User Name  Password
Festi Interni
Title: Il-Kapep
Hop to: 
Views:727     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:08/26/2008 00:18 AM)

Jien dilettant kbir tal-Festi Interni u dan l-ahhar qieghed nisma li l-Isqof u specjalment dawk li hu mdawwar bihom qieghdin jinsistu li l-kapep jintlibsu mill-qassisin biss.  Jien ukoll nikkollezzjona diversi programmi u kotba tal-festi u ninnota diversi affarjiet.  Kemm tkun haga sabiha li kieku l-kapep jintlibsu mill-qassisin imma issa ghidli Monsinjur Isqof u intom li qieghdin ma djulu, kif tippretendu li l-kappisti jkunu qassisin meta minn dak li nara fil-kotba tal-festi lanqas c-celebranti m'ghadek issib, ghax kwazi kwazi hemm wiehed  dejjem hu kullimkien u miskin lanqas jaf kif se jlahhaq mal-festi li ghandu ahseb u ara kemm ser issibu kappisti qassin!!! Nahseb li xi hemm xi haga hazina hux.  Nahseb li l-attitudni lejn il-festi fis-seminarju kienet kemmxejn negattiva f'dawn l-ahhar snin, u x'tippretendi?  Kif tridhom jippartecipaw jekk kien hemm xi hadd li  tellghahom b'dak il-mod ta' minghalih bravu li hu!  Komplu oholmu ta, jew l-unika holma li ghandkom hija li tkissru l-festi u ngibu din id-djocesi 'American Style', qaddes biss u xxala kif hawn min diga` qed jaghmel?


Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/26/2008 06:43 AM)

Naqbel perfettament ma' dak li qal il-habib tieghi minkejja li ma nafux....

Hekk nixtieq... il-kappisti ghandhom ikunu qassisin.... imma jekk f'dik il-parrocca l-qassisin anke siegha quddiesa jaraw twila u jitilqu 'l barra f'nofsha... ghidli dawn Eccellenza kif ser jilbsulek il-kapep?! Jekk mhux ukoll li fit-Translazzjoni u fil-Purcissjoni johorgulek bl-alba qisha night dress, bicca cinglu ejja ha mmorru bla stola u bil-karkur jew sandli!!! Ghidli dawn, Eccellenza kif ser jilbsulek il-kapep?!

Qabel ma tinqata' linja li l-kappisti ghandhom ikunu biss il-qassisin, kif NEMMEN li ghandu jsir.... min jaf li kieku d-decizjoni tkun "Il-Kappisti ghandhom ikunu l-qassisin, imma JRIDU jilbsuhom il-qassisin" ghax jekk naqbdu u naqtghu lil-lajci milli jilbsu ta' kappisti, nahseb li l-kapep ser jibdew jibqghu fis-sagristija biex nigbdulhom ir-ritratti.

L-ahhar appell tieghi: hbieb ejja ninghaqdu u naraw kif norganizzaw ftit ruhna, u wara l-istagun tal-festi, nissuggerixxi li ghandha ssir laqgha u niddiskutu x'ghandu jsir... ma nistghux nibqghu ahna d-dilettanti dejjem naqilghu go fina!!! Xi haga jrid isir u b'mod immeddjat!! Naturalment, dak li jsir irid isir fil-paci ta!! Imma ma nistghux nibqghu dejjem kwieti, wara kollox meta jigbru ghal xi haga dejjem naghtu.... allura rridu nkunu nafu xi jsir bi flusna!!!
Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/27/2008 00:19 AM)

Suggeriment: Ghalfejn ma tinghaqdux f'grupp jew ghaqda u taghmlu laqgha sabiex tigbru dawn il-punti kollha li dehru s'issa f'dan il-forum halli mbaghad il-grupp jew l-ghaqda jipprezentaw dawn lill-Isqof?
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/27/2008 05:21 AM)

U min hu l-Isqof?  Minn vera qed imexxi?  Mons Pawl Cremona jew Alex Cordina u Anton Gouder?!?!?  Dawn il-laqghat huma kollha hela ta' hin ghax nisthajjilhom ilhna jghajtu fid-dezert.  Waqt il-laqgha hadd ma jmerik imma xorta jaghmlu fattihom.

Jien nissuggerixx li l-motto "Hejju t-Triq ghal-Mulej" jinbidel f'wiehed minn dawn - "U hwejgi qassmu bejniethom" jew "Aghmlu dak li jghidilkom HU"

Viva l-Arcisqof Gonzi!
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/27/2008 09:41 AM)

