|
Guest
|
|
|
RE:Mosta Festi Interni
(Date Posted:07/15/2008 10:32 AM)
Fil-Mosta nqatgha l-ghasar ta' nhar il-festa. Dan kien isir b certu sollenita qabel. Issa l-ghasar qed isir mal-quddiesa... qatghulu rasu! Anka l-quddies tal-kwindicina ntmess, qalu li sar biex kulhadd ikollu sehem fil-festa, allura jiehdu sehem korijiet differenti mill parrocca u dawn il gruppi tal kitarri li jqazzulek kull m'ghandek. Zmien ta dlam bhalissa siehbi!
It tbaghbis mhux mal-festa ta' Santa Marija biss sar, il-festa ta' San Guzepp sena iva u sena le bhalissa, qed naraw kemm se jghaddi zmien qabel din il festa tinqata ghal kollox.
Barra minn hekk, iz zmien li l-Mostin jiftahru li l-bambin twieled fir-rotunda fil-quddiesa ta'nofs il-lejl minflok fl-ghar ta' Betlem ghadda u spicca, mhu xejn hlief leggenda.
|
| Support us |
Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here. |
 |
Super Virtual Game Currency Online Store
Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Mosta Festi Interni
(Date Posted:07/17/2008 01:34 AM)
It-tbabghis fil-Mosta ilu jsir ghall-dawn l-ahhar 27 sena minn meta gie Dun Joe Carabott Arcipriet. Minn hemm bdejna, skussjatura l'hawn u l'hemm daqqa jnehhi dik daqqa jnehhi l-ohra. Immghad c-cirasa ta' fuq il-kejk ircevejniha 5 snin ilu minn meta gie Dun Marju Tong. Imnbghad ghaxxaqna l-bubun ghax dan m'hux talli sewwa lt-tharbit ta' Carabott talli kompla jnezzaghna u gabna fix-xejn. Il-ftit li kien baqa nehhieh ukoll: nehha l-ghasar ta' nhar il-festa (ta' lejlietha ghadu kif hallieh Carabott bil-Malti) nehha l-orkestra fil-lejl tal-Milied. Ma jridx li jinxtered haxix fil-Corpus ghax qal li jiskidjaw il-karozzi (avaolji milli jidher hemm xi hadd li sfidah ghax xorta qed jinxtered il-haxix) u ruxmata affarijiet ohra fosthom il-festa ta' San Guzepp kif issemma hawn fuq. Il-gwaj hu li dan imdawwar bi klikka Mostin (taparsi) mieghu li hsiebhom biex jilaqugh u kull ma jaghmel jghidulu Yes Sir. Anzi Carabott tghid rrestawra l-knisja u l-orgni, imma dan Tong ma jaghmel assolutament xejn. Qas dmiru bhara raghaj spiritwali ma jaghmel ghx m'hux l-ewwel darba li baqa rieqed ghall-quddies, u biex jiffranka x-xoghol dahhal kocc niess fl-ufficju u telqu f'idejhom u ghat-tqarrbin lahhaq 80 Ministru Straordinarju. Hsiebu biex jindahal bejn il-kazini u aktar qed jaqla inkwiet. Punt iehor negattiv hu li hu qammiel tal-prima klassi. Ma jonfoq xejn jekk ma jigborx bil-quddiem. Imbghad fettillu jaghmel 30 pjaneta (gotici ta' ara ma tahsbux li huma Ruman) u Imbierek Alla gabarhom f'darba f'weekend. Issa thajjar jaghmel sett 15 homor. U ma nafx ghalfejn ghax qassisin m'ghandux ghax lanqas dawn ma jappoggjaw. L-unika haga tajba li rnexxielu jaghmel li ghaqqad il-kleru Mosti ghax kollha maqghudin kontrieh! Sena ilu weghdna li se nfakkru r-raba centinarju tal-parrocca bil-kbir. Qas hadd fil-Mosta (forsi hlief il-kapillani li ghandu mieghu?) ma jaf x'celebrazzjonijiet huma dawn. Kulhadd jistaqsi u kulhadd jibqa bla sudisfassjon ta' xejn. Fost l-ohrajn semma li se jitranga z-zuntier. Ara z-zuntier ghandux jistenna centinarju biex jitranga qas li kieku z-zuntier hekk ghadu fl-istat dizastrus li kien. Mela thajjar jibder l-istatwi u jghamilhom tal-bronze se jiswewh Lm 10,000 sakemm spicca sab 2 benefatturi li jhalsuhomlu imbghad jghid li l-Mostin ma jaghtux. Issa smajna li peress li m'hux jivdi l-festa se jillimita l-budget ghall-skond kemm jigbor. Ara naqra ma min qed naghmluha. Idhlu f'din il-website ha tarawx x'inhu ghaddej fil-Mosta: http://rotunda.freeforums.org/index.phpM'hemmx li nehilsu minnu. U l-Mulej jillibera l-parrocci kollha ta' Malta minnu u min min hu bhalu li m'humiex ftit!
