|
Guest
|
|
|
RE:Ir-Relikwija trid tibqa' wara l-istatwa fid-dhul !!!
(Date Posted:07/02/2008 23:53 PM)
Habib hafna postijiet ir-relikwa tohrog qabel il-Vara. Gol-Belt Valletta zgur li jsir hekk f`kull festa. Terga F`San Duminku it-tradizzjoni hi li l-purcissjoni tibqa niezla strada merkanti u tidhol fil-knisja xi 9.15pm filwaqt li l-vara tieqaf hdejn il-gizwiti fejn min hemm titnizzel mil-partitarji akkumpanjata min baned li jdoqqu biss marci u innijiet xierqa f`atmosfera brijjuza. Din l-uzanza ma tnaqqasa xejn mis-solennita ta din il-festa ghax tradizzjonalment hi b`sahhita hafna fejn jidhlu funzjonijiet interni fejn dawn qatt ma kienu mtellfa min xi festa esterna anke qabel ma saru ir-riformi tal-festa.
|
| Support us |
Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here. |
 |
Super Virtual Game Currency Online Store
Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Ir-Relikwija trid tibqa' wara l-istatwa fid-dhul !!!
(Date Posted:07/03/2008 07:03 AM)
Ma kontx naf li fil-Belt San Duminku r-relikwija tingarr quddiem. Imma fil-qedem nett dejjem hekk kienet tingarr qabel il-vara, jew din hija xi haga li saret dawn l-ahhar snin, fis-sens mill-gwerra 'l hawn perezempju? Kulhadd jaf xi dhul kbir taghmlu intom. Jista jkun li fl-antik ir-relikwija kienet tingarr wara l-vara u maz-zmien minhabba l-popolarita` ta' l-istatwa ir-relikwija bdiet tingarr quddiem l-istatwa? Ahna fuq dan il-fatt qed nitkellmu. Li nibqghu nzommu l-popolarita` ta' l-istatwa minghajr ma nnehhu dik tar-relikwija. Ghalhekk naqbel kieku li r-relikwija tibqa tingarr ma' l-istatwa sa l-ahhar. Ma ninsewx li fl-antik meta l-istatwi ma kinux ghadhom jezistu, l-purcissjoni kienet issir bir-relikwija biss u kienet tkun ic-centru tad-devozzjoni u l-attenzjoni tan-nies. Ahna li rridu nghidu huwa li l-istatwa ghandha tibqa popolari, imma tkun haga sabiha li nzommu r-relikwija maghha. Nahseb li fl-ahhar mill-ahhar hija r-relikwija li taghmel il-purcissjoni u mhux il-vara, ghax kif naqbad nghidlek, meta nara l-vara wahedha aktar nisthajjel li nkun qieghed f'xi marc iehor minn dawk li jsiru fl-ahhar tat-Tridu bil-vara li fl-ahhar intellghuha fuq il-pedestall. Ir-relikwija ghandha tibqa` tfakkarna li dik hija purcissjoni u mhux marc. Ix-xewqa ta' hafna devoti madwar il-bqija ta' Malta hija li r-relikwija tibqa' tigi akkumpanjata mal-vara sad-dhul u mhux imbierek il-bambin dan l-ahhar qeghdin naraw qassisin stess (!!!) idahhlu lill-kappisti u lil tal-lanterni flimkien mar-relikwija gewwa l-knisja minn kmieni. Insellu ghad-Dumnikani kollha u nghidilkom prosit ta' kollox bhalma s-soltu nghid lill-beltin kollha ghall-festa kbira u sabiha li taghmlu.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Ir-Relikwija trid tibqa' wara l-istatwa fid-dhul !!!