Prosit li qed nitkellmu fuq dawn l-affarjiet sagri. Certu ton dwar l-isqof ma jaghmilx gieh lill-argumenti li qed ingibu.
Jekk irridu l-Arcisqof u ta' madwaru johduna bis-serjeta` irridu noqoghodu attenti li dak li nghidu jkun studjat, intelligenti u kostruttiv.
Il-kapep jezistu ghal-liturgija u mhux biex izejnu. Dan punt importanti. Il-kappa hija abitu tas-Sacerdot, flimkien mal-pjaneta. Id-djaknu ghandu id-dalmatika u hemm it-tunicella ghal kruciferu u s-sud-djaknu. Dawn il-paramenti mhumiex ilbies ghal-lajci. Banda ohra fil-forum hemm min ikritika lajci ghax jilbsu il-kullar u -ruzetta u jippozaw bil-berettin f'idejhom u ta dan min ikkritika ghandu ragun! Imma mhux ugwalment hazin jekk lajci jilbsu l-kappi?
Il-Q T il-Papa issa ta' dritt li sacerdoti juzaw il-forma straordinarja tar-rit Ruman. Hemm xi lajci li ffirmaw ittra komuni jitolbu lill arcisqof li jiddedika knisja f'Malta ghal dan ir-rit. Din l-ittra taghti sahha lill-Arcisqof jekk ta' madwaru jmorru kontra l-volonta tal-Papa. Wiehed minnhom, b'nofs tbissima ta'tmaqdir, meta semmejtlu ilk-ghaliex f'Malta m'hawnx il-forma straordinarja wegibni: "Ghaliex il-lajci ma staqsewx ghaliha, ghalhekk m'hawnx bzonn pastorali."
Tajjeb hbieb li nithaddtu fuq il-kappi, izda mhux ahjar nibdew mill-qiegh. Sacerdoti jqaddsu r-rit starordinarji hawn min irid, izda rridu ntuhom daqqa t' id. Wiehed sacerdot novell libes il-berittin ghall-prima messa (Bravu!) izda malajr ircieva ittra minn fuq tghidlu joqghod attent x'simboli qed juza. Ejjew nibdew mill-0qiegh sabiex nedifikaw u nedukaw kultura liturgika xierqa f' dan il-pajjiz taghna.
Nittama li ma nikkit lil hadd, mhux l-intenzjoni tieghi.
Guest



Nikkundannaw kull qtil ta' tradizzjonijiet
(Date Posted:08/28/2008 08:59 AM)

Jien nahseb li l-Maltin dilettanti tal-festi huma 2: dawk ta' gewwa u dawk ta' barra.  Awtomatikamen tmeta nitkellmu fuq il-festi, quddiem ghajnejna tigina stampa. tal-marci, tal-briju, tan-nar, ta' l-armar, u ta' l-istatwa hierga mill-knisja.  Din il-haga mill-ewwel tpoggi fi zvantagg lilna u lil dan il-qassam tal-Festi li jsiru gewwa.  Nahseb li f'dan il-forum diga hargu punti validi u veru interessanti:

1.  Kif perezempju ma jezistix forma ta' taghlim dwar dak kollu li jigri l-knisja, kemm fil-festa Titulari u anke kif tahdem il-knisja matul is-sena.  Perezempju kif jezistu nies intelligenti u jhobbu jmorru l-knisja u jidhlu fi prayer groups u kummissjonijiet pastorali u mbaghad ma jkunux jafu x'innhi quddiesa tridentina jew metodi u apparat li jituza fil-knejjes jew ma jkunux jafu jaghmlu distinzjoni bejn ghasar u koncelebrazzjoni solenni.  Cert li jekk in-nies ma tigix edukata, ma nistghu qatt nippretendu li n-nies tigi l-knisja u thalli il-kliem t'Alla jmissilha qalbha?  Ghalhekk qed nesigu li hemm bzonn ta' aktar edukazzjoni f'dan il-qasam.

2.  Qed nuru disapprovazzjoni u stmerrija lejn kull min huwa f'kariga importnati u qieghed b'xi mod inessi, joqtol fis-skiet tradizzjonijiet li qeghdin f'demm il-Maltin, tradizzjonijiet sagri, jew aktar minn tradizzjonijiet nuza l-kelma DMIRIJIET SAGRI.  Dejjem sostnew li huma mhumiex kontra l-festi, anzi favurihom imma certu regoli u certu ordnijiet li (ovvjament) jirrigwardjaw il-festi Interni qed juru bic-car li l-intenzjoni hija dik li nnaqqsu mill-festi li jsiru gewwa u naghmluhom hafna hafna aktar moderni u ta' malajr.  Bir-rispett kollu lejn in-nies ta' Marsaskala perezempju li minn hawn nawguralhom ghall-kappillan il-gdid li se jkollhom, bir-rispett kollu ta' dik tghidilha festa ta' gewwa?  Jekk il-festi kollha jigu ccelebrati b'dak il-mod, nistghu nghidu addio caw ghal kollox.  U l-mistoqsija tigi wahedha:  X'jista jsir biex lil dawn in-nies prominenti nuruwhom li ahna mhux qed naqblu mad-decizjonijiet li ghandhom fuq l-AGENDA MOHBIJA  taghhom?  Jekk joghgobkom, aghtu l-opinjonijiet taghkom.

Fil-messagg li nkiteb qabel dan tieghi, qisni qrajt fuq 2 affarijiet:  l-istorja dwar dak il-qassis u t-tieni haga dwar il-quddiesa tridentina.  Jien nahseb li naf min hu dak il-qassis u minn hawn nawguralu kull success, u nghidlu biex jibqa' jzomm mat-tradizzjonijiet tal-knisja u jkun lest li jzomm bilance bejn id-dinja tal-lum u t-tradizzjoni tal-knisja.  Il-modern inhalluh jidhol imma li l-modern jiehu post il-liturgija sabiha u antika ta' missirijetna dik le.  Iz-zghazagh ghandhom dritt jitghallmu, ghandhom dritt japprezzaw, ghandhom dritt jifhmu li dak huwa wirt missierijietna u jrid jibqa jigi preservat kif inhu.  Ghax jekk le, allura ghiduli ma kienx ikun ahjar li kieku minflok Tarxien Temples jew l-Imnajdra nibnu binja appartamenti?  Imma le hux, ghax l-iskola ghallmuna li dawk huma hwejjeg imprezzabbli, huma l-affarijiet li jfakkruna f'missirijietna.  Issa fuq it-tradizzjonijiet tal-knisja x'se naghmlu?  Se nnehhuhom bhal dawk li xtaqu li minflok it-Tempji Neolitici nibnu blokka appartamenti?  Huwa fatt kif diga accennajt aktar 'il fuq, li hemm bzonn ta' edukazzjoni.  Bhalma ghallmuna dwar it-tezori arkeologici nahseb li hemm bzonn min lit-tfal taghna jghallimhom dwar ir-rikezzi u dwar kif dawn huma maghgunin haga wahda ma' dak li hu spiritwali, mar-religjon u mal-fidi taghna.  U nerga naqa ghal dak li ghidt qabel: hemm bzonn ta' aktar edukazzjoni, biex uliedna japprezzaw, jifhmu u jaghmlu relazzjoni bejn wirt missirijietna u t-tifsira tal-kelma t'Alla.

