User Name  Password
Festi Interni
Title: TAL-MISTHIJA DAK LI QED JIGRI F'GHAWDEX
Hop to: 
Views:604     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:08/20/2008 04:28 AM)

L-Isqof ta' Ghawdex, biex jikkalma s-sitwazzjoni tal-parrokkjalizmu li kien hemm fir-Rabat bejn il-Knejjes (mhux biss il-kazini!) ta' San Gorg u l-Kattidral, f'Settembru li ghadda, nehha z-zewg arciprieti li kien hemm u gab tnejn godda minn Ruma. Kif wiehed jista' jissupponi, il-parruccani taz-zewg parrocci nhasdu. Ghall-bidu, tal-Kattidral ipprotestaw bil-kbir imma mbaghad l-affari kkalmat u llum l-arcipriet il-gdid ta' hemm mhux biss qabad l-art imma deher jifrah man-niex fil-marcijiet kollha ta' Santa Marija. Sahansitra deher jerfa mill-vara tad-dmiostrazzjoni fl-anti-vigili tal-festa u deher ukoll fuq l-ispallejn fil-marc ta' lejlet is-sollennita, ixejjer l-istandard tal-banda tal-Kattidral... dehriet simpatici u li jressquh iktar qrib il-poplu. San Gorg gara bil-kontra. Kif kulhadd jaf, wiehed mill-matcijiet ta' Santa Marija jghaddi minn quddiem din il-Knisja. Kienet dahlet drawwa li ta' kull sena, kif ikun ghaddej il-marc, corma nies jitilghu fuq il-bejt tal-Knisja u minbarra li jaghmlu mossi provokattivi u anke baxxi, joqghodu jdoqqu l-qniepen bil-kbir biex itellfu l-marc (kif kien isir lil Mintoff fis-60's!!!). Il-pulizija kienet taghmel li tista' biex tevita dan l-abbuz imma l-qassisin kienu jippermettu kollox qisu m'hu jsir xejn. L-Arcipriet il-gdid ta' San Gorg, sacerdot abbli li ghandu esperjenza kbira go l-Italja, dehrlu li dan l-abbuz minn post sagru (knisja) u bi hwejjeg sagri (qniepen) ghadu jieqaf minnufih. L-Isqof tah ragun, kif ghandu jkun! Ghalhekk ordna li l-qniepen, nhar Santa Marija, jindaqqu biss ghal 10 minuti, imbaghad jinzel kulhadd minn fuq il-kampnar. Xi rjus shan (li ssibhom kullimkien... sfortunatament, anke fost il-qassisin) mhux biss ma obdewx lill-Arcipriet imma talli xewxu kemm felhu. Xi whud, lejlet Santa Marija wara nofsinhar, qabdu l-ktajjen li jgorru l-fratelli fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, u rabtu l-qniepen b'mod li ma jkunux jistghu jindaqqu anqas ghalk-quddiesa. "La ma trid li ndoqqu bhas-soltu, allura ma jindaqq xejn." Dan kien l-argument ta' dawn it-talin. L-Arcipriet ta' S. Gorg dehrlu li dan hu agir zbaljat u, wara li talab il-parir ta' L-Isqof, sejjah il-pulizija u din fether inkejsta magisterjali. L-ghada, nhar Santa Marija, hekk kif l-Arcipriet ta' San Gorg, mar fil-Knisja li taghha hu responsabbli, isib li xi hadd biddel is-serratura tal-kasserrizz tieghu, sefa' prattikament imkecci 'l barra mill-knisja, mghajjar u offiz b'ommu u bil-qaddisa tar-rahal tieghu Santa Margerita. Imdawwar bil-pulizija, L-Arcipriet tela' l-Kattidral biex ikellem lill-Isqof li dak il-hin kien qieghed iqarben waqt il-Pontifikal tas-Sollennita. Monsinjur Arcidjaknu kompla jqarben minfloku waqt li l-Isqof dahal fis-sagrestija jkellem lill-Arcipriet ta' San Gorg. Sadattant, fil-Knisja ta' San Gorg qam irvell kbir. Sa kellha tidhol il-Pulizija. Xi sacerdoti ta' San Gorg  dehru fil-pjazza, ma' mejda jixorbu u josservaw kollox. Hadd ma pprova jiddefendi lill-imsejken Arcipriet umiljat b'dak il-mod. Filghaxija, waqt il-purcissjoni ta' Santa Marija, il-Knisja ta' San Gorg baqghet mitfija, bis-salib tal-koppla b'kollox. U hekk kif kienet ghaddejja l-purcissjoni bil-vara ta' l-Assunta, id-dawl tal-kazin tal-banda ta' San Gorg, li kien ilu jixghel sieghat shah, gie mitfi b'disprezz mhux biss lejn il-Madonna imma ukoll lejn l-Isqof ta' Ghawdex. DAWN HUMA XI WHUD MILL-GHARUKAZIJIET LI QED ISIRU FIL-FESTI TA' GHAWDEX! GHAJB MHUX BISS GHAL MIN JAGHMILHOM IMMA IKTAR GHAL MIN JIPPERMETTIHOM!