|
|
Guest
|
|
|
L-Isqof ghandu jintervjeni
(Date Posted:07/22/2008 16:44 PM)
Il-knisja f'Malta minn dan il-lat veru sejra lura. Qieghed ninnota li f'din id-djocesi sirna nimbuttaw wisq il-hidma pastorali u spiccajna abbandunajna l-bqija. Il-knisja la qed taghti sehema bhala formazzjoni edukattiva u lanqas qed taghti sehema fil-kultura. Kif ghidt diga`, tiskanta hawn nies uhud minnhom kolti u puliti, li jmorrulek quddies kuljum, u mbaghad ma jafu xejn fuq il-Motu Proprio jew perezempju dwar il-quddiesa tridentina jew aghar ma jafux kif titqassam il-festa ta' gewwa. Jiddispjacini hafna u nibqa nsostni li l-knisja mhu qed taghmel xejn f'dan il-qasam. Monsinjur Arcisqof Pawlu Cremona, ghandu bzonn ihares dawra madwaru. Il-pastorali huwa importanti, imma li kieku kelli nghidlu kelma, nghidlu li dan il-poplu ghandu bzonn jerga' jara l-affarijiet sbieh li jaghmlu l-knisja taghna u barra li nurihomlu, infiehmu sewwa. Jien sfortunatament qed ninnota li l-insara Maltin qed ihossuhom kuntenti bizzejjed li jattendu l-quddiesa (jekk jattendu!!!). Dan huwa sinjal negattiv hafna. Ghal hafna Maltin ir-religjon saret biss li jobdu r-regolamenti u jattednu ghall-quddies. Mill-bqija m'hawn interess ta' xejn, ghax hadd qatt m'ghallimhom. Hadd qatt ma wriehom is-sabih tal-liturgija. Mhux ta' b'xejn f'dan il-pajjiz sejrin dejjem lura. Mhux ta' b'xejn f'dan il-pajjiz l-arti sagra spiccat il-bahar. Ippermettili Eccelenza Isqof Cremona nghidlek li l-kummissjoni kultura li hloqt mhijiex bizzejjed biex inrawwmu l-kultura Kattolika. Fil-parrocci qed isiru hafna zbalji. Hemm bzonn li dawn jigu nvestigati, pero inhoss li l-knisja hija fl-OBBLIGU li thares il-patrimonju taghhau hija F'OBBLIGU li l-istess drawwiet jibqghu jintirdu minn generazzjoni ghal ohra. Hemm bzonn li Monsinjur Arcisqof jiehu l-passi mehtiega biex jinbeda pjan fejn il-kultura religjuza f'pajjizna terga tissahhah u mhux tmur lura. Ma jistax ikun li f'din id-djocesi naghtu biss l-importanza lil dak li hu pastorali, kif qed jigri. Ma jistax ikun li nibqghu naraw arciprieti u qasssisin jarmu u jkissru bl-addocc wirt missirijietna. Il-Kultura popolari religjuza trid tinghata l-importanza li jixirqilha u jriduj siru investigazzjonijiet biex jigu ezaminati r-ragunijiet varji il-ghala f'certi parrocci l-affarijiet ma bqaghux isiru kif suppost. In-nies iddejqet tara dawn l-affarijiet, imbaghad tara nies li jghixu spalla ma spalla ma' l-Isqof imorru jaghmlu programmi televizivi fuq stazzjonijiet lokali, dejjem fuq tema pastorali jew morali. Il-Pastorali huwa tajjeb u importanti imma l-kultura poplari religjuza ma nistghu qatt naghtuha l-genb, anzi din trid tkun f'linja parallela ma' dik pastorali. Eccelenza Monsinjur Arcisqof Pawlu Cremona, ahna ghadna qed nistennew interventi li jergghu jaghtu sahha lill-festi ta' gewwa u l-kultura popolari religjuza ta' pajjizna, u mhux naraw qassisin li jaghmlu li jridu. Ghadna qed nistennew l-intervent tieghek.