Jiddispjacni hafna li rajt kif membru prominenti tal-knisja seta` qal jew widdeb lil qassis novell biex jevita certu simboli, u nehodha aktar bi kbira u b'mod aktar serju jekk dan ghamel hekk bil-miktub.  Hu x'inhu jidher car li hemm uhud li dawn l-affarijiet ma joghgbuhomx, certu tradizzjonijiet, certu storja, certu drawwiet sagri li mhumiex fil-pjanijiet taghhom.  Ma jfissirx li dawn is-simboli huma kontra l-knisja anzi l-papa stess qed jerga jaddotta certu simbolu u kemm il-darba pronunzja ruhu dwar il-knisja li ghandha terga tmur ghall-gheruq taghha.  Jien nahseb li issa l-poplu Malti qieghed jiddejjaq jara kif bhal meta l-Francizi gew Malta u serqu kemm felhu mill-knejjes, issa l-poplu qieghed jissorprendi ruhu kif certu nies ta' awtorita` qieghdin jisirqulhom u jmewtulhom tradizzjonijet u drawwiet sagri, naturalment bil-komplicita' ta' nuqqas ta' taghlim u taghrif moghti lin-nies.  Aktar ma nnessu n-nies u aktar ma nzommu n-nies fl-ghama aktar ikollna c-cans li mmexxu l-affarijiet kif irridu ahna.  Stramba imma dik hija l-verita`.

Ha nitkellem issa fuq dak li qal dwar il-quddiesa Tridentina.  Sehibna qal li f'dawn ic-cirkostanzi jezistu prioritajiet, u ghalkemm semma l-kappi qal u emfasizza li l-kwistjoni tal-Quddiesa Tridentina hika aktar importanti.  Fil-verita din veru.  Il-quddiesa Tridentina hija ta' importnaza kbira.  Nahseb m'hawnx post madwar l-Ewropa li ghadu m'ghamilhiex hlief Malta, ahna li niftahru li ahna nies Kattolici kbar.  Jekk ir-risposti li qed jinghataw lura huma veru, u jidhirli li tali risposti gew irrapurtati anke fuq artikli fuq il-gazzetti, nahseb mela li allura qed ikun hawn min qieghed jiskarta dan il-kliem u l-Motu Proprio li ghadu kif hareg il-Papa ftit ilu.  Din hija xi haga negattiva hafna li tixhet dawl serju fuq certu tmexxija.

Jien nixtieq naghmel kuragg lid-diversi nies, fosthom in-numu kbir ta' zghazagh li ghandhom imhabba lejn dawn l-affarijiet, biex jibqghu b'dan l-interess.  Ahna qed nuru bic-car li tezisti kategorija ta' nies li l-Festa ghalihom hija kemm ta' barra imma ferm aktar ta' gewwa, kif suppost u kif ghandu jkun.  Ahna qed nuru li ghandna interess f'dawn l-affarijiet u qed nuru bic-car li ahna interessati u nikkundannaw kull agir kull inizzjattiva u kull hsieb li jista' jkun hawn biex inmewwtu tradizzjonijiet misirijetna.  Dan nhuwiex sew.  Hemm bzonn ta' aktar edukazzjoni, hemm bzonn ta' aktar serjeta` mn-naha ta' l-awtoritajiet u hemm bzonn li certu manuvri bl-ghan li jkissru kollox jieqfu ghax nies li jhobbu dawn l-affarijiet jezistu tassew u issa kulhadd qieghed jiddejjaq b'certu attitudni.
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/28/2008 09:36 AM)

Jien naqbel li l-kant u l-quddies jibqghu jsiru bil-Malti ghax dik hija lingwa li ghaddewlna missirijietna u ta' min jkun kburi biha. Ghandna xorti li ghandna l-lingwa taghna!!! Ifhem jezistu cirkustanzi li ghandu jkun hemm xi kant bil-latin specjalment fl-eqqel tal-festa pero zgur mhux matul is-sena ghax jien l-ewwel wiehed li ma mmurx ghax ma nifhem xejn. Il-knisja taf x'inhi taghmel specjalment ghalina z-zghazagh, trid timmodernizza ghax trid timxi maz-zmien u anki taf li l-Knisja ma jaghmluwiex l-qassisin biss imma kull persuna li tattendi ghall-funzjonijiet li jsiru. Nahseb li taghmel xi passi lejn il-passat xejn ma jawgura tajjeb ghall-attendenza tan-nies specjalment ghal hafna zghazagh.
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:08/28/2008 11:54 AM)

