User Name  Password
Festi Interni
Title: Festi Sekondarji
Hop to: 
Views:2517     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 3    
AuthorComment
Ta meme
 Author    



Rank:none
Score: 4
Posts: 4
From: Malta
Registered: 06/30/2008
Time spent: 0 hours

(Date Posted:06/30/2008 07:56 AM)

Nista nghid li fir-rahal fejn noqghod jien il-Kurja ma tantx timxi indaqs maghna. Jien min Hal Tarxien u nzomm mal-Festa tal-madonna Tad-Duttrina li hija festa sekondarja izda mhijiex bhal festi sekondari ohra u li hi xi haga tac-cajt ghax festi sekondarji iehor ghandhom il-Hamis, il-Gimgha, is-Sibt u l-Hadd u ahna l-Hadd biss. Ghalkemm f'dik il-gurnata issir festa helwa u sabiha ma nistax nifhem ghaliex ir-rahal taghna biss il-festa taghna gurnata wahda. Nahseb jekk il-Kurja ha tibqa sejra hekk hi iggib il-firdiet bejn il-festi u l-glied ghax ma timxix ma kulhadd indaqs u fir-rahal taghna it-Titular u Sekonda hija l-istess Madonna imma taht titlu differenti u ma nafx ghax titqies inqas min ta' titular. Nahseb jien ma zmien il-Kurja ikolla icedi xi ftit ghax in-nies ma tantx ghadhom jiehdu gost u qed twarraba il-knisja u l-Kurja fejn trid tinotta xi haga bhas-sett ta Brazzi ta' Zurrieq li nara redikola li ma accetawhomx ghax dik hija Madonna u nahseb titqies iktar Minn Santa Katerina li xejn ma ghandi kontra din il-qaddisa!!! U meta tibad xi proposta ta' xi festa sekondari idumm tiela u nizzel u jdumu sejrin b' imbarraz u loghob li certu affarijiet lanqas jifilhu hekk ghax bhal xi standard li jkun qed jitqatta ghandu jsir iehor mil-ewwel u b'hekk issalva l-antik mela trid idumm nizel u tiela l-kurja u trid tibat miljun ittra.. U certu knejjes li jtuwhom biex jaghmlu ikun hemm in-nies min gewwa ghalhekk!!! Grazzi u l-festa Tal-Madonna tad-Duttrina gejja fl-20 ta' Lulju!!!


verufesta
1# 



Rank:none
Score:1
Posts:1
Registered:06/04/2008
Time spent: 11709 hours

RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/01/2008 09:05 AM)

Jekk joghgobkom aqraw ir-regolamenti tal-Forum.  F'dan il-Forum ma nitkellmux la fuq pika bejn festi titulari u sekondarji u lanqas dwar kemm hija kbira dik il-festa u kemm hija akbar l-ohra.  Ma nkomplux inhammgu isemil-festi u fuq kollox ma nkomplux inwaqqghu l-gebla fuq saqajna.

Qed ninnota wkoll li qed ikun hawn li qed jiktbu li la darba l-qaddis tal-festa sekondarja jkun aktar devot mit-titular jew peress li t-titular u senkondarju jkunu l-istess qaddis b'titlu differenti, jixtiequ li dawn jigu meqjusa ugwali.  Nifhem u nhobb kull bniedemli hu devot ta' xi festa sekondarja, imma l-kwistjoni hija li l-knisja sa mill-qedem nett hija regolata minn regoli precizi, fejn il-festa titulari hija l-festa tal-parrocca u l-festa sekondarja hija dik ta' xi Fratellanza.  Il-festa principali hija dik Titulari, ghax il-knisja u l-parrocca tkun iddedikata lil dak il-qaddis.  B'daqshekk ma jfissirx li l-festa sekondarja hija aghar.  Meta bdew il-festi sekondarji hadd min-nies ma kienu joqoghdu jimpikaw, biex ma nghidlekx li kienu jiehdu sehem ukoll fit-Titular.  Din il-pika giet maz-zmien. 

Grazzi ta' kollox.



(Message edited by verufesta On 07/01/2008 09:17 AM)
Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/03/2008 03:19 AM)

F'Hal Tarxien isiru tlett ijiem ta` thejjija bil-quddiesa celebrata il-Hadd fil-ghodu u bil-hrug tal-vara devota wara l-ghasar. Waqt il-purcissjoni se tinghad it-talba tar-Ruzarju wkoll, kif inhi x-xewqa ta` Mons. Arcisqof. Il-problema nahseb mhux tal-Kurja, imma kemm veru ahna qeghdin infittxu l-festi esterni biss!.
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/03/2008 03:20 AM)

Dak li ktibt kont qed nirreferi ghall-festa li ssir f'Hal Tarxien ghad unur ta` Marija Santissima taht it-titlu tad-Duttrina.
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/03/2008 03:23 AM)

