|
(Date Posted:06/09/2008 15:28 PM)
Dan l-ahhar skoprejt li f'xi parrocci, l-Ghosrien specjalment dak ta' Lejlet u Nhar il-Festa qieghdin jigu amalgamati mal-quddiesa, minflok isiru separatament. L-iskuza komda u makakka li qed jaghtu dawn il-kappillani u hija li bis-sahha t'hekk in-nies tattendi aktar ghall-Ghasar. Apparti l-fatt li n-nies mhu veru xejn li tigi, tant li hafna nies saru jittardjaw apposta ghall-quddiesa, dan ifisser ukoll li l-kleru u l-knisja qed tigi taqa' u tqum mill-modalita`, mis-sollenita`u mas-sabih liturgiku ta' dawn il-funzjonijiet. Imbaghad nghiduha kif inhi! Dan x'ragunament hu li int TOBBLIGA lin-nies jattendu ghall-ghasar billi taghmlu mal-quddiesa? Wara kollox nippreferi li jkolli nofs knisja mimlija u tkun taf tassew x'inhu jigri, milli knisja imbulgata u kulhadd jonfoh bid-dwejjaq! Eh ghax tassew, ghadna m'ghidnix kif nippretendu li n-nies tippartecipa meta lil hafna minn dawn, hadd qatt ma tahom taghrif dwar x'inhu Ghasar u l-bqija tal-Festi li jsiru gewwa l-Knisja. Dik mhux issue ohra? Naturalment ahna nafu bizzejjed u issa drajna b'certu skuzi u sahansitra gideb sfaccat. Il-verita` hija li hemm hafna mexxejja spiritwali u qassisin li ma sar jimpurtahom minn xejn la min-nies u wisq iktar mill-funzjonijiet. L-importanti li l-affarijiet isiru malajr halli kif inlestu nisparaw il-barra u mmorru nieklu xi gelat. L-Ghasar mal-quddiesa mhux talli ma jigbidx nies xorta wahda imma talli ma jsirx bl-istess sollennita` u sbuhija daqs li kieku jsir ghalih. Ma rridux l-Ghosrien mal-Quddiesa.
|