Reply to is_aimoo_guest (08/28/2008 11:36 AM)

Jien naqbel li l-kant u l-quddies jibqghu jsiru bil-Malti ghax dik hija lingwa li ghaddewlna missirijietna u ta' min jkun kburi biha. Ghandna xorti li ghandna l-lingwa taghna!!! Ifhem jezistu cirkustanzi li ghandu jkun hemm xi kant bil-latin specjalment fl-eqqel tal-festa pero zgur mhux matul is-sena ghax jien l-ewwel wiehed li ma mmurx ghax ma nifhem xejn. Il-knisja taf x'inhi taghmel specjalment ghalina z-zghazagh, trid timmodernizza ghax trid timxi maz-zmien u anki taf li l-Knisja ma jaghmluwiex l-qassisin biss imma kull persuna li tattendi ghall-funzjonijiet li jsiru. Nahseb li taghmel xi passi lejn il-passat xejn ma jawgura tajjeb ghall-attendenza tan-nies specjalment ghal hafna zghazagh.


L-argument tieghek tal-Malti m'ghandu x'jaqsam xejn, l-ewwel nett jien l-Malti nhobbu bhalek u studjajtu u bqajt nistudjah.  Pero' ahna mhux fuq hekk qed nitkellmu.  Ahna qeghdin nitkellmu fuq funzjonijiet religjuzi hawn, mhux fuq skola.  Darba kien hemm wiehed u qal 'kemm tkun haga sabiha kieku kull persuna jkun imqar jaf il-versi normali tal-quddiesa u tmur fejn tmur fid-dinja, tidhol f'liema knisja tidhol tkun tista' tifhem u tippartecipa fil-quddiesa.  Jigifieri bhalma inti kburi u inti Malti u bil-lingwa Maltija, (kif hekk ghandu jkun) tajjeb li wiehed jifhem li l-lingwa tal-knisja tibqa dejjem il-Latin u li kieku nkunu nafu nutilizzawha sew, ghandha mnejn tkun lingwa li tghaqqad il-Kattolici flimkien.  Immagina ftit, jekk jigi Taljan u jisma quddies hawn Malta, ma jkunx jista' jifhem hux.  Li kieku kulhadd kien mghallem mill-bidu l-ftit versi tal-quddies bil-latin kieku kulhadd kien jippartecipa, imma issa li tlajna hekk qed nimmisjaw hafna affarijiet hux.  Insomma ha nerga ghal dak l-argument; jien naqbel mieghek perfettament li matul is-sena l-affarijiet isitu bil-malti heq mela, pero fil-festa ghandu jkunu hemm funzjonijiet li jibqghu bis-sistema tradizzjonali.  Min hu interessat jattendi u min sfortunatament mhuwiex jista' dejjem jattendi xi quddiesa minn dawn il-letti normali.

Tajjeb li niprecizaw li ahna m'ahniex kontra l-izvillup modern.  anzi nemmnu li l-approach ghandu dejjem ikun indirizzat skond iz-zmien, pero noqoghdu attenti fuq din ghax il-Papa li ghandna tkellem hafna drabi fuq muzika improprja waqt il-quddies.  Iva ahna wkoll favur certu modernizzazzjoni, imma li l-modern jiehu post il-qadim, jew li naqdu lil min hu modern u ncahdu lil min irid il-forma tradizzjonali, dik le, dik mhijiex accettabbli.  U lanqas ahna favur li l-modern jiehu post it-tradizzjonali.  Ghandu jkun hemm hin ghal dak li jappella ghall-modern u dak li huwa tradizzjonali.

Ma ndahhluhiex f'rasna wkoll li z-zghazagh iridu l-modern biss.  Jekk tahsbu li z-zghazagh iridu l-modern biss sejrin zball.  Il-maggoranza li jridu lura l-forma tradizzjonali huma zghazagh.  Hag'ohra hija li min ihobb it-tradizzjonali ma jfossirx li jobghod il-modern.  Meta nghid modern inkun qed nirreferi kemm ghat-tip ta' muzika li tindaqq kif ukoll ghall-mod kif tigi indirizzata l-quddies.  Hag'ohra li rridu nifhmu hija li l-istil modern m'ghandux solennita` fiha.  L-approach modern huwa lixx hafna, issir il-quddies u daqshekk.  L-istil tradizzjonali huwa aktar solenni, aktar pompuz u AKTAR SAGRU U MEDITATTIV.  Nerga nghidlek li hemm hafna zghazagh li jridu jergghu jaraw il-forma tradizzjonali u li min ihobb it-tradizzjonali mhux bilfors jobghod il-modern !!!  Mhux dik il-kwistjoni.

Hag'ohra li xtaqt nghid hija li ghalkemm il-knisja dan l-ahhar saret aktar permissiva fil-Liturgija xorta wahda nahseb li ghandha zzomm il-libsa u l-kodici taghha.  Meta konna mmorru l-iskola kulhadd kien jaf kif ghandu jgib ruhu:  joghgbok jew ma joghgbokx xoghlok ikun li tobdi, tiehdu pjacir bit-taghlim u tahdem halli tikseb rizultat.  Kull post ghandu struttura.  Nahseb li kieku NISSAPORTU FTIT U NAPPREZZAW x'ikun qed jigri fil-knisja malajr nidhlu fl-istruttura proprja tal-knisja.  Imma kif qal xi hadd jekk ma jkunx hemm taghlim li jispjega x'ikun qed jigri ezattament fil-knisja din se tkun difficli hux.