Il-Kurja approvat ir-rikors tal-Fratellanza Madonna tad-Duttrina (Tarxien) sabiex jinbidel l-instandard.
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/03/2008 05:26 AM)

Ma nahsibx li hi idea tajba li niddiskutu fuq l-internet affarijiet partikolari ta' festi partikolari, wiehed irid iqis li bejn festa u ohra hemm hafna affarijiet differenti. Fil-fehma tieghi ghandna nkunu aktar generali u mhux naqbdu mal-brazzi tal-karmnu taz-zurrieq jew ma' tad-Duttrina f' Hal Tarxien biss. Fil-kuncett nahseb li kulhadd jaqbel li m' hemmx distinzjoni bejn qaddis u iehor allura kulhadd irid izomm f' mohhu li d-distinzjoni hi biss fuq bazi ta' celebrazzjonijiet li jsiru. Ma naqbilx li ghax fil-gudizzju ta' hafna il-Madonna hi aqwa minn Santa Katarina allura f' dak il-kaz jinghataw il-permessi kollha ghax inkella tkun anomalija li nzommu distinzjoni bejn sekondarja u titular f' postijiet fejn iz-zewg festi huma tal-Madonna, bhal Qrendi, L-Imqabba u Hal-Tarxien, ghax b' dan ir-ragunament la hi l-istess Madonna ic-celabrazzjoni bit-tizjin b' kollox ghandhom ikunu l-istess. F' rigward tal-festi esterni li ma naqbilx mal-kurja ghaliex bir-regolamenti li ghamlet halliet lil min hu kbir u ghandu gimgha festa jista' jibqa' jikber u jekk irid jaghmel xahar shih, ghax la fil-gimgha tal-festa ghandu kollox m' ghandux x' izid hlief  fil-gimghat ta' qbel jew wara l-festa u r-regoli japplikaw ghal dik il-gimgha tal-festa biss. Waqt li min jiccelebra l-festa fuq erbat ijiem jew inqas ma jistax izid, ghax jekk izid fl-gimgha ta' qabel ikollu qtugh waqt li min ghandu gimgha jibqa' ghaddej bil-festa normali.
Fuq il-festi interni nixtieq nara kif tahsbuha dwar it-tnehhija tal-legati li hadithom kollha l-kurja biex tqassamhom kif trid hi. Fil-fehma tieghi dan mhux sew ghax qabel misshom gew ikkonsultati l-fratellanzi ecc.. u mhux issa trid thallas kull sena biex il-quddies tat-tridu jew novena jkun offrut ghall-fratelli mejtin jew il-benefatturi li hallewhom!  

Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/04/2008 09:28 AM)

Il-Kurja qed tipprova ssewwi z-zball li sar. Parti minn dan iz-zball huwa taghna ghaliex intlifna fuq il-festi esterni u tajnihom aktar importanza minn dawk ta` gewwa. Kemm hawn nies li jattendu ghal dawn ic-celebrazzjonijiet interni ad unur u glorja tat-Titular jew ta` Sekondarju? Tisma` elf skuza. Il-Qaddisin protetturi ta` l-irhula u l-bliet taghna ma jridux biss ic-capcip u l-entuzjazmu taghna mill-bieb tal-knisja 'l barra; izda li din tkun prezenti kuljum; fic-celebrazzjoni Ewkaristika, li hija l-qofol tal-hajja taghna.
 
L-ahhar punt li nixtieq insemmi huwa li inutli noqoghdu ngorru kontra l-Kurja ghax dik haga jew ohra. Ahjar nadmu maghha halli forsi l-festi taghna jerga` jibda jhaddnu dak is-sentiment religjuz li kwazi spicca ghal kollox.

Guest



Reply To Guest
(Date Posted:07/05/2008 02:24 AM)

Reply to is_aimoo_guest (07/04/2008 09:28 AM)

Il-Kurja qed tipprova ssewwi z-zball li sar. Parti minn dan iz-zball huwa taghna ghaliex intlifna fuq il-festi esterni u tajnihom aktar importanza minn dawk ta` gewwa. Kemm hawn nies li jattendu ghal dawn ic-celebrazzjonijiet interni ad unur u glorja tat-Titular jew ta` Sekondarju? Tisma` elf skuza. Il-Qaddisin protetturi ta` l-irhula u l-bliet taghna ma jridux biss ic-capcip u l-entuzjazmu taghna mill-bieb tal-knisja 'l barra; izda li din tkun prezenti kuljum; fic-celebrazzjoni Ewkaristika, li hija l-qofol tal-hajja taghna.
 
L-ahhar punt li nixtieq insemmi huwa li inutli noqoghdu ngorru kontra l-Kurja ghax dik haga jew ohra. Ahjar nadmu maghha halli forsi l-festi taghna jerga` jibda jhaddnu dak is-sentiment religjuz li kwazi spicca ghal kollox.