|
|
Guest
|
|
|
Lil Tal-Mosta
(Date Posted:07/23/2008 07:24 AM)
Dhalt fil-forumtaghkom ghall-ewwel darba u veru huwa interessanti. Naghtikom suggerimentli xxerrdu l-links tieghu, ghaliex l-affarirjietli ghaddejjin minnhom intom huma simili hafna ta' bosta parrocci ohra. Ghalhekkintikom suggeriment li xxerrdu l-link ta'dak il-forum, ghax hafna nies jaghmlu kuragg u jindunaw li l-problema hija reali. Fuq il-parrocca tal-Mosta, l-affarijiet li qed isiru huma tal-misthija hux! L-istorja ta' Dun Mario Tong kulhadd jafha ... Marsaxlokk ... B'Kara ... u issa l-Mosta. Mur Birkirkara u ara x'jghidulek. Saqsuhom xi gralha l-festa ta' San Guzepp, kif spiccat fix-xejn. Hadu r-ruh meta telaq 'l hemm, biex imbaghad tefghuh il-Mosta. Saqsuhom lil dawk ta' Birkirkara kif il-marci kollha bdew jitnaqqru, wiehed wara l-iehor! Saqsuhom lin-nies ta' San Guzepp ta' Birkirkara kif filli kien ikun hemm hafna nies u filli n-nies naqset cum bum! Saqsuhom lin-nies ta' Birkirkara kif inqatghalhom il-marc tal-Gimgha, u mbaghad il-marc ta' Lejlieta u mbaghad il-festa kollha. Dawn x'razza ta' qassisin u kappillani jkunu! Din hija s-serjeta` li biha timxi l-Kurja u l-Arcisqof ta' Malta. Ghaddiet sena minnmindu lahaq Monsinjur Cremona. Qal li dar diversibliet u rhula u ra b'ghajenejh it-tajjeb u l-hazin. Fl-ittra pastorali qal li ha pjacir ghax ra hafna inizjattivu u hassu mdejjaq ghax gieli ra nuqqas ta' ftehim u affarijiet li ma jaghmlux unur. Imma Monsinjur Cremona qieghed jara li l-affarijiet fil-knisja mexjin kif suppost jew il-lajci biss jaqilghuha fuq wicchom? Sur Isqof Cremona, hemm bzonn li tiehu r-riedni f'idejk u ggib dixxiplina qalb il-kleru u l-qassisin li ghandek ghax is-serjeta` ilha li spiccat minn din id-djocesi. S'issa ma rajna xejn konkret hlief zjara 'l hemm u zjara 'l hawn. Iz-zjarat flimkien mat-tbissima mhu se jsolvu xejn u fl-ahhar mill-ahhar mhu se jimpresjonaw lil hadd. Din id-djocesi ghandha bzonn ta' aktar formazzjoni religjuza u aktar dixxiplina, u d-dixxiplina l-ewwel ma trid issir mal-kleru u l-qassisin. Bhal Dun Mario Tong hawn xi tnejn ohra jigru mas-saqajn, u l-Kurja flimkien ma' l-Isqof mhuma jintervjenu xejn. Imbasta mmorru fl-irhula u nidhku,nitbissmu u nsellmu lin-nies. Sadanittant hafna minn dawn il-parrocci anke ghall-quddies in-nies m'ghadhiex tmur. Dak huwa s-Sinodu!!! Hemm bzonn li l-Isqof jekk irid veru jaghmel xi haga tal-gid jiehu r-riedni f'idejh u jek hemm bzonn iwarrab dawk l-4 li hemm mieghu u jiehu azzjoni serja, ghax hafna nies kienu u ghadhom imxebbghin bil-mod li l-Knisja qed timxi u emmnuni mhux fil-Mosta biss. Hemm xi 2 irhula ohra fejn l-istorja hija bejn wiehed u iehor l-istess u tal-Kurja ghal taparsi ma jafux ta !!! Ghalhekk hbieb Mostin, xerrdu l-link taghkom ma' kull website halli f'dan il-pajjiz inqajjmu kuxjenza, jekk ma rridux nitilfu kollox.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Mosta Festi Interni
(Date Posted:07/26/2008 13:04 PM)
Huwa minnu li tinhass telqa fid-djocesi Maltija. Izda dan is-sens ta apatija grassa ma nistghux u mhux sew li nghidu li gej mill-kleru biss. Vera li hawn kappillani u Arciprieti li jigu jaqghu u jqumu minn kollox izda huwa minnu ukoll li hawn numru sabih ta Kappillani zghazagh li gharfu verament xi tfisser il kelma PASTORALI!
Pastorali mhux tpecliq u tpacpic fil-vojt, mhux prayer meetings u hafna kummidji ohrajn! Il-vera pastorali trid tibda mill-ezempju u mill-hajja Nisranija tal-Kappillan, il-kleru u tal-lajci. Inkunu qed nuru injoranza kbira meta nifirdu l-kultura, l-festi u tradizzjonijiet taghna mil-Pastorali! Ghax dawn bdew bhala mezzi ta pastorali!
X'inhi il-pastorali jekk mhux li il-kappillan u l-kleru jaqdu u jaraw il-bzonnijiet tal-poplu ta Alla? il-pastorali jfisser QADI!