Naqbel mieghek perfettament meta tghid li l-knisja mhijiex sacerdoti biss imma lajci wkoll.  Ma nqabilx mieghek meta tghid 'passi lejn il-passat',  il-ghaliex il-forma tradizzjonali ma tistax tghidilha passat.  Jigifieri l-Papa qed jaghmel hazin li qed jheggeg lilna nuzaw il-latin u nippratikaw il-quddiesa Tridentina?  Hawn Malta sfortunatament hekk qed ibellghuhielna.  Taf x'nghidlek, li fl-Amerka, l-aktar post modernizzat fid-dinja wkoll issib qassisin li jqaddsu fil-forma tradizzjonali u hawn Malta qed naghmluha bi tqila apposta !!!  Dan stess tista' tarah minn diversi blogs li jezistu fuq l-internet.

Nahseb li rridu nevitaw il-konfront bejn modern u tradizzjonali.  Nahseb li ahna stess naghmlu hazin nuzaw il-kliem modern u tradizzjonali.  Il-knisja taghmel sew taddatta ruhha ghan-nies imma m'ghandhiex tabbanduna l-forma tradizzjonali, li wara kollox HIJA L-FORMA PROPRJA TAGHHA.
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/29/2008 00:12 AM)

Mistoqsija: Ghall-festa biss ghandu jkunu hemm funzjonijiet li jibqghu bis-sistema tradizzjonali jew ghandu jkun hemm dawn ukoll waqt quddies solenni iehor bhal dak tal-Milied, l-Ghid, Corpus?
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/29/2008 02:27 AM)

Ghandna bzonn dixxiplina kbira! Hemm bzonn nixtru sawt lil Arcisqof biex forsi jibda jrazzan il-kleru mhawwad li ghandu!

Huwa minnu li ma tistax titfa l kulhadd f keffa wahda izda kulhadd ghajnejh f wiccu u it telqa grassa li hemm fil kleru Malti tidher u tinxtamm minn mili il boghod!

Tajba din mela lis-seminaristi ma hellewomx jilbsu iktar ta kappisti ghax qalu ma jistghux! Meta sa zmien il-koncilju is-seminaristi li kienu jaghmlu servizz ma l-Isqof dejjem kienu jilbsuwa. Imma m'hemmx x taghmel Malta zammewhom milli jilbsu (aktarx biex ibeduwom mill-festi kif ghamlu bid djakni, jordnawom f Ottubru biex ma jilbsux tunicelli fis-sajf fil festi!)

Mela s-seminaristi ma hallewomx l qassisin msieken ibatu bil fwawar u hadd ma jrid jilbes kappa, mela x naghmlu insibu 4 boloh tihom xi haga u nlibsuwom kappa!

U l-purcissjoni gibnija peagant, play u recta, sfilata ta kappep . qisu bhal meta jamlu xi re enectment ta zmien il kavallieri jew francizi!

Hemm bzonn inqumu ftit min nghas kbir li hakimna u naraw xse naghmlu! Qum Knisja Maltija qum qabel tghereq id daghjsa u tibqa nizla bla tinduna!


Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/29/2008 05:09 AM)

X'fiha hazin billi s-solenitajjiet l-ohra bhal Milied, Corpus, l-Ghid, il-Konsagrazzjoni tal-Knisja, Ghid il-Hamsi apparti l-festi titulari ikunu ccelebrati bis-serjeta? Mela xi tridu tisimghu kocc kitarri u Nersaq Lejn l-Artal jew Dan huwa l-Jum?  Darba minnhom smajt kanzunetta waqt it-Tqarbin (ghax qas jixraq isejhilha innu relgijuz) bi kliem religjuz kantat fuq diska kummercjali.  Tafu x'inhi id-diska originiali? "On Top of Old Smokey"!!!!!  Din il-muzika intuzat ghall-kliem ta' innu relgijuz.  U nghidilkhm fejn smajtha ukoll -  fir-Rotunda tal-Mosta kantata mill-kor tal-bniet.  Allura dan sew?

Dan ma jimpurtax li ahna d-dilettant(Jew ahjar in-nies ta' l-affari taghhom u serji li hafna minnhom huma zghazagh ta)  naghmlu sena shiha nissapportu dan il-qziezati?  Ghajb ghax forsi fi tmint igranet mit 365 li fiha s-sena nisimghu xi haga serja?  S'hawnhekk twassal l-intolleranza ta' dawk li halfu jeqirdu il-ftit tradizzjonijiet li ghandna nduqu?

Biex imbghad ma nsemmuz l-affarijiet l-ohra fosthom l-ilbies tal-qassisin hafna minnhom johorgu jqarbnu (sakemm ma jitilghux il-ministri straordinarji!) bl-alba minghajr ic-cinglu tisthajjilhom bin-night dress.