Naqbel ma dak li qed tghid mija fil-mija. Pero ma naqbilx mieghek fuq il-fatt li qed titfa t-tort kollu fuq il-poplu.  Jidher car li l-poplu mhux qed jigi edukat bizzejjed, u jigi edukat mhux billi naghmlu r-regolamenti ghall-Festi Interni.  Fejn jidhlu festi ta' gewwa u sentiment religjuz, temminx jew le, nassigurak li certu parrocci huma traskurati u diskriminati u l-kurja qisa bhallikieku ma taf b'xejn x'qed jigri fihom.  In-nies huma lesti li jghinu lill-kurja imma jekk il-knisja u l-kurja jiddeciedu li jhallu kollox kif inhu, l-affarijiet se jibqghu kif inhuma.  F'hafna kazi qed nara li l-knisja mhu qed taghmel xejn biex tigbed in-nies fil-knisja fil-festa u tigbidhom mhux billi ggib ir-rock bands biex taghmel xi rock mass!!!  Ma nafx kif il-knisja ghadha tibla certu affarijiet.  Biex in-nies tigi l-knisja, l-ewwel l-affarijiet ghandhom isiru kif suppost u mbaghad hemm bzonn li nies tigi edukata u nfurmata, mhux tara nies li jhobbu l-festa u mbad lanqas ikunu jafu x'inhu ghaddej fil-knisja!
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:07/05/2008 02:28 AM)

Reply to is_aimoo_guest (07/05/2008 02:24 AM)

Reply to is_aimoo_guest (07/04/2008 09:28 AM)

Il-Kurja qed tipprova ssewwi z-zball li sar. Parti minn dan iz-zball huwa taghna ghaliex intlifna fuq il-festi esterni u tajnihom aktar importanza minn dawk ta` gewwa. Kemm hawn nies li jattendu ghal dawn ic-celebrazzjonijiet interni ad unur u glorja tat-Titular jew ta` Sekondarju? Tisma` elf skuza. Il-Qaddisin protetturi ta` l-irhula u l-bliet taghna ma jridux biss ic-capcip u l-entuzjazmu taghna mill-bieb tal-knisja 'l barra; izda li din tkun prezenti kuljum; fic-celebrazzjoni Ewkaristika, li hija l-qofol tal-hajja taghna.
 
L-ahhar punt li nixtieq insemmi huwa li inutli noqoghdu ngorru kontra l-Kurja ghax dik haga jew ohra. Ahjar nadmu maghha halli forsi l-festi taghna jerga` jibda jhaddnu dak is-sentiment religjuz li kwazi spicca ghal kollox.



Naqbel ma dak li qed tghid mija fil-mija. Pero ma naqbilx mieghek fuq il-fatt li qed titfa t-tort kollu fuq il-poplu.  Jidher car li l-poplu mhux qed jigi edukat bizzejjed, u jigi edukat mhux billi naghmlu r-regolamenti ghall-Festi Interni.  Fejn jidhlu festi ta' gewwa u sentiment religjuz, temminx jew le, nassigurak li certu parrocci huma traskurati u diskriminati u l-kurja qisa bhallikieku ma taf b'xejn x'qed jigri fihom.  In-nies huma lesti li jghinu lill-kurja imma jekk il-knisja u l-kurja jiddeciedu li jhallu kollox kif inhu, l-affarijiet se jibqghu kif inhuma.  F'hafna kazi qed nara li l-knisja mhu qed taghmel xejn biex tigbed in-nies fil-knisja fil-festa u tigbidhom mhux billi ggib ir-rock bands biex taghmel xi rock mass!!!  Ma nafx kif il-knisja ghadha tibla certu affarijiet.  Biex in-nies tigi l-knisja, l-ewwel l-affarijiet ghandhom isiru kif suppost u mbaghad hemm bzonn li nies tigi edukata u nfurmata, mhux tara nies li jhobbu l-festa u mbad lanqas ikunu jafu x'inhu ghaddej fil-knisja!

Sorry hadt zball ........... ridt nghid..............

........ jigi edukat mhux billi naghmlu r-regolamenti ghall-Festi Esterni .............
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/05/2008 09:21 AM)

Fuq il-punt tieghek tigward li l-Knisja mhi qed taghmel xejn biex tigbed in-nies fil-knisja fil-festa....nixtieq naghmel dawn l-osservazjonijiet:-
Ahna lesti nghinu u naghmlu dak kollu li huwa necessarju sabiex naraw in-nies fil-Knisja matul il-festa, hi liema hi? Inqieghdu t-talenti taghna ghad-disposizzjoni tal-Parrocca jew "armchair critics"?
Naccettaw kollox anki meta dan ma jaqbilx ghal widnejna?
Nahdmu id f'id ma` l-ohrajn (ghaqdiet religjuzi, kulturali, socjali, sportivi, ecc) anki jekk dawn huma "ta` kontrina" (xi haga li qatt ma fehmt) sabiex l-ghan ahhari (li ntejbu l-festi taghna) jintlehaq?
Bdejna naghmlu festi b'differenza (ez: naghmlu gabra ta` prodotti ta` l-ikel waqt il-gimgha/jiem tal-festa sabiex dawn imbagha jitqassmu mill-Kleru lill-familji fil-bzonn tal-Parrocca)?
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:07/05/2008 18:24 PM)