Alla l-imbierek halaq il-bnidem bil-bzonn li juri imhabbtu, bil-bzonn li jesprimi l ferh tieghu esternament. Il-Festi huma l-ghodda tal-Knisja biex tghin il-bnidem jesprimi dan il-ferh u l-imhabba lejn Alla u l-patrun/a tieghu!
Il-Kultura Kattolika tghinek tikber fil-fidi! Kemm inkunu boloh jekk nitraskurawa!
Iddispjacini li fil-kumment "Lil tal-Mosta" kien hemm kliem iebes fuq l-Arcisqof. L-Arcisqof huwa bniedem sincier, lest jisma lil kulhadd u anke jekk int tahseb li sa issa ghadu ma ghamel xejn naccertak li jixtieq u qed jahdem biex jaghmel li jista. Nissugerilek ta'habib jekk ghandek xi haga li qed idejqek ghamel appuntament u kelmu.
Bit-tgergir kontra l-kleru ma naslu imkien. Jekk vera nhobbu il-fidi taghna u dak kollu li jaghmilna Kattolici ejja nghinu lil kleru jifhem il-bzonnijiet taghna, ejja nuruhom li ahna mhux "qatta iffissati" "dilettanti" "marbutin mal-passat". Ejja nuru li ahna nies ta fidi, u li nemmnu li it-tradizzjonijiet u l-kultura Kattolika huma strumenti ta Pastorali biex inwasslu il-Messagg tal-Vangelu illum!
|
|
Guest
|
|
|
RE:Mosta Festi Interni
(Date Posted:07/27/2008 05:34 AM)
Sa certu punt jista' jkun ghandek ragun li tghid li isqof irid jahdem ghal gid tal-festi, imma dan lili mhux dejjem jikkonvincini. Ghax huwa sabih li biex tiinkludi lil kulhadd taghmel quddiesa ghall-ghaqdiet kollha tal-festi jew taghmel pellegrinagg bil-fratellanzi kollha, imma biex jitrangaw l-affarijiet diskussjonijiet li jhallu l-frott irid ikun hemm u mhux pellegrinaggi u quddies. Ghax ghalkemm dawn huma tajbin u sbieh bihom kollox fejn ikun jibqa'. Certament li kienet idea tajba il-laqgha taz-zghazagh li jhobbu l-festi ma l-isqof, pero' x'tiswa li jkollok laqgha ma' l-Isqof meta l-affarijiet konessi mal-festi anqas biss jidhol fihom?!. Kulhadd jaf li meta tresaq rikors il-kurja dan qatt ma jmur ghand l-isqof imma jmur ghand Dun Anton Gouder jew il-Vigarju. Allura fl-laqgha ma' l-isqof li kellu maz-zghazagh xi progress seta' jsir jekk dawn il-qassisin ikkoncernati ma kienux hemm?!!
|
|
Guest
|
|
|
Reply To Guest
(Date Posted:07/28/2008 01:49 AM)
Reply to is_aimoo_guest (07/26/2008 15:04 PM)
Huwa minnu li tinhass telqa fid-djocesi Maltija. Izda dan is-sens ta apatija grassa ma nistghux u mhux sew li nghidu li gej mill-kleru biss. Vera li hawn kappillani u Arciprieti li jigu jaqghu u jqumu minn kollox izda huwa minnu ukoll li hawn numru sabih ta Kappillani zghazagh li gharfu verament xi tfisser il kelma PASTORALI!
Pastorali mhux tpecliq u tpacpic fil-vojt, mhux prayer meetings u hafna kummidji ohrajn! Il-vera pastorali trid tibda mill-ezempju u mill-hajja Nisranija tal-Kappillan, il-kleru u tal-lajci. Inkunu qed nuru injoranza kbira meta nifirdu l-kultura, l-festi u tradizzjonijiet taghna mil-Pastorali! Ghax dawn bdew bhala mezzi ta pastorali!
X'inhi il-pastorali jekk mhux li il-kappillan u l-kleru jaqdu u jaraw il-bzonnijiet tal-poplu ta Alla? il-pastorali jfisser QADI!
Alla l-imbierek halaq il-bnidem bil-bzonn li juri imhabbtu, bil-bzonn li jesprimi l ferh tieghu esternament. Il-Festi huma l-ghodda tal-Knisja biex tghin il-bnidem jesprimi dan il-ferh u l-imhabba lejn Alla u l-patrun/a tieghu!
Il-Kultura Kattolika tghinek tikber fil-fidi! Kemm inkunu boloh jekk nitraskurawa!