Insomma f'kelma wahda kulhadd jaqta' ghad-dritt.  L-unika konsolazzjoni hi meta nara l-papa jew immur infittex is-serjeta f'postijiet esteri.
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/29/2008 11:06 AM)

Mela qabel meta kienet issir xi quddies bil kitarri konna insejhula quddies b differenza, ghaz zghazagh u illum trid taghmel wedgha biex tisma orgni jdoqq:

Judica me, Deus, et discerne causam meam de gente non sancta : ab homine iniquo et doloso erue me.
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/29/2008 11:52 AM)

Fir-rivelazonijiet ta St. katerina Emmerich dwar il-Passjoni ta Gesu, naraw kif x hin Kristu kien fil-gnien taz-zebbug kien qed jigi imgarrab mix xitan u insibu hekk: (minn hu interessat li jaqra dan il ktieb jista jnizlu minn: http://www.gutenberg.org/etext/10866)


"It was made known to me that these apparitions were all those
persons who in divers ways insult and outrage Jesus, really and truly
present in the Holy Sacrament. I recognised among them all those who in
any way profane the Blessed Eucharist. I beheld with horror all the
outrages thus offered to our Lord, whether by neglect, irreverence, and
omission of what was due to him; by open contempt, abuse, and the most
awful sacrileges; by the worship of worldly idols; by spiritual
darkness and false knowledge; or, finally, by error, incredulity,
fanaticism, hatred, and open persecution. Among these men I saw many
who were blind, paralysed, deaf, and dumb, and even children;--blind men
who would not see the truth; paralytic men who would not advance,
according to its directions, on the road leading to eternal live; deaf
men who refused to listen to its warnings and threats; dumb men who
would never use their voices in its defence; and, finally, children who
were led astray by following parents and teachers filled with the love
of the world and forgetfulness of God, who were fed on earthly
luxuries, drunk with false wisdom, and loathing all that pertained to
religion. Among the latter, the sight of whom grieved me especially,
because Jesus so loved children, I saw many irreverent, ill-behaved
acolytes, who did not honour our Lord in the holy ceremonies in which
they took a part. I beheld with terror that many priests, some of whom
even fancied themselves full of faith and piety, also outraged Jesus in
the Adorable Sacrament. I saw many who believed and taught the doctrine
of the Real Presence, but did not sufficiently take it to heart, for
they forgot and neglected the palace, throne, and seat of the Living
God, that is to say, the church, the altar, the tabernacle, the
chalice, the monstrance, the vases and ornaments; in one word, all that
is used in his worship, or to adorn his house.

Entire neglect reigned everywhere, all things were left to moulder
away in dust and filth, and the worship of God was, if not inwardly
profaned, at least outwardly dishonoured. Nor did this arise from real
poverty, but from indifference, sloth, preoccupation of mind about vain
earthly concerns, and often also from egotism and spiritual death; for
I saw neglect of this kind in churches the pastors and congregations of
which were rich, or at east tolerably well off. I saw many others in
which worldly, tasteless, unsuitable ornaments had replaced the
magnificent adornments of a more pious age.

I saw that often the poorest of men were better lodged in their
cottages than the Master of heaven and earth in his churches. Ah, how
deeply did the inhospitality of men grieve Jesus, who had given himself
to them to be their Food! Truly, there is no need to be rich in order
to receive him who rewards a hundredfold the glass of cold water given
to the thirsty; but how shameful is not our conduct when in giving
drink to the Divine Lord, who thirst for our souls, we give him
corrupted water in a filthy glass! In consequence of all this neglect,
I saw the weak scandalised, the Adorable Sacrament profaned, the
churches deserted, and the priests despised. This state of impurity and
negligence extended even to the souls of the faithful, who left the
tabernacle of their hearts unprepared and uncleansed when Jesus was
about to enter them, exactly the same as they left his tabernacle on
the altar.

Were I to speak for an entire year, I would never detail all the
insults offered to Jesus in the Adorable Sacrament which were made
known to me in this way. I saw their authors assault Jesus in bands,
and strike him with different arms, corresponding to their various
offences. I saw irreverent Christians of all ages, careless or
sacrilegious priests, crowds of tepid and unworthy communicants, wicked
soldiers profaning the sacred vessels, and servants of the devil making
use of the Holy Eucharist in the frightful mysteries of hellish
worship. Among these bands I saw a great number of theologians, who had
been drawn into heresy by their sins, attacking Jesus in the Holy
Sacrament of his Church, and snatching out of his Heart, by their
seductive words and promises, a number of souls for whom he had shed
his blood. Ah! it was indeed an awful sight, for I saw the Church as
the body of Christ; and all these bands of men, who were separating
themselves from the Church, mangled and tore off whole pieces of his
living flesh. Alas! he looked at them in the most touching manner, and
lamented that they should thus cause their own eternal loss. He had
given his own divine Self to us for our Food in the Holy Sacrament, in
order to unite in one body--that of the Church, his Spouse--men who were to
an infinite extent divided and separated from each other; and now he
beheld himself torn and rent in twain in that very body; for his
principal work of love, the Holy Communion, in which men should have
been made wholly one, was become, by the malice of false teachers, the
subject of separation. I beheld whole nations thus snatched out of his
bosom, and deprived of any participation in the treasure of graces left
to the Church. Finally, I saw all who were separated from the Church
plunged into the depths of infidelity, superstition, heresy, and false
worldly philosophy; and they gave vent to their fierce rage by joining
together in large bodies to attack the Church, being urged on by the
serpent which was disporting itself in the midst of them. Alas! it was
as though Jesus himself had been torn in a thousand pieces!"
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/29/2008 12:50 PM)

Il-ghaliex ma nissugerux knisja u quddiesa u data fejn il-membri ta dan il-forum jistghu jiltaqghu u ta' l-anqas isiru jafu lil xulxin. Imbghad nimxu min hemm. Imma hemm bzonn li naghmlu xi haga u mhux inparlaw biss!
Guest