Guest



RE:TAL-MISTHIJA DAK LI QED JIGRI F'GHAWDEX
(Date Posted:08/21/2008 13:59 PM)

 ghandkom bzonn taghlima kif laqtu in- nies ta Hal Ghaxaq u ta Haz Zabbar. jew timxu sewwa jew jieqfu il- festi. U kif ktibt hekk nixtieq nuri id- dizapunt tieghi ma min immexxi il- knisja u mal- gustizzja u l-iktar mal- media, meta sirt naf li il- Gudja iggieldu bejn il- kazini u ma gara xejn, Mela Hal Ghaxaq u Haz Zabbar issir il- gustizzja biss????? Fejn huma dawk il-pupaturi tal-media li il- hin kollu kien mohhom f'Haz Zabbar u Hal Ghaxaq meta nqala l-inkwiet?????


Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



RE:TAL-MISTHIJA DAK LI QED JIGRI F'GHAWDEX
(Date Posted:08/22/2008 11:54 AM)

Anke is-Siggiewi kien intqal li sar xi glied u ma gara XEJN!!!!!!!! jien ma nafx din il-gustizzja xi tkun ghax Hal Ghaxaq il-glieda(jekk tista ssejhila hekk damet ftit inqas minn 2 minuti u twaqqfu l-festi imbghad ghal haddiehor dan ma jsirx.Ma nafx ala dawn l-affarijiet. jekk ghandha issir gustizzja din trid issir ma KULLHADD!!!!
Guest



RE:TAL-MISTHIJA DAK LI QED JIGRI F'GHAWDEX
(Date Posted:09/05/2008 13:40 PM)

VERAMENT TAL-MISTHIJA DAK LI GARA F SANTA MARIJA TA DIN IS-SENA FIL-KNISJA TA SAN GORG TAR-RABAT TA' GHAWDEX. KULL SENA, IL-QASSISIN KIENU JABBUZAW MILL-PUPTU BIEX IXEWXU L-POPLU. KIENET TINTUZA ANKE L-WEBSITE TAL-PARROCCA TA' SAN GORG GHAT-TIXWIX. FIL-FATT, MINN META L-ISQOF TA' GHAWDEX HEDDED LIL CERTU QASSIS LI SE JISSOSPENDIH MILL-QUDDIESA JEKK IKOMPLI JIKTEB B'DAK IL-MOD FUQ IL-WEBSITE TA' SAN GORG, MHUX BISS WAQAF IT-TIXWIX MINN DIN IL-WEBSITE, IMMA TALLI L-ISTESS WEBSITE ANQAS BAQGHET TIGI UPDATJATA... U L-GURDIEN INQABAD PULIT PULIT. TAL-MISTHIJA WKOLL KIF L-AWTORITAJIET TAD-DJOCESI TA' GHAWDEX JITTOLERAW LILL-CERTU PARROCCA TOQGHOD TGHID LI HI L-EWWEL META FIL-FATT DAN M'HU VERU XEJN. DAN L-AGIR IKOMPLI JKABBAR IL-FIRDA. ID-DOKUMENTI LI JEZISTU SA ISSA KOLLHA JINDIKAW LIEMA HI L-KNISJA MATRICI TA' GHAWDEX: DIK LI HEMM FIL-KASTELL. L-EBDA DOKUMENT... ANQAS WIEHED BISS... MA JINDIKA L-KONTRA. DIN MHIX HAGA LI SKOPREJNIHA ISSA. IL-MIBKI PATRI ALEX BONNICI KIEN DIGA KONVINT MINN DAN SA MIS-SNIN 70. MIEGHU ILU KONVINT UKOLL WETTINGER, FIORNI, ECC. MELA GHALFEJN L-ISQOF TA' GHAWDEX MA JIEHU PASSI DWAR DAN L-ABBUZ. TGHID GHAX M'GHANDUX ZMIEN... BILLI L-GIMGHA KOLLHA F'MALTA MINFLOK F'GHAWDEX, DAQQA JMEXXI L-FESTA TA' DAK U DAQQA L-FESTA TA' DAWN?
Guest