Iddispjacini li fil-kumment "Lil tal-Mosta" kien hemm kliem iebes fuq l-Arcisqof. L-Arcisqof huwa bniedem sincier, lest jisma lil kulhadd u anke jekk int tahseb li sa issa ghadu ma ghamel xejn naccertak li jixtieq u qed jahdem biex jaghmel li jista. Nissugerilek ta'habib jekk ghandek xi haga li qed idejqek ghamel appuntament u kelmu.
Bit-tgergir kontra l-kleru ma naslu imkien. Jekk vera nhobbu il-fidi taghna u dak kollu li jaghmilna Kattolici ejja nghinu lil kleru jifhem il-bzonnijiet taghna, ejja nuruhom li ahna mhux "qatta iffissati" "dilettanti" "marbutin mal-passat". Ejja nuru li ahna nies ta fidi, u li nemmnu li it-tradizzjonijiet u l-kultura Kattolika huma strumenti ta Pastorali biex inwasslu il-Messagg tal-Vangelu illum! Qed niehu pjacir li f'dan il-Forum hawn min qieghed jirrealizza li dak li huwa kulturali u wirt missirijietna irid jigi preservat tajjeb, mhux ghax in-natura dghajfa tal-bniedem titlob hekk imma ghax huwa principju universali, principju morali u ghaliex le ! Jidhirli li huwa anke principju nisrani. Zgur li Alla jrid li dak li hallewlna missirijietna, l-arti, l-opri artistici, drawwiet antiki nibqghu nzommuhom hajjin kif inhuma. Dan kollu jfakkarna fil-kapacitajiet sbieh li Alla zejjen lill-bniedem bihom. Allura nirringrazzja lil dawk li fl-ahhar qeghdin naqblu li l-kultura u r-religjon ghandhom jimxu id f'id. Forsi hawn min isaqsi allura x'ghandha tkun l-idea taghna quddiem metodi godda ta' liturgija bhal nghidu ahna knejjes ezageratament moderni jew litrugija progressiva z-zejjed? Nahseb li lkoll naqblu li n-nies ihossuhom qrib Alla b'modi differenti. Hemm min perezempju ihobb il-films bibblici biex ihossu aktar fl-ispirtu t'Alla, hemm min perezempju jhobbu jiehu sehem f'xi dramm tal-passjoni, hemm min ihobb jisma l-orkestra fil-festi li jsiru gewwa l-knisja u hemm min ihobb icapcap u jkanta pop songs moderni bil-kitarra u d-drum kit gol-knisja biex ihossu qrib Alla, ghalkemm fuq din ta' l-ahhar tafu daqsi li anke l-Papa li ghandna prezenti esprima ruhu fuq dan u qal esplicitament li jiddispjacih hafna li l-knisja saret taghti wisq prominenza lil din it-tip ta' muzika li mhux dejjem hija applikabbli fil-knisja u li jehtieg li l-poplu jerga jigi edukat biex ikun kapaci japprezza l-arti vera, l-arti muzikali polifonika u gregorjana u dik il-liturgija li sfortunatament kwazi intilfet. Ghalhekk ghalija huwa mument ta' pjacir meta nisma li dak li hallewlna missirijietna ghandu jerga jigi ntrodott kif kien, halli l-poplu jaghraf tassew il-wirt u s-sabih li hallewlna missirijietna.
Naturalment f'Malta hawn diversi parrocci li baqghu jhaddnu dan u dan l-ahhar qieghed nara diversi xoghlijiet ta' restawr fil-knejjes taghna. Dan huwa sinjal pozittiv. Jiddispjacini u veru jiddispjacini imma meta nara li f'Malta hawn 4 jew 5 parrocci li jinsabu f'posizzjoni hazina mmens. Tistaqsuni mela; f'liema aspett huma batuti? It-twegiba hija wahda: f'kollox! Jigifieri kemm pastoralment u wisq wisq iktar kulturalment. Ghax kos, nahseb u jkolli nghid li bejn dawn it-tnejn hemm verament xi konnessjoni!!! Zgur li hemm konnessjoni bejn l-arti u l-kultura u l-hidma pastorali. Kif qal siehbi f'dan il-post li jien qed nikwota, zgur li ma tistax tpoggi lil kulhadd f'keffa wahda. Iva hawn kappillani u arciprieti li tassew jafu x'inhuma jaghmlu u l-parrocca dejjem timxi 'l quddiem minn kull aspett. Pero` kif diga ghidt, hawn xi 5 parrocci li l-kurja ilha hafna u hafna titraskura. Din hija xi haga inaccetabbli. Wiehed irid ihares ukoll lejn lil min qieghed jintbaghat imexxi. Fil-kaz (issa miftuh ghal kollox) tal-Mosta fejn intbaghat Arcipriet, bniedem li ghandu tmexxija li zgur mhijiex accettabbli f'lokalita' bhal dik tal-Mosta. Bhalu ntbaghtu kappillani u arciprieti