Il-Festi Esterni id f'id mal-Festi Interni
(Date Posted:08/30/2008 04:21 AM)

X'tahsbu li kieku l-marci ta' nofs in-nhar li tradizjonalment f'hafna rhula jsiru nhar il-festa fil-ghodu jibdew jsiru lejlet il-festa fil-ghodu biex b'hekk nhar il-festa jithalla ghall-quddiesa solenni tal-festa u il-purcissjoni. B'hekk hadd ma jkun imdamdam jew jibqa' rieqed imma kulhadd jippartecipa bi hgaru ghall-funzjonijiet tal-knisja. B'hekk dik il-gurnata tkun ta' riflessjoni halli dak li jkun jqerr u jitqarben. Naf li diga' hawn irhula li jaghmlu dan pero li kieku tigi regola generali ghall-festi kollha mhux ahjar. Nahseb ghaliha din tkun aktar gurnata solenni f'gieh il-qaddisin.
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:08/30/2008 09:16 AM)

Reply to is_aimoo_guest (08/29/2008 14:50 PM)

Il-ghaliex ma nissugerux knisja u quddiesa u data fejn il-membri ta dan il-forum jistghu jiltaqghu u ta' l-anqas isiru jafu lil xulxin. Imbghad nimxu min hemm. Imma hemm bzonn li naghmlu xi haga u mhux inparlaw biss!

NAQBEL, u niehu se l-inizjattiva u nissugerixi li niltaqaw:

IL-HADD 28 TA SETTEMBRU, WARA IL-QUDDIESA TAD-9.15 LI ISSIR FIL-KON-KATIDRAL TA SAN GWANN IL-BELT VALLETTA, fuq iz-zuntier.

Il-belt post centrali li jista jilhqu kulhadd facilment, dak inhar ma jidirlix li hawn festi, il-quddiesa tad-9.15 tkun kantata bil-latin (Novus Ordo), jekk hu possibli nissugerixxi lil administrator tal-forum jaghmel banner bid-data fil homepage
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:08/30/2008 12:08 PM)

Reply to is_aimoo_guest (08/30/2008 11:16 AM)

Reply to is_aimoo_guest (08/29/2008 14:50 PM)

Il-ghaliex ma nissugerux knisja u quddiesa u data fejn il-membri ta dan il-forum jistghu jiltaqghu u ta' l-anqas isiru jafu lil xulxin. Imbghad nimxu min hemm. Imma hemm bzonn li naghmlu xi haga u mhux inparlaw biss!

NAQBEL, u niehu se l-inizjattiva u nissugerixi li niltaqaw:

IL-HADD 28 TA SETTEMBRU, WARA IL-QUDDIESA TAD-9.15 LI ISSIR FIL-KON-KATIDRAL TA SAN GWANN IL-BELT VALLETTA, fuq iz-zuntier.

Il-belt post centrali li jista jilhqu kulhadd facilment, dak inhar ma jidirlix li hawn festi, il-quddiesa tad-9.15 tkun kantata bil-latin (Novus Ordo), jekk hu possibli nissugerixxi lil administrator tal-forum jaghmel banner bid-data fil homepage


L-Intenzjoni primarja ta' dan il-Forum kienet li tqajjem kuxjenza u interess mhux biss fil-festi li jsiru barra imma anke fil-festi li jsiru gewwa.  Dan il-bzonn qam ghax hafna minnha qed ihossu li l-festi ta' gewwa qed jigu abbandunati u anke traskurati.  Nafu wkoll li dan kollu jaghti wkoll indikazzjoni cara tas-sitwazzjoni generali tal-knisja mhux matul il-festa biss imma matul is-sena kollha.

Il-laqgha li ser taghmlu tista tkun ta' gid imma jekk ma ssirx bis-serjeta` tkun ta' hsara.  Jien, iva, ninkorragikom taghmlu din il-laqgha u tiffurmaw forma ta' rapprezentazzjoni.  Pero` nahseb li qabel ma wiehed jaghmel laqghat bhal dawn l-ahjar haga tkun li forsi qabel tikkuntattjaw lil xulxin anke bis-sahha ta' e-mails.  Qed nghid hekk ghax jekk ghal-laqgha tkunu hafna taghmlu kuragg imma jekk ghal-laqgha ma jitfacca hadd kulhadd jispicca demoralizzat.  U kif ghidtilkom, dan il-Forum se jkompli jhares l-ghanijiet tieghu u jaghmlilkom kuragg imma, biss irridu naghmlu kollox pass pass u nzommu saqajna ma' l-art.  Kif ghidtilkom, nahseb l-ahjar haga tkun dik li wiehed jibda jintroduci lilu nnifsu, u mbaghad forsi wiehed ikun jista' jghaddi l-e-mail ta' xulxin.  Nahseb li f'dan il-Forum hawn diversi nies ta' valur u nahseb li fil-qiegh ta' kollox ahna qieghdin nahdmu ghal raguni valida u sinciera.  Pero hbieb ma nghagglux.  Nimxu bil-mod billi kull wiehed jintroduci lilu nnifsu u npartu l-kuntatti taghna.  Nafu kemm huma difficli llum l-affarijiet.  Naghmel appell ukoll, li jekk hawn bniedem ta' certu posizzjoni li jahseb li jista' jghinna f'dan il-qasam, fejn naf jien, kemm tkun sabiha kieku forsi xi sacerdot jiehu hsieb kemm lilna f'dan id-delizzju sagru u kemm lilna spiritwalment, niehdu pjacir hafna bih.  Mhux neccesarjament sacerdot, imma sacerdoti zghazgah li jhobbu dawn l-affarjiet sagri u liturgici insibu zgur.  Nahseb li minn dawn l-affarjiet irridu nibdew hbieb.  Dejjem naghmlilkom invit biex kulhadd izomm il-prudenza personali tieghu, nibdew billi kull wiehed jintroduci lilu nnifsu u naqsmu l-kuntatti taghna (msn, yahoo, skype, rcq) etc... u jekk hemm xi sacerdot li jixtieq jiehu hsiebna, lilna li ahna zghazagh dilettanti u jghinna spiritwalment, din tista tkun ta' gid hafna ghalina lkoll.  Grazzi u tislijiet.
 