RE:TAL-MISTHIJA DAK LI QED JIGRI F'GHAWDEX
(Date Posted:09/05/2008 17:01 PM)

Nahseb li ghandkom tkunu kburin bl-isqof li ghandkom.  Kulhadd jiehu pjacir ikellmu.  U ha nghidilkom ohra. l-Isqof Mario Grech huwa mahbub aktar minn Cremona.  Mario Grech ghall-inqas jifhimhom lid-dilettanti u jmur ghac-cerimonji li jkun mistieden ghalihom.  KUlhadd jiehu pjacir bih.  Dejjem spalla ma' spalla ma dawk li jhobbu l-festi, iqawwilhom qalbhom.  Min jaf kemm hawn nies dilettanti li regghu sabu triqthom lejn il-knisja minhabba l-Isqof Grech.  Fuq dak li qed jigri Ghawdex ma nafx, x'jista' jaghmel l-Isqof Grech fuq min kienet l-ewwel parrocca.  Xi triduh jaghmel jogrog digriet u jghid li l-provi juru hekk u mhux hekk?  Insomma jista' jaghmilha, imma ma nahsibx li Isqof jista' jinhela ma' dawn it-tentufiet.  Nahseb li Marion huwa bnioedem ta' kwalita, fejn dejjem kien qrib id-dilettanti, u mhux ghax bniedem li jhobb jitbissem u u jxejjer idu biss.
Guest



RE:TAL-MISTHIJA DAK LI QED JIGRI F'GHAWDEX
(Date Posted:09/06/2008 00:49 AM)

Jekk f'dawn il-pagni certu talin ser joqghodu jivvomtaw velenu perikoluz kif ghamlu xi whud jew bil-piki bejn knisja u ohra u jew billi nqabblu isqof ma iehor, allura huwa evidenti li dan il-forum mhux qed jilhaq l-iskop tieghu kemm dwar festi interni (mhux esterni jew piki) u liturgija.

Forsi wasal iz-zmien li min jikteb irid jirregistra u ghallinqas ikun hemm nom de plume u mhux kulhadd guest, ikun aktar facli li twiegeb lil xi hadd etc...

Jien min naha tieghi nixtieq nghid li kuntent u kburi biz-zewg isqfijiet li narhom bhala rigal ta' l-Ispirtu s-Santu lill-pajjizna. Nittama li min tassew ihobb dan il-forum u l-iskop tieghu jiddeplora kull attakk (anke ckejken) fuq l-isqfijiet u jiftakar fihom kuljum fit-talb tieghu.

Nittama li niltaqa` ma xi whud minnkom fit-28 ta' Settembru.