ohra li komplew izarmaw u jkissru l-ftit li kien ghad fadal. Il-kurja taf u taf tassew x'inhu jigri f'dawn il-parrocci, imma qed taghlaq ghajnejha t-tnejn u taghmel bir-ruhha li mhux qed tinduna. Imbaghad xi nghidu ghal dawk l-arciprieti u kappillani li bil-manjieri hziena taghhom gerrxu lil kulhadd? Mhux hekk biss, imma kif jista' jkun il-kurja ma tindunax b'certu parrocci u b'certu problemi f'certu parrocci meta anke jekk thares lejn ic-censiment tal-quddies ukoll tinduna li bejn minn dak li tisma' u minn dak li qed tara fic-censiment, zgur u bilfors ikollok tinduna li f'dik il-parrocca hemm xi haga li sejra hazin hafna. Semmejna l-Mosta imma hawn parrocci li huma aghar mill-Mosta. Jehtieg li l-Kurja taghmel 'reverse' u tara liema parrocci jehtiegu ghajnuna u meta nghid ghajnuna, ma jfissirx ghajnuna pastorali biss, imma anke ghajnuna kulturali. Jekk il-kurja tinsa dan il-principju allura l-parrocci se jibqghu fejn huma! Hemm diversi arciprieti u kappillani li bil-manijieri taghhom gerrxu lin-nies. Allahares ikollna nsemmu l-affarijiet li jsiru minn certu kappillani ghax lanqas jitwemmnu. Dawn in-nies il-Kurja ghandha tidentifikahom u tara li jekk mhumiex kapaci ghal dak il-piz jitnehhew u mhux tinghhatalhom kariga f'parrocca ohra kif qed jigri !!! Imma jinghatalhom xoghol iehor. Iva ghax din veru sabiha. Isibu kappillan li miexi hazin, inhehhuh u jitfghuh f'parrocca izghar u generalment diga` traskurata. Iva se nerga nghid 'traskurata' u nzid ukoll 'mhux rispettata mill-kurja', biex f'kaz bhal dan hux, dik il-parocca li tkun diga gharkkubbtejha, inkomplu nkissruha 'l isfel bil-kappillan jew arcipriet gdid u bazwi li jkunu baghtulha !!! Dik serjeta`! Dik hija l-veru kristjanita` tal-Kurja!!! Dawn l-affarijiiet hbieb qed jigru tassew u n-nies ta' dik il-lokalita` biss ikunu jafu minn xhiex ikunu ghaddejin!
Fuq l-Arcisqof Cremona, wiehed isib hafna affarijiet x'jammira. Meta lahaq Arcisqof Malta kollha ferhet u ghalkemm fil-bidu kien hawn ewforija shiha, hafna kienu dawk li jhobbu l-parrocci Maltin li zammew lura l-entuzjazmu. Haga wahda li ammirajt mill-ewwel f'dan l-Arcisqof hija li l-ewwel haga li ghamel kienet li ghalkemm huwa bniedem mahbub ma jfissirx li hu kien se jgib xi forma ta' liberalizmu f'dak li ghandu x'jaqsam mad-duttrina tal-knisja kif 'komikament' u ridikolament hasbu hafna nies!!! Il-laqghat li Monsinjur Arcisqof kellu ma' dawk li jhobbu l-festi huma certament pass tajjeb 'il quddiem. Biss nghid li ma rajna xejn konkret. Dan mhuwiex sinjal sabih. Ninsab cert li Monsinjur Arcisqof huwa persuna kbira, biex dan ma npogguhx fid-dubju. Biss qed nibza li ghalkemm saru diversi laqghat u diversi visti fl-ibliet u rhula taghna, it-tibdil li kulhadd xtaq li sar, ghadu ma sarx. Ovvjament it-tibdil li jien qed nirreferi ghalih mhuwiex tibdil li ghandu x'jaqsam mad-duttrina tal-knisja imma, li lkoll nafu li dak li waqqaf Alla ma jista' jibdlu u jkissru hadd. It-tibdil li xtaqna naraw huwa tibdil ta' aktar spazju, ta' kultura fejn wiehed jisma aktar lil dawk li jhobbu l-knisja u l-festi taghha. Xtaqna naraw perezempju li fejn hemm affarijiet mexjin hazin jinbidlu. Xtaqna naraw li jkun hemm aktar qawmien kulturali, idea u attitudni li anke l-Papa prezenti qieghed jimmanifesta, kemm bi kliemu u kemm b'ghemilu. Ir-ri-introduzzjoni tal-quddiesa Tridentina, l-abiti sagri li jilbes, id-diversi opinjonijiet li ta fuq il-muzika li qed tintuza fil-knisja. Dawn kollha huma affarijiet li gejjin mill-Knisja taghna Rumana fil-Vatikan. Hawn Malta ghad ma kellnix dan il-qawmien. Monsnjur Arcisqof diga ilu 'l fuq minn sena u Monsinjur Arcisqof jaf x'inhuma x-xewqat ta' diversi parruccani. Monsinjur Arcisqof jaf li hafna mit-talbiet kienu talbiet genwini gejjin mil-qalb u mhux mill-egoizmu. Monsinjur Arcisqof irid ukoll joqghod attent li meta jisma ilment ta' xi hadd mhux jigi xi hadd iehor u jfesfislu xi haga differenti biex tigi ssalvagwardjata il-posizzjoni ta' dak il-kappillan jew arcipriet. Sfortunatament nahseb li din qieghda tigri tassew. Lil Monsinjur Arcisqof nitolbuh biex jiftah ghajnejh u jara tassew f'liema parrocci hemm affarjiet sejrin hazin, nitolbuh jifhem tassew u jisma u nerga nghid jisma jisma jisma u jqabbel il-materjal li ghandu iswed fuq l-abjad mac-censiment tal-quddiesa, halli jkun jaf tassew fejn huma l-veru problemi. Lil dawn il-parrocci tinghatalhom tmexxija tajba, sinciera, idha miftuha, tmexxija li ma thallix lil certu nies u anke qassisin ikissru l-motivazzjoni tal-kappillan u l-arcipriet il-gdid, iva ghax din tezisti. Hemm bzonn ta' tmexxija li tahdem ghas-servizz tal-poplu l-ewwel u mhux biex nissodisfaw il-hin liberu ta' certu qassisin, li jkun jridu jehilsu l-quddies u l-funzjonijiet biex jitilqu 'l barra mill-knisja malajr kemm jista' jkun! Fuq kollox nixtiequ li Monsinjur Arcisqof ikun aktar partecipattiv fid-decizjonijiet li qed jittiehdu fuq il-festi. Ma jistax ikun li l-knisja timxi differenti. Ma jistax ikun li bniedme partikolari b'attitudni negativva hafna jibqa` jiehu decizjonijiet li monflok jghaqqdu n-nies ta' rahal ikompli jnisslu attegjament sekolari fin-nies meta nafu li din is-socjeta tal-lum diga tbieghdet mill-valuri kristjani u min jaghtihom tort, la darba l-knisja naqsset drastikament il-karattru tradizzjonali religjuz taghha!!! Monsinjur Arcisof ghandu bzonn jara hu stess x'inhu jigri u jiehu d-decizjonijiet godda u posittivi biex lil certu parrocci tinghatalhom tmexxija TA' TAMA u mhux ta' skoraggiment kif qed jigri, halli cetru parrocci jinghatalhom ir-rispett li jixirqilhom.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Mosta Festi Interni
(Date Posted:08/25/2008 04:22 AM)
se nitkellem fuq li qalu fuq l arcipriet tal mosta fejn wiehed qal tghidx kemm hu qammiel .jien nahseb fejn jaqbillu imma ghax meta lahaq id dar li mar joqghod fija irrangaha wahda sewwa min jaf kemm nefaq .nahseb li l arcisqof ghandu jintervjeni ma jhallix affarijiet bhall dawn isiru ghax ibeghdu lin nies mil knisja .jekk hemm bzonn ta bidla ghanda issir mil l aktar fiss possibli.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Mosta Festi Interni
(Date Posted:08/25/2008 04:43 AM)
Sewwa qed tghid siehbi. Dik l-ewwel haga li ghamel, refurbishment arcirpretali fid-dar arcipretali! Kien intqal li intefqu madwar Lm 20,000 sa Lm 25,000! Ftit wara bdejna nisimghu li l-parrocca tal-Mosta mimlija tilja dejn allura bdejna bl-ekonomiji: nehha l-orkestra mill-Milied, naqqas banda fil-Qalb ta' Gesu, naqqas servizz ta' banda barranija fil-festa, qed isib panigeristi kollha lokali (tajbin u m'humiex) biex jiffranka, m'ghadux igib isqof minn barra ghall-quddiesa solenni kif konna imdorrijin (anzi din is-sena fetah idejh u gab wiehed) u hafna xorti minn dawn li trid lista twila biex tiktibhom.
Issa kellu xi jghid maz-zewg kazini tal-baned, ghax dawn hadu l-inizjattiva li jkabbru l-festi tar-4 centinarju tal-parrocca li suppost qed niccelebraw. Kuntraju ghall programm tal-parrocca li hu fjak ghall-ahhar, iz-zewg kazini ewlenin hejjew programm mimli attivitajiet (s'intend kollu spejjez ghalihom) fejn sahansitra kienu anke se jimlew il-programm tieghu, imma meta ra li l-kazini qed jaghmlu xi haga u hu m'ghamel xejn ra kif ghamel u kwazi ma ppermettielhom jaghmlu xjen bit-theddia li jekk jisfidawh ihassar il-festa. Anzi issa meta ra lil-programm tieghu tant hu vojt li jikkonsisit biss f'pellegrrinagg u quddiesa fil 15 u s-16 ta' Settembru tahom 2 attivitajiet kull wiehed u marc biex jghalqu dawn il-festi.