Reply to is_aimoo_guest (07/05/2008 09:21 AM)

Fuq il-punt tieghek tigward li l-Knisja mhi qed taghmel xejn biex tigbed in-nies fil-knisja fil-festa....nixtieq naghmel dawn l-osservazjonijiet:-
Ahna lesti nghinu u naghmlu dak kollu li huwa necessarju sabiex naraw in-nies fil-Knisja matul il-festa, hi liema hi? Inqieghdu t-talenti taghna ghad-disposizzjoni tal-Parrocca jew "armchair critics"?
Naccettaw kollox anki meta dan ma jaqbilx ghal widnejna?
Nahdmu id f'id ma` l-ohrajn (ghaqdiet religjuzi, kulturali, socjali, sportivi, ecc) anki jekk dawn huma "ta` kontrina" (xi haga li qatt ma fehmt) sabiex l-ghan ahhari (li ntejbu l-festi taghna) jintlehaq?
Bdejna naghmlu festi b'differenza (ez: naghmlu gabra ta` prodotti ta` l-ikel waqt il-gimgha/jiem tal-festa sabiex dawn imbagha jitqassmu mill-Kleru lill-familji fil-bzonn tal-Parrocca)?

Minn dak li qed nara, qieghed ninduna li ahna qed inharsu lejn il-festi ta' gewwa b'lenti differenti. Int qed thares lejha mil-lat morali, jien qed inhares lejh mil-lat liturgiku.  Iz-zewg aspetti huma importanti.  Jista' jissejjah kristjan min perezempju jaghmel il-karita u mbaghad ma jattendix quddies?  Jew jista jisejjah kristjan u nisrani tajjeb dak li vice versa, jmur ghall-quddies u mbaghad ma jharisx it-taghlim morali tal-knisja?  Iz-zewg aspetti huma importanti.  Fuq dan il-Forum, minghajr ma rridu nnaqqsu xejn lill-aspett morali tar-religjon taghna, nixtiequ nitkellmu fuq l-aspett liturgiku aktar minn dak morali.  Il-punti tieghek huma validissimu.  Hafna mill-mistoqsijiet tieghek huma tajbin hafna ghalkemm nassigurak li fil-maggoranza tal-kazi hafna minnhom jitwettqu.  Int semmejt it-talenti u li ghandna npogguhom ghad-disposizzjoni tal-parrocca.  Trid il-verita fuqha din?  Sfortunatament hafna min-nies joffruhom it-talenti imma mhux it-talenti kollha jigu milqugha, ghax f'xi parrocci meta turi l-kapacitajiet tieghek tispicca taqa f'kunflitti ta'interess, u l-affarijiet jispiccaw jibqghu fejn huma.  Napprezza kummenti bhal dawn, imma kieku niffukaw aktar fuq l-aspett liturgiku celebrattiv ikun ahjar.
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/07/2008 03:44 AM)

Jiddespjecini nghidlek li l-punt tieghi bqajt ma fihmtux.
Guest



Reply To Guest
(Date Posted:07/07/2008 07:25 AM)

Reply to is_aimoo_guest (07/07/2008 03:44 AM)

Jiddespjecini nghidlek li l-punt tieghi bqajt ma fihmtux.


Il-punt tieghek fhimtu sew aktar milli qed tahseb int.  Bhalek nemmen li l-festa trid tkun ibbazata fuq principji nsara.  Pero` dan il-forum inholoq biex niddiskutu l-aktar l-aspett artistiku u tradizzjonali tal-funzjonijiet Interni aktar milli fuq moralita`.
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/07/2008 09:16 AM)

Nerga` nghidlek li ma fihmtx il-punt. Il-moralita` ma tidhol xejn. Grazzi talli tajtni l-opportunita` biex nesprimi l-idejat tieghi u nawguralek kull success b'dan il-forum.
Guest



Risposta
(Date Posted:07/09/2008 02:23 AM)

Jien m'inix xi dilettant kbir tal-festi imma nahseb li l-festi huma sbieh immens, u zgur ma rridhomx jinqatghu.  Qed nara xi messaggi u laqghatni wiehed partikolari.  Fuq barra l-festi qeghdin dejjem jikbru.  Fuq gewwa hemm parrocci fejn in-nies qed dejjem tokