User Name  Password
Festi Interni
Title: Porgramm televisiv fuq Smash TV dwar il-festi
Hop to: 
Views:917     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:06/25/2008 09:43 AM)

L-ahhar darba xeghelt it-tv u fuq Smash TV kien hemm xandira mill-festa tal-Qrendi.  Jidhirli wkoll li gimgha qabel kont rajt xandira mill-festa taz-Zejtun.  Wahda mill-mistoqsijiet kienet 'Int liema tara l-aktar importanti: il-festi ta' Barra jew dawk ta' Gewwa?'.  Filwaqt li hafna min-nies taw x'jifhem li l-Festi ta' Barra huma importanti u sbieh, il-maggoranza assoluta tan-nies stqarret li ghalihom huma l-Festi li jsiru gewwa l-knisja l-aktar haga importanti fil-festa kollha.  Prosit lil Smash tv u nisperaw li tv stations ohra jiehdu ezempju minnkom.

Guest



RE:Porgramm televisiv fuq Smash TV dwar il-festi
(Date Posted:06/28/2008 04:33 AM)

Iva jien rajt il-programmi tal-festi fuq dan l-istazzjon u tassew haqqhom prosit.  Jien qbilt ma' hafna minn dawk li qalu liminghajr il-Festi Interni il-festa ma taghmell-ebda sens u ghalhekk tajjeb li dawn jigu celebrati b'mod sabih u kif suppost.
Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



RE:Porgramm televisiv fuq Smash TV dwar il-festi
(Date Posted:06/28/2008 11:38 AM)

Jien nahseb li kemm il-Festi interni w kemm dawk esterni huma mportanti, dejjem pero sakemm ikunu fil-limitu taghhom. Li rrid nghid hu li l-esagerazzjonijiet u l-estremizzmu huma hziena. L-iktar esagerazzjonijiet li jsiru hu fil-festi esterni, dan ghaliex il-kontroll ikun xi ftit inqas min dawk interni.

Jien in generali l-festi nhobbhom, li jdejquni huma l-esagerazzjonijiet. Fil-festi esterni, li zghazagh jifirhu w jicelebraw ma fiha xejn, li min nahha l-ohra jghajjru l-avversarji taghhom hi tal-misthija. Dan zgur ma jurix  il-parti Kristjana li hemm fina w li suppost nkunu qed niccelebraw.

In-nar hu sabih, ghalkemm min jahdmu gie li jhallas qares, pero nahseb li dawk il-bombi qawwijin huma qawwijin hafna, w li minhabba fihom, hemm hafna li jistmerru n-nar. Ma narax li festa tkun minghajr nar. Jekk jitnaqqas jew jinqered in-nar, nkunu tlifna hafna mi-tradizzjoni taghhna. Ga tlifna hafna kagun tal-globalizzazzjoni. Wiehed anzi ghandu jinkoragixxi t-tradizzjonijiet. Ghandna niftakru li ahna ghexna f'dawn it-tradizzjonijiet, u l-festa tar-rahal kienet l-akbar avveniment tas-sena, allura din hija parti minna.  Jekk iz-zaghzagh illum jitilfu dan minhabba attrazjonijiet ohra, dawn it-tradizzjonijiet imutu l-mewta naturali, ghax ma jkunx hemm il-bzonn taghom, bhal wara kollox mietu tradizzjonijiet ohra.

Fl-ahhar nett haga li ddejjani fil-festi nterni hu l-esagerazzjoni fil-paningierku. Qisu iktar ma jissemma l-qaddis b'vuci gholja, u iktar ma jkun hemm senzazjonalizmu, qisu l-paningierku iktar ikun tajjeb. Dan mhux minnu, anzi l-bicca l-kbira tal-Qaddisin jekk mhux kollha, kienu umli. Wiehed ahjar jippriedka fuq l-hajja tal-qaddis, u li kif ahna ghandna nimxu fuqa milli b'mod sottili jitfa xi botta lil dawk avversarji. Ma ghndux ikun hemm dak is-senzazzjonalizmu li jkun qed ikebbes in-nar ghal filghaxija.

Jekk wiehed inaqqi dawn il-ftit difetti, niehdu gost ahna, naghtu gost lil haddiehor u nkunu ta' ezempju tajjeb lil ohrajn.