L-akbar skandlu imma hu li ha pussess ta' l-Oratorju Qalb ta' Gesu u literralment il-klikka tieghu rmew hafna affarijiet ta' storja (ritratti) biex shabu tal-klikka jorganizzaw it-tombla nhar ta' hadd! Issa qed jinstema' li min taparsi qed jiehu hsieb l-oratorju qed jiehu xi remunerazzjoni - dazgur ghallhekk taghmel tajjeb il-gabra specjali ghall-bzonnijiet tal-parrocca kull l-ewwel gimgha tax-xahar. Il-fatt li ghandna zuntier se jaqa' bicciet dak m'hux importanti l-aqwa li fiz-zmien il-festa dawru bil-barrikati u tape tal-pulizija.
Flus biss sirna ghax dejjem nokorbu li l-parrocca falluta - haga li ma titwemminx imma skuza tajba biex qered is-solennita kollha li bihom il-Mosta kienet maghrufa kif ticcelebra l-festi principali tal-Milied, Gimgha l-Kbira u Santa Marija.
|
| Support us |
Just click the links below and your donations will make a difference here. |
 |
|
|
Guest
|
|
|
Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/26/2008 00:34 AM)
Naqbel perfettament ma' dan l-ahhar post li nkiteb. Bhal Tong u bhal di is-seistema hawn xi 2 parrocci ohra. Biss jien nixtieq nitkellem fuq dawn il-klikek li jduru ma certu kappillani. Bhal dak tal-Mosta jezistu wkoll ximkien iehor, klikek li jilghaqu u jduru mal-kappillan biex jakkwistaw. Dawn in-nies mercenari, fl-ahhar tal-gurnata jispiccaw jaqghu u jqumu mill-interessi veri tal-parrocca u jkunu lesti li jaqblu f'kollox mal-kappillan anke jekk id-decizjonijiet ma jkunux ta' gid ghall-parrocca ghax min qal li l-kappillani dejjem ghandhom ragun? Min qal li l-kappillani jkunu jafu dejjem x'inhuma l-veru bzonnijiet tal-parrocca? Min qal li l-kappillan ikun jaf dejjem b'ghajnejh maghluqa ir-realtajiet tal-parrocca? Mis-sema 'l isfel kulhadd uman, u min hu uman kulhadd jaghmel l-izbalji. Allura dawn in-nies minkejja li jkunu jafu li dik mhijiex l-ahjar decizjoni u peress li jkunu jafu liema ras iebsa jkollu l-kappillan, kwalita` dejjem aktar spissa fl-arciprieti u kappillani, jispiccaw biex ma joggezzjonaw xejn u jobdu b'ghajnejhom maghluqa anke jekk id-decizjoni ma tkunx ta' interess ghall-parruccani u ghal-lokalita', l-importanti li naghlqu halqna halli dak li ghandu jaghtina l-kappillan u l-arcipriet niehduh, x'nigu naqghu u nqumu mill-parrocca! NAGHMLUX IMHATRA WKOLL LI NOFS DAWN IN-NIES IKUNU JIFFURMAW PARTI MILL-KUNSILL PASTORALI TAR-RAHAL TAGHHOM? DIK DEMOKRAZIJA! DAK SUCCESS! KULHADD JAQBEL MA' L-ARCIPRIET U MAL-KAPPILLAN GHAX INKELLA JNEHHINA U MA NKUNUX NISTGHU AKTAR NIGGWADANJAW! ARA MA TAHSBUX LI DIN HIJA XI GIDBA TA'! L-affarjiet ghandhom jigu riveduti u Monsinjur Arcisqof ghandu jara verament fejn qed jigru dawn l-affarjiet halli tali abbuzi jigu eleminati minnufih.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Mosta Festi Interni
(Date Posted:09/19/2008 08:55 AM)
Qieghed nikteb dawn il-kelmtejn lill-individwu/i li kiteb/bu il-kummenti rigward il-liturgija Tridentina, il- Motu Proprio Summorum Pontificum, l-abiti s-sagri u l-muzika Gregorjana u lil kull min hu interessat f'dawn l-oqsma. Iktbuli e-mail: godwin_xuereb@yahoo.comu nitkellmu bis-serjeta'... 
(Message edited by verufesta On 09/19/2008 12:31 PM)
|
|
|