATAW IL-FESTI U INKUNU CWIEC AHNA IL-LAJCI LI INHALLU LIL MIN IQAWFILNA IL-FESTI. FI SPANJA ISSSIR IL-FESTA TAL-BARRIN U IMMUTU IN-NIES GHALIJA HIJA BLA SENS IMMA MUR TGHAMILIX U L-FESTA TADAM MUR TAMILIX MHUX HELA TA' TADAM ZEJJED!!!

iN-NAR FIL-FESTI BISS PERIKOLUZ TA FIL-FESTIVAL TAN-NAR MA HUWIEX!!! LI NGHIDU IT-TALJANI IGIBU IN-NAR GHAL FESTIVAL MHUX PERIKLU!! X'AHNA SBIEH MIN JAF JARAHNA.

IL-QNIEPEN STORBJU ZEJJED MUR IDDOQQUX L-BIG BEN FIL-LONDRA!!! U L-QNIEPEN TAL-VATIKAN FL-ITALJA.

NAHSEB QEDGHIN INDAHHKU IN-NIES BINA

Naqbel mieghek f'kollox hlief meta titkellem fuq l-ilbies tal-qassisin.  L-ilbies tal-qassisin fil-purcissjoni ghandu jkun sabih u ta' dekor u dan jintlibes mhux ghax huwa sinjal ta' lussu imma ta' qima u rispett.  L-ilbies tal-qassisin huwa wkoll bicca opra ta' l-arti bhalma hija l-istatwa u l-festa tkun l-unika okkazjoni fis-sena li fihom jintlibsu dan l-ilbies.  Habib tieghi hu pjacir li l-qasssin jilbsuh ghax id-dnub taf x'inhu?  Kemm intqal paroli f'dan ir-rapport fuq skart u hmieg, ahjar jaraw kif certu qassisin qed idahhlu ideat godda u ideat hziena fil-festi billi l-ewwel haga ma jilbsux l-ilbies li suppost jilbsu !!! Kulhadd jaghmel li jrid u min bi skuza u min b'ohra.
Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:10/04/2008 12:25 PM)

Dan ir rappot iktar qisu xi manifest ta xi Green Party, biex niftiemu minn dawk li jaqblu ma l-abbort, mad divorzju, maz zwieg tal-omoseswali etc.  Hafna mil membri ta dawn il partiti issibhom imbghad jiftahru kemm ihobbu in natura u l-ambjent u jkunu jiprattikaw il yoga u hafna spiritwalizmu u jorganizzaw xi Gaia fest u hafna hmerijiet minn dawn biex ihossuhom vicin tan-natura.  Izda imbghad juru il vera identita taghhom meta jinfexxew jattakaw il knisja it taghlim taghha u it tradizjoniet kattolici, ghax dawn jkunu generalment anti-kattolici ghal l-ahhar.  Sfortunatament dawn insibuhom f Malta ukoll, bizzejjed tqalleb naqra il gazzetti tal Hadd, b modd specjali dawk bl-inglizi. B rapport bhall dan mahrug propju mill kurja inhoss li il Knisja Maltija ma hi taghmel xejn hlief li qedgha iccedi ghal presjoni ta dawn in nies u taqa fin nasba taghhom.  Lil dawn in nies il festi jdejquhom ghax jafu li f Malta il Kattolicezimu ghadu b sahtu, b'hafna nies li  lesti  jghatu hinom u flushom biex jghatu glorja lil Alla u lil Qaddisin tieghu, jafu li Festi jekk uzati tajjeb jistaw jkunu is sinsla ghal knisja f'Malta, izda sfortunatament il knisja qisa m hix tinduna bdan u qeda thalli il festi jiddegeneraw.  Naturalment minn jixtieq li f malta jidhol id divorzju, l-abort u iz zwieg tal ommoseswali, tghidx kemm jorok idejh ghal rapport bhal dan ghax jaf li meta jibdew jinqataw it tradizjonijiet kattolici ta pajjizna jkun ehfef ghalijom biex jattakaw il principji u l-moralita kristjana taghna. 

Din il haga tfakarni f'certi priedki li jsiru minn qassisin modernisti li is-sugu taghhom jkun li "ghandna ninqataw min affarijiet li jtelfuna bhal tizjin, festi u celebrazjonijiet u ghandna niffukaw aktar fuq dak li hu spiritwali" izda ironikament meta tara naqra minn huma dawk il qassisin li kif nghidu jkunu nezaw (ma baqawx qassisin) huma fil maggor parti assoluta dawn it tip ta qassisin. San Pawl jaghllimna li ma tistax tifred dak li hu spiritwali mic celebrazjoni esterni.



Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:10/05/2008 08:03 AM)

Dan ir-rapport juri bic-car li huma mhux il-festi kif nafuhom ahna jhobbu imma festi bhal ma jaghmlu kwazi kull gimgha l-kon katidral ta' San Gwann, fejn ghall kull haga ta' xejn jaghmlu ricevimenti kbar daqs tigijiet. Ghax dawn hekk jiehdu pkacir biss jimlew zaqqhom b' ikel mixtri mill-flus li jitfghu in-nies waqt il-quddies. Dik mhix hela ta' flus meta gieli jaghmlu xi 4 reciventi kbar f' gimgha San Gwann????!!!!. Imma hemmhekk hemm il-paci u l-uniku glied li jista' jinqala jekk xi waiter ma jghaddix minn quddiem xi Monsinjur!!. Xejn eeee vreu sitwazzjoni tal-biki dan ghalija faccolizmu mela l-ewwel f' Jannar l-Isqof joqghod jaghmel il-Quddiesa ghall-Ghaqdiet tal-festi kollha b' hafna pridker ta' qdusija li l=festi huma tajbin umbghad meta jigu biex jiddecidu dwar xi festa dejjem jaraw fejn ha jqacctu.

Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:10/06/2008 00:16 AM)

 Intqal hafna dwar dan ir-rapport moqziez. Ghogobni hafna l-kumment li qal sehibna aktar il-fuq  li nahseb huwa sintezi ta' dak kollu li ntaql u li nhossu "B rapport bhall dan mahrug propju mill kurja inhoss li il Knisja Maltija ma hi taghmel xejn hlief li qedgha iccedi ghal presjoni ta dawn in nies u taqa fin nasba taghhom"

Din hi l-verita kollha.  Il-knisja saret tibza mill-kritika allura ccedi ghall-pressjoni u ntelqet mal-kurrent.

Ghajb ghall-kummisjoni ambjent fi hdan il-kurja. Ghal min ma jafx din hi l-istess kummissjoni li xi 3 snin ilu dahlet f'kontroversja politika fejn appoggjat sezzjoni ta' nies li kienu kontra progett propost mill-gvern.  Il-vera raguni kollha hi li l-professur ghandu fehma politika kuntrarja ghall-partit li hemm fil-gvern ghalhekk qed jabbuza mill-pozizjoni li ghandu biex jinqeda b'din il-kummisjoni ghall-iskopijiet u fini partigjani tieghu.

Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:10/06/2008 02:47 AM)

Nissuggerixxi lill-Wisq Rispettabli sinjuri tal-Kurja li milli jidher qed jiddelittaw bir-rapporti biex jivestigaw jekk ghadx baqa' l-htiega ta gbir ta' flus li johorgu fuq ordni ta' l-istess Kurja.  Per ezempju hu ncessarju l-gbir ghas-semingarju, ghall-iskejjel tal-knisja, waqt it-tberik?  Min jaf .......forsi kif skond ghemilhom (m'hux billi jparlaw mod iehor) l-festi m'ghadx iridu ituhom l-importanza forsi hekk ukoll m'ghadx baqa skop ghall-gbir......Kieku jirrizulta hekk tghid ghandhom kuragg jippublikaw tali rapport ?!?!?

Viva s-Sinodu
Viva l-visti Pastorali
u fuq kollox................... Viva l-Arcisqof ta' bla Mitra!!

Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:10/07/2008 00:08 AM)

xeba qrid u garr minajr ma tamlu xi haga. qiskom atta xjuh fuq zuntir tal-knisja ilabalblu fil-vojt. qumu mir-raqda
Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:10/07/2008 05:54 AM)

sewa qed tghid. lanqas laqa ma kelom hila jamlu...imbasta xeba paroli filvojt. jahzbu li lehqu professuri taluniversita
Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:10/08/2008 12:36 PM)

Ghalkemm saret bidla ghadni ma nistax nifhem il-fejn sejra din il-knisja?  Wed ninnota li l-knisja trid tifrex l-gheruq taghha fuq orizzonti godda u dan minnu stess ma fih xejn hazin anzi tajjeb.  Hafna min-nies imma qed ikunu urtati li l-knisja mhu qed tibza ghall-wirt taghha stess.  Anzi nahseb li naghmlu zball jekk nghidu li huwa wirt tal-knisja, imma wirt il-poplu.  Il-knisja ghandha tara li l-wirt tan-nies u ta' dan il-poplu ghandu jigi rispettat.  Nahseb Monsinjur Arcisqof ghandu jirrealizza li qabel kull pubblikazzjoni ta' rapporti bhal dawn ahjar jara fhiex qieghed u kif qieghed jigi rispettat il-wirt kulturali religjuz ta' dan il-poplu.
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
Guest



RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:11/09/2008 09:19 AM)

Jekk inneħħu l-Festi nkunu qtilna l-kultura tagħna

Kuntent
11# 



Rank:none
Status:Nindaga
Score:6
Posts:6
From: Malta
Registered:08/09/2009
Time spent: 482 hours

RE:Il-Festi Taht Attakk
(Date Posted:11/04/2009 04:40 AM)

Ara veru dan il-forum mejjet!

Mela l-Knisja toħroġ dokument dwar kif trid tiddetta fil-festi u kullħadd hawnhekk immuta!

Għandkom kuraġġ ukoll!! Jewwilla, għamlilkom sarima il-Monsinjur Gouder?

Intom taqblu jew le mad-dokument ta' Monsinjur Gouder (hu l-perċimes is-soltu)? Jien ngħid għalija

LE U LE!!

Għada hemm Xarabank, ta' min jarah u wara nitkellmu hawnhekk.


 

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

Biggest Coupon for Cucusoft Converter,Lowest Price 50% Off Online once in a blue moon!
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.