Il-Festa t-tajba lil kulhadd
B3
Guest



Panigierki
(Date Posted:06/28/2008 16:25 PM)

Fuq l-esagerazzjonijiet li jsiru barra naqbel ftit mieghek specjalment it-tghajjir li jsir waqt il-marci.  It-tghajjir ma jzid xejn u ma jqawwi l-ebda aspett tradizzjonali tal-festa.   Ahjar minflok it-tghajjir dak li jkun jahdem biex in-nar, l-armar u l-banda  jkunu dejjem ta' livell ghola.  La semmejt il-panigierku, issa jaqleb li nitkellmu dwar il-Festi Interni, wara kollox dan il-Forum huwa tal-Festi Interni u mhux tal-festi ta' barra.  Int semmejt li jsiru l-ezagerazzjonijiet fil-panigierku.  Ma nafx.  Din pero` jghiduha hafna nies li ma jkunux jifhmu fil-festa u generalment jghiduha 'pagagall' ghax tisma'lil min tisma' kulhadd jghidha bhalma gieli nisma li fil-festa jaharqu l-'gelatina'.  Il-gelatina hadd ma jahraqha. Post wiehed biss kinu jaharquha u llum m'ghadhomx.  Jigifieri d-dilettanti veru tal-festa xebghu jaqilbu ghajnejhom meta jisimghu certu kliem li ma jkunx veru.  Li l-panigierku jkun twil dak huwa fatt. Il-panigierku generalment isir fil-quddiesa ta' nhar il-festa filghodu.  Min imur ghal din il-quddiesa solenni tal-festa, generalment tad-9am nhar il-Festa filghodu jkun jaf x'se jsib ma' wiccu, quddiesa sabiha, twila u solenni kif suppost li jsir. Jigifieri ma hemm xejn hazin li l-panigierku jkun twil, anzi ghalhekk isir.  Nahseb minflok wiehed joqghod isemmi l-panigierki ahjar naraw xi kwalita` ta' omeliji qed isiru fil-bqija tas-sena, gieli omeliji tqal, bla sens u sahansitra twal. Nahseb li l-knisja ahjar tara dawk milli l-panigierki ghax min imur il-panigierki jkun jaf ghalxiex mar.  Min ma joghgbux il-panigierku, lejlet u nhar il-festa jkun hemm diversi quddies lett u allura wiehed jista' facilment jaqbad u jattendi ghal dawk.  Xi hadd semma lil-predikaturi jezageraw il-hajja dwar il-qaddis.  Nahseb li din mhux veru, anzi tiehu pjacir tisma dwar il-hajja tal-qaddis.  Nisimghu tant nies igergru ghax hawn hafna nies li jiccelebraw il-festa u mbaghad ma jkunu jafu xejn dwar il-qaddis tal-festa taghhom.  Issa ghax ghandna l-panigierki li jkellmuna fuq il-hajja tal-qaddisin, xorta wahda se ngergru fuqhom!?  Ara veru ngergru fuq kollox f'dan il-pajjiz!  Nassigurakom ukoll li l-ebda predikatur ma jqabbad in-nar waqt il-panigierku biex jitfa botti kontra xi qaddis iehor.  Jekk dan qed isir, l-ezempju hazin qed jaghtuh il-qassisin.  PERO mafiha xejn hazin li wiehed jezalta l-qaddis u jfahhru.  L-ghajnejn titpaxxa bil-pittura fil-knisja filwaqt li l-widnejn jitpaxxew bi kliem il-predikatur.  M'hemm assolutament xejn hazin f'dan.  Nahseb li f'dan il-pajjiz tant kemm il-festi jinsabu bbumbardjati u tant kemm hawn min irnexxielu jaghmillhom riklam hazin li nies komuni u nies li forsi ma tantx ghandhom ghal qalbhom il-festi jispiccaw biex jemmnu dawn it-tghawwig tal-fatti u jirrepetuhom lil ta' warajhom.  Hemm bzonn li dan il-poplu nghallmuh sew x'ghandu jsir fil-knisja u mhux inkomplu nzommuh injorant.  Perezempju, la qed insemmu l-panigierku u l-quddiesa l-kbira.  Minflok noqoghdu nghidu li l-panigierki huma twal u bombastici, mhux ahjar li minflok johorgu restrizzjonijiet ta' hin, naraw kif il-marci ta' filghodu ma jahbtux aktar mal-quddiesa l-kbira ta' nhar il-festa?  Dik li rridu naraw.  Ghad hawn nies li ghalihom il-festa hija l-marc ta' filghodu u l-quddiesa l-kbira qatt ma semghu biha, peress li jsiru fl-istess hin.  nahseb li l-knisja ahjar tara dawn id-dettalji milli toqghod ixxandar li l-panigierki huma twal ghalxejn, ghax mill-panigierki n-nies tighallem fuq il-hajja tal-qaddis.
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
Guest