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:08/31/2008 08:33 AM)

Jien ukoll naqbel li hemm bzonn nibdew. Ghalfejn dan il-hafna attenzjoni qisna qed naghmlu kutrabandu? Anke jekk inkunu hamsa biz-zejjed biex nibdew. Dwar sacerdoti ibqa` cert li jinstabu iktar minn wiehed biex jiehdu hsieb liturgisti u delettanti imma rridu ntuhom palata...Jiena ser inkun San Gwann lejlet San Mikiel ghal quddiesa kantata u wara fuq iz-zuntier! Jekk inkun wahdi niktbilkhom.
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/03/2008 04:59 AM)

Jien inkun prezenti wkoll :))) Fejn hemm l-ghaqda hemm is-sahha u ejja ninghaqdu flimkien biex:

Flimkien f'hajjitna ghalenija
Infahhru 'l Alla bil-Liturgija!

Ejja imma ma ninfexxux fl-attakki.... nikkritikaw iva fejn ghanna imma mhux bil-personali.... b'hekk niksbu dekor u serjeta`.... ix-xoghol komplimentari tieghi hu ta' gurnalista, u jekk jirnexxilna niehdu l-gazaza flimkien, nikbru u niffjorixxu.... ma naqtghux qalbna... inwieghed l-ghajnuna tieghi fuq il-medja li nahdem maghha! Kull min jista' jghin, jghin!
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/04/2008 07:12 AM)

Kif se nintgharfu? Minflokk fuq iz-zuntier ta` San Gwann peress li jkun hemm xeba nies, mhux ahjar niltaqghu quddiem il-funtana li hemm fil-genb tal-Kon-Kattedral qabel ma ddur ghal Triq Merkanti? Din hija biss ideja?
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/04/2008 08:21 AM)

nistghu dejjem nilbsu ruzetta jew ingorru berettin! Qabel ma tikluni, din cajta!
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/04/2008 23:59 PM)

Tajba siehbi.......
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/09/2008 04:05 AM)

hallik mir-ruzetta jew berittin ma mmorrux naqilghu xi skomunika hehe :))) forsi nilbsu xi maniplu jew xi rukkett... inkella kif qed issir moda xi stola semplici fuq pjaneta li sfaret biz-zmien :))
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/09/2008 04:06 AM)

sry ridt nghid alba :))
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/11/2008 06:27 AM)

 Fil-Gens ta' Nhar il-gimgha 5 ta' Settembru kien hemm ittra dwar dan l-argument. X' tahsbu?
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:09/24/2008 09:47 AM)

Reply to is_aimoo_guest (09/11/2008 08:27 AM)

 Fil-Gens ta' Nhar il-gimgha 5 ta' Settembru kien hemm ittra dwar dan l-argument. X' tahsbu?

TISTA JEKK JOGHGBOK IGGIB L-ITTRA LI NTBAGHTET FUQ DAN IL-FORUM BILLI TIKKUPJAHA JEW ITTELLAGHHA IMAGE, PERESS LI MHUX KULHADD RAHA U GHALHEKK INKUNU NISTGHU NITKELLMU APERTAMENT FUQHA.
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/24/2008 09:51 AM)

Jien nahseb li hi x'inhi r-raguni, il-verita` hija wahda.  Tajjeb, jien ukoll naqbel li l-kapep ghnadhom jintlibsu mill-qassisin imma issa l-Isqof u l-Kurja jridu jwieghduna wahda.  Li l-kapep iridu jibqghu johorgu anke jekk ma jinstabux qassisin.  Ghax Monsinjur Arcisqof irid jispjegalna kif illum ghall-festi lanqas ghadek issib qassisin biex jilbsulek il-kapep u addirituta lanqas biex iqaddsu fil-festa.  Tafu x'intom tghidu jew?  Ahna ahna jew m'ahniex.  Mela le, nahseb li kull parrocca tkun lesta li taghti d-dritta lill-qassisin l-ewwel li jilbsu l-kappa, pero` Monsinjur Arcisqof u l-ohrajn iridu jwieghduna li jinstabu jew ma jinstabux qassisin, il-kapep iridu johorgu xorta wahda.  Nispera li ftehemna.

Guest



RE:Il-Kapep
(Date Posted:09/28/2008 15:18 PM)

fejn kienu d-dilettanti fil-laqgha ta' dalghodu? Siehbi u jien konna hemm.... intom fejn kontu?? Nittama li naghmlu laqgha ohra u nattendu!! Ejjew ma npaxxux lil min ma jridx jara front wiehed u maghqud.... ahna lesti!

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

www.dinodirect.com!!!You won't find anywhere else more than 80% off.
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.