(Date Posted:07/03/2008 11:30 AM)
Min ritratti antiki li ghanda f`idejna u wiehed anke jista jarhom fil-website taghna, jider li t-tradizzjoni gol-festa ta San Duminku kienet li l-vara tohrog fl-ahhar. Tinsiex li l-festi tal-Belt huma fost l-eqdem ta pajjizna u kif ghedtlek ma tantx tbidlu fl-organizzazjoni taghhom. Int semmejt ir-raguni li jista jkun li hafna statwi gew mibnija wara li kien hemm ir-relikwa, naqbel mieghek pero fil-kaz tal-festi tal-belt il-vari titulari (barra S.Wistin) huma antiki hafna circa 350sena! jigiefieri dawn min dejjem kellhom kult qawwi fost il-Beltin. Pero dawn l-ahhar mitt sena kien hemm okkazzjoni wahda fejn ir-relikwa harget u l-vara baqghet gewwa meta fl-eqqel tat-tieni gwerra dinjija i.e. 1942 fejn il-Belt kienet mfarrka mil-bombardament kontinwu tal-ghadu. Fl-4 t`Awissu ta dak inhar saret xorta il-festa bil-quddiesa tal-festa u purcissjoni bir-relikwa li ghaddiet pero min rotta iqsar. Pero habib xorta niccdekja aktar. Int qajjimt il-punt li hekk vara tithalla waheda mal banda tkun qisa marc tal-ahhar tridu. Nassigurak li ghalkemm l-atmosfera tkun brijuza hafna fl-istess hin tkun hafna differenti mil-marc popolari tal-ahhar tridu. Biss biss kif ghedtlek il-marci maghzula huma jew innijiet u innumarcijiet dumnikani (2 beltin u iehor tal-birgu)jew marci ddedikati lil-qaddis ez.Il-Piccinin jew marc li ghalkemm huma brijuzi huma mild u ma jissemma ebda tajjir. Il-Brijju tista aktar tideskrivih bhala passjoni kbira lejn il-figura ta San Duminku milli min just brijju tal-Marc. Fi zmien kull ma kien jindaqq kien l-innu Kalaroga u l-innumarc l-antik, fejn it-tfal tal-parrocca kienu jakkumpanjaw il-vara bix-xemghat. Pero xorta fl-ahhar bicca kien ikun hemm ir-rassa u brijju bhal tallum u anke id-dhul bil-kant tal-Antifona kantata b`certu "qawwa" mil-beltin.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Ir-Relikwija trid tibqa' wara l-istatwa fid-dhul !!!
(Date Posted:07/13/2008 09:50 AM)
L-origni tal-processjonijiet hija eqdem mill-processjonijiet beir-relikwiji. Fil-qedem il-processjonijiet kienu stazzjonali, minn post ghall-iehor, ez San Girgor. Dik hija vera processjoni u mhux minn post ghall-istess post. Pero` ma jfissirx li l-usanza maltija hija hazina, xejn affattu. Fil-Medju Evu dahlu l-processjonijiet bis-simulakru, xbiha jew relikwiji kif ukol dik bil-wisq imqaddes Sagrament. Li il- vara u r-relikwija jimxu hdejn xulxin hija usanza tajba, il-ghaliex iz-zewg oggetti huma punt fokali tad-devozzjoni. Li mbaghagd ir-relikwija ul-kleru jidhlu qabel il-vara ha jsir il-briju hija concessjoni ghan-natura umana, u tajjeb bhala liturgisti li niftakru li ma ghandiex inkubnu horox mal-usanzi lokali sakemm huma within reason.
|
|
Guest
|
|
|
Reply To Guest
(Date Posted:07/14/2008 00:26 AM)
Reply to is_aimoo_guest (07/13/2008 09:50 AM)
L-origni tal-processjonijiet hija eqdem mill-processjonijiet beir-relikwiji. Fil-qedem il-processjonijiet kienu stazzjonali, minn post ghall-iehor, ez San Girgor. Dik hija vera processjoni u mhux minn post ghall-istess post. Pero` ma jfissirx li l-usanza maltija hija hazina, xejn affattu. Fil-Medju Evu dahlu l-processjonijiet bis-simulakru, xbiha jew relikwiji kif ukol dik bil-wisq imqaddes Sagrament. Li il- vara u r-relikwija jimxu hdejn xulxin hija usanza tajba, il-ghaliex iz-zewg oggetti huma punt fokali tad-devozzjoni. Li mbaghagd ir-relikwija ul-kleru jidhlu qabel il-vara ha jsir il-briju hija concessjoni ghan-natura umana, u tajjeb bhala liturgisti li niftakru li ma ghandiex inkubnu horox mal-usanzi lokali sakemm huma within reason. Grazzi ta' l-informazzjoni li tajtna, biex b'hekk inkunu nistghu nkomplu nithaddtu. Il-Briju li jsir quddiem il-vara ikun veru sabih, u hawnhekk nirranga ftit il-kelma briju (li sfortunatament sar ikollha konnotazzjonijiet negattivi) u nuza l-kelma ferh. Jien xorta wahda naqbel imma li r-relikwija ghandha tinzamm wara l-vara sad-dhul u qeghdin jonqsu bil-kbir dawk kollha li qed jordnaw lill-kappisti, lil dawk tal-lanterni u lil dak tar-relikwija biex jidhlu qabel il-vara.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Ir-Relikwija trid tibqa' wara l-istatwa fid-dhul !!!