Guest



RE:TAL-MISTHIJA DAK LI QED JIGRI F'GHAWDEX
(Date Posted:09/06/2008 02:20 AM)

FILWAQT LI NIRRISPETTA L-IDEAT TA' KULLHADD, GHAX BHALA NSARA, HEKK QALILNA NAGHMLU GESU', MA JFISSIRX LI DAK LI HU TAJJEB GHANDNA NGHIDULU HAZIN U VICI VERSA. ANZI KRISTU NNIFFSU QALILNA LI L VERITA TEHLISNA. U TEHLISNA PROPJU GHAX TAGHMILNA ULIED ALLA. MHUX HEKK? ISSA DAN MA JFISSIRX LI KULHADD JAGHMEL BISS TAJJEB JEW HAZIN. ANZI, KULHADD JIZBALJA MIS-SEMA L-ISFEL, HLIEF DAK LI MA JAGHMEL XEJN... ANZI, MIN MA JAGHMEL XEJN JIZBALJA A PRIORI. L-ARGUMENT TIEGHI FUQ L-ISQOF TA' GHAWDEX MHUX KONTRA TIEGHU PERSONALMENT. ANZI. LI QED JIGRI F'GHAWDEX HU LI CERTU POLITIKA EKKLEZJALI XEJN M'HI THALLI FROTT. STAQSI FTIT LIL QASSISIN U TARA... IZ-ZAGHAR LI KIENU GEW MIS-SAFAR REGGHU SEJRIN. L-AHHAR WIEHED JITLAQ IL HADD LI GEJ. ISSA KAPPILLANI MA JRID JOQGHOD HADD... IKTAR U IKTAR WARA LI LILL-PARROCCI L-KURJA QED TEHDOLHA 10 % MILL-QLEIGH KOLLU LI JKOLLHA. LILL-KAPPILLANI HADILHOM 80 % MINN DAK LI JIGBRU FIT-TBERIK U TINSEWX: IL-QASSISIN GHAWDEX MHUX BHAL MALTA... IL-GVERN MA JAGHTIHOM XEJN... HADD MILL-QASSISIN LI MA JAHDMUX TEACHERS MAL-GVERN MA JIRCIEVI STIPENDJU. SIEGHA QRAR TA' PINU TISWA 2 EURO 37 CENTS. JISTA' QASSIS IGHIX B DAN IL-MOD? ALTRU MILLI KAPPI U MHUX KAPPI. GHALFEJN XI QASSISIN IKOLLHOM JINZLU MALTA JAGHMLU L-KAPPI? TGHID GHAX DILLETTANTI TAL-LITURGIJA? JEW BIEX JAQILGHU LIRA? MHUX BILFORS IMBAGHAD IKUN HEMM IT-TGERGIR FOST IL-KLERU? PONTIFIKAL TA' L-ISQOF TA' GHAWDEX JISWA' 25 LIRA MALTIN. IL-PRIEDKA TISWA 15 LIRA MALTIJA EXTRA. IL-KAPPILLAN TIEGHU TALLI JZOMM IL-BAKLU JIEHU 15 -IL LIRA. IX-XUFIER TIEGHU JIEHU 15 -IL LIRA OHRA BARRA IL-PETROL. U L-IMSEJKEN KAPPILLAN IRID JITLOB LILL-OMMU THALLASLU L-KONT TAT-TELEFON U TA' L-INTERNET TAD-DAR PARROKKJALI GHAX M'GHANDUX MINN FEJN JAGHMEL DAWK IL-KAPPRICCI. "AI POSTERI L'ARDUA SENTENZA", QAL IL-MANZONI. IS-SENTENZA TAGHNA MIN JAF KIF SE TKUN?
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
Guest



RE:TAL-MISTHIJA DAK LI QED JIGRI F'GHAWDEX
(Date Posted:09/06/2008 05:54 AM)