RE:Porgramm televisiv fuq Smash TV dwar il-festi
(Date Posted:08/20/2008 07:35 AM)

Kont qed intella' u nnizzel ghandix naghti l-fehma tieghi hawn hekk. Jien minn Birzebbuga, u nistqarr li sa minn ckuniti, il-festi interni kont inhobbhom ferm iktar minn dawk esterni. Sincerament, mhux l-ewwel darba li wara l-quddiesa msejha "l-kbira" kont immur id-dar norqod, u l-marc ta' filghodu ghalija jista' litteralment ma jsirx... ma jfissirx madankollu li ser nissuggerixxi li jinqata', ghax jien tolleranti lejn min ihobb jiccelebra esternament.

Pero` nistenna li l-poplu ghandu jkun tolleranti lejn in-nukleju ckejken li bhali jhobbu l-festa interna.... biex tmur u taqla' qalbek u l-intern kollu tieghek ghax litteralment ma jkun hemm xejn, lanqas ma hu fer hux! Fejn marret il-muzika ta' Carlo Diacono u l-funzjonijiet tradizzjonali? U l-antifona? U l-Vespri? Kollox igri u gerri... kollox ejja ha mmorru... mela t-Tridu, f'siegha u nofs nassistu ghall-Quddiesa bil-kant tas-Salmi, il-Priedka tat-Tridu u l-affarijiet li jsiru wara: il-Kurunella, l-Antifona, u l-Barka Sagramentali.... mutett lanqas jafu xi jkun, nahseb jitfixkluh ma' "mulett" u jahsbuh xi huta! Imma nsomma.... u jippretendu li tibqa' tattendi u tapprezza l-festi interni.... dazgur li napprezza.... ta' postijiet ohra imma!!!!

U xi nghidu ghall-Antifona? antifona bil-malti, inkluz fid-dhul tat-Translazzjoni, fil-Quddiesa l-Kbira u anke fid-dhul tal-vara... tal-misthija!!!! Dawn x'affarijiet huma?! Anzi din is-sena gew tal-Ismash u gibdu dak kollu li jigri fil-festa taghna... imma jiddispjacini nghid li l-Kurja thalli dawn l-affarijiet ghaddejjin.... basta bil-pepsodent u bil-laqghat mad-delettanti, imma affarijiet ma jitrangaw xejn!! Hambaq ja Papa, imma nahseb f'certi parrocci jistmghuk ta' hmar u jghidulek li nahqa ta' hmar qatt ma telghet is-sema.... insomma forsi xi darba ghad jitrangaw l-affarijiet.... meta ma nafux!!!
osservatur
5# 



From: Malta
Registered:08/30/2008
Time spent: 0 hours

Reply To Guest
(Date Posted:08/30/2008 05:41 AM)

Reply to is_aimoo_guest (06/28/2008 04:33 AM)

Iva jien rajt il-programmi tal-festi fuq dan l-istazzjon u tassew haqqhom prosit.  Jien qbilt ma' hafna minn dawk li qalu liminghajr il-Festi Interni il-festa ma taghmell-ebda sens u ghalhekk tajjeb li dawn jigu celebrati b'mod sabih u kif suppost.


jien habib naqbel mieghek dwar il-programm tal festi fuq smash tv, jien wiehed li inhobb il-festi, kemm esterni kif ukoll interni, it tnejn sbih ghalija, nghidlhekk is sewwa ma nitlifx programm wiehed biss minn tal festi fuq smash tv, li jkun nhar ta tlieta u nghidilkhom inkun qed nistennih bil herqa, ghax jaghtik stampa cara dwar xi jkun hemm f'dak il-lokal, nghid prosett li produzzjoni ta smash

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

100% satisfiction sale for wii accessories,the lowest price at $0.99.
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.