(Date Posted:09/10/2008 08:33 AM)
Dan huwa punt tajjeb, imma wiehed irid iqis in-numru ta' nies li jingabru fuq iz-zuntier fid-dhul tal-vara. Hafna mill-pucissjonijiet taghna jispiccaw b' ghadd kbir ta' nies icapcpu fid-dhul u ma nahsibx li huwa lok li jkun hemm ir-relikwja u l-kappisti f' nofs dik il-folla. ghalhekk nemmen li dan huwa l-ajar mod kif ghandha tidhol lura fil-knisja ir-relikwja
|
| Support us |
Just click the links below and your donations will make a difference here. |
 |
|
|
Guest
|
|
|
Reply To Guest
(Date Posted:09/11/2008 01:11 AM)
Reply to is_aimoo_guest (09/10/2008 10:33 AM)
Dan huwa punt tajjeb, imma wiehed irid iqis in-numru ta' nies li jingabru fuq iz-zuntier fid-dhul tal-vara. Hafna mill-pucissjonijiet taghna jispiccaw b' ghadd kbir ta' nies icapcpu fid-dhul u ma nahsibx li huwa lok li jkun hemm ir-relikwja u l-kappisti f' nofs dik il-folla. ghalhekk nemmen li dan huwa l-ajar mod kif ghandha tidhol lura fil-knisja ir-relikwja
1. Alla hares fil-festi ma jkunx hemm folol ta' nies. 2. Dawn l-affarijiet ghalhekk qieghdin, biex jitgawdew min-nies, aktar ma jkun hemm nies aktar jaraw is-sbuhija kemm tal-Liturgija (purcissjoni taghmel parti ukoll mil-liturgija) u fl-istess hin in-nies ghal darba f'sena tkun tista tgawdi ftit mill-arti li jkun hemm fil-purcissjoni: kapep; paramenti sagri ohra, relikwarju etc... 3. Jekk qed tirreferi li huwa hazin li matul il-purcissjoni jkollok nies icapcpu u jifirhu fil-presenza tar-relikwija, jien personalment ma nahsibx li huwa la dnub u lanqas hazin sakemm il-ferh ikun ta' espressjoni devozzjonali. Fi ftit kliem m'hemm xejn hazin billi jkun hemm espressjonijiet ta' ferh quddiem il-vara fil-presenza tar-relikwija, sakemm dawn ikunu ta' dekor u ta' tifhir lil Alla u lill-qaddis. 4. Il-punt huwa u din irrudu nzommuha f'mohhna, li r-relikwija m'ghandhiex tigi traskurata u ghandha tinghata l-istess importanza daqs l-istatwa, kif suppost u originarjament kien isir minn missirijietna fil-bidu. Bhalma Gesu huwa ssimbolizzat f'diversi statwi, tinghata qima kbira lill-Ewkaristija, hekk l-istess ghandu jsir bix-xbihat tal-qaddisin taghna, fejn l-istatwa tinghata l-attenzjoni taghha imma r-relikwija tal-qaddis ghandha tibqa tigi venerata b'rispett kbir u ta' pari importanza daqs l-istatwa.
|
|
Guest
|
|
|
Reply To Guest
(Date Posted:09/14/2008 13:15 PM)
Reply to is_aimoo_guest (09/11/2008 03:11 AM) Reply to is_aimoo_guest (09/10/2008 10:33 AM)
Dan huwa punt tajjeb, imma wiehed irid iqis in-numru ta' nies li jingabru fuq iz-zuntier fid-dhul tal-vara. Hafna mill-pucissjonijiet taghna jispiccaw b' ghadd kbir ta' nies icapcpu fid-dhul u ma nahsibx li huwa lok li jkun hemm ir-relikwja u l-kappisti f' nofs dik il-folla. ghalhekk nemmen li dan huwa l-ajar mod kif ghandha tidhol lura fil-knisja ir-relikwja
Ma nahsibx li l-punt tieghi inftiehem sewwa. Jien la jiena kontra l-purcissjonijiet u wisq u wisq inqas kontra il-folol fil-festi. Wara kollox il-festi jsiru ghan-nies u dnub li wara tant xoghol matul is-sena in-nies ma taattendix. Dak li ridt nghid jien huwa li fil-folla li normalment ikun hemm fid-dhul tal-purcissjoni ftit li xejn taghmel sens li r-relikwarju jibqa' fuq iz-zuntier ghax l-attenzjoni ta' kulhadd tkun fuq il-vara. Kif ghidt sewwa int, ir-relikwija hija importanti daqs il-vara, imma n-nies fil-vara jkn mohha dak il-hin. Inti ktibt li r-relikwarju u l-kapep jistghu jitgawdew f' dak il-huin. Nassigurak li fil-folla ma jitgawda xejn. L-ahjar mod li jitgawdew il-kapep u l-apparat huwa li dak li jkun jippartecipa fil-funzjonijiet liturgici matul il-gimgha. Mill-banda l-ohra huwa dnub li xi parrocci lanqas f' dawn il-jiem ma juzaw l-apparat li ghandhom. Insomma ma rridx naqbad polemici, Din tar-relikwija tidholx qabel jew wara l-vara hija f' idejn il-kappillani u l-organizzaturi. Jien la jien kappilan u lanqas organizzatur, imma semplici nisrani li nhobb il-festi wkoll.