Jidher li din il-persuna Ghawdxija midhla sewwa tal-Kleru! Tidher irrabjata wkoll, galiex l-etikett ta' l-Internet jghid li meta tikteb kollox f'ittri kapitali tkun qed tghajjat etc...
Nigi ghal-punt. Dan li qed jghid x'ghandu x'jaqsam mal-liturgija u l-festi interni, mela dan il-forum issa ser jitghabba bil-problemi interni tad-djocesi ta' Ghawdex? Ejjew inzommu mal-punt u mhux nuru ruhna bhal skoss nies b'kontijiet x'nissetiljaw ma' xi whud ohrajn!
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:09/06/2008 09:13 AM)

Reply to is_aimoo_guest (09/06/2008 04:20 AM)

FILWAQT LI NIRRISPETTA L-IDEAT TA' KULLHADD, GHAX BHALA NSARA, HEKK QALILNA NAGHMLU GESU', MA JFISSIRX LI DAK LI HU TAJJEB GHANDNA NGHIDULU HAZIN U VICI VERSA. ANZI KRISTU NNIFFSU QALILNA LI L VERITA TEHLISNA. U TEHLISNA PROPJU GHAX TAGHMILNA ULIED ALLA. MHUX HEKK? ISSA DAN MA JFISSIRX LI KULHADD JAGHMEL BISS TAJJEB JEW HAZIN. ANZI, KULHADD JIZBALJA MIS-SEMA L-ISFEL, HLIEF DAK LI MA JAGHMEL XEJN... ANZI, MIN MA JAGHMEL XEJN JIZBALJA A PRIORI. L-ARGUMENT TIEGHI FUQ L-ISQOF TA' GHAWDEX MHUX KONTRA TIEGHU PERSONALMENT. ANZI. LI QED JIGRI F'GHAWDEX HU LI CERTU POLITIKA EKKLEZJALI XEJN M'HI THALLI FROTT. STAQSI FTIT LIL QASSISIN U TARA... IZ-ZAGHAR LI KIENU GEW MIS-SAFAR REGGHU SEJRIN. L-AHHAR WIEHED JITLAQ IL HADD LI GEJ. ISSA KAPPILLANI MA JRID JOQGHOD HADD... IKTAR U IKTAR WARA LI LILL-PARROCCI L-KURJA QED TEHDOLHA 10 % MILL-QLEIGH KOLLU LI JKOLLHA. LILL-KAPPILLANI HADILHOM 80 % MINN DAK LI JIGBRU FIT-TBERIK U TINSEWX: IL-QASSISIN GHAWDEX MHUX BHAL MALTA... IL-GVERN MA JAGHTIHOM XEJN... HADD MILL-QASSISIN LI MA JAHDMUX TEACHERS MAL-GVERN MA JIRCIEVI STIPENDJU. SIEGHA QRAR TA' PINU TISWA 2 EURO 37 CENTS. JISTA' QASSIS IGHIX B DAN IL-MOD? ALTRU MILLI KAPPI U MHUX KAPPI. GHALFEJN XI QASSISIN IKOLLHOM JINZLU MALTA JAGHMLU L-KAPPI? TGHID GHAX DILLETTANTI TAL-LITURGIJA? JEW BIEX JAQILGHU LIRA? MHUX BILFORS IMBAGHAD IKUN HEMM IT-TGERGIR FOST IL-KLERU? PONTIFIKAL TA' L-ISQOF TA' GHAWDEX JISWA' 25 LIRA MALTIN. IL-PRIEDKA TISWA 15 LIRA MALTIJA EXTRA. IL-KAPPILLAN TIEGHU TALLI JZOMM IL-BAKLU JIEHU 15 -IL LIRA. IX-XUFIER TIEGHU JIEHU 15 -IL LIRA OHRA BARRA IL-PETROL. U L-IMSEJKEN KAPPILLAN IRID JITLOB LILL-OMMU THALLASLU L-KONT TAT-TELEFON U TA' L-INTERNET TAD-DAR PARROKKJALI GHAX M'GHANDUX MINN FEJN JAGHMEL DAWK IL-KAPPRICCI. "AI POSTERI L'ARDUA SENTENZA", QAL IL-MANZONI. IS-SENTENZA TAGHNA MIN JAF KIF SE TKUN?


Tassew interessanti.  Certu affarjiet ma kontx naqfhom, nahseb li issa qed johorgu.  Grazzi tat-taghrif.  Li ma nistax nifhem huwa kif il-Gvern ma jaghti xejn lill-qassisin Ghawdxin.  Fhimt sew jien?  Il-qassisin Ghawdxin m'ghandhomx paga?  Dan kif?

Fuq l-Isqfijiet nahseb, li jigri huwa li kulhadd jiehu grazzja ma min l-aktar jigbdu.  Minkejja kollox ghadna nirrispettaw liz-zewg Isqfijiet anke jekk ma nkunux naqblu mal-politika taghhom.  Ma nafx nahseb l-Isqof Mario huwa mfahhar hafna, u jaf hafna jmur man-nies, u qisu jifhimhom, iqatta hafna hin maghhom fil-festi u jitkellem hafna man-nies.  Ma jitlifx okkazjoni ta' festa u jaf jifrah u jkompli man-nies.  Mario jidher li l-festi jhobbhom ghax jaf li bis-sahha tal-festi n-nies aktar tersaq il-knisja.  L-isqof Mario jaf li mill-festi jista' johrog hafna gid.  Issa sincerament ma nafx kif qieghed jamministra lil Ghawdex, ma nafx veru ma nafx.  Pero ' nahseb li la jzur diversi parrocci (ANKE F'MALTA) jidher li huwa dhuli u jaf imur u jaf x'iridu verament id-dilettanti.  Min-naha l-ohra jien nixtieq li l-Isqof Cremona, jiehu provvedimenti fuq certu parrocci li ilhom isofru ma nafx kemm snin taht l-istess kappillan u arcipriet.  Hemm bzonn li l-Isqof Cremona jiehu bis-serjeta` din il-bicca xoghol.  Hawn xi parrocci fejn veru qieghdin jigu traskurati.  Kleru kollu anzjan u ma jafx jirrendi aktar servizz tajjeb lill-kommunita` tieghu.  Bejn minhabba l-eta` tal-qassisin u bejn ghax tilfu hafna mill-interess (Kos hux, titlef l-interess fil-Liturgija tal-Knisja !!!) il-parruccani mhux qed jiehdu dak li haqqhom.  Hemm bzonn mela li l-Isqof Cremona jaghmel studju akkurat tal-parrocci u jara fejn hemm bzonn issir bidla, ghax kif qed nghid issib kappillani u arciprieti li issa ilhom zmien twil fl-istess parrocca u hafna mill-kleru huwa anzjan hafna, tant li lanqas qassis min jiehu hsieb iz-zghazagh ma ssib.  Dan mhux sew.  Hafna mill-parrocci sejrin dejjem lura ghax il-Kurja la qed turi interess f'dawn il-parrocci u ghalhekk mhux qed taghraf li f'certi parrocci wasal il-hin ta' bidla radikali.  Nahseb li jekk wiehed ihares lejn l-ahhar censiment malajr jinduna dwar liema parrocci qeghdin nitkellmu hux!  Hemm bzonn ta' ghajnuna, ta' nies li jifhmu lin-nies u mhux inaffruhom, ta ' nies li lesta tahdem id f'id maz-zghazagh u mad-dilettanti.  Bil-pass li mexjin f'dawn il-parrocci li qed nitkellem il-popolazzjoni tal-quddies qieghda dejjem tonqos.  Ikun zball kbir jekk il-Kurja u l-Isqof innifsu ma jiehdux il-passi necessarji biex lil dawn il-parrocci naghtuhom nifs ta' kuragg u tama gdida, nifs ta' bidla mill-qiegh.  Nispera li l-Knisja tara dawn il-messaggi u tifhem il-bzonnijiet tal-parruccani.  Minkejja dawn l-appelli nitolbu ghaz-zewg Isqfijiet biex il-Mulej Alla jilluminahom fil-bzonnijiet taghna.

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

Biggest Coupon for Cucusoft Converter,Lowest Price 50% Off Online once in a blue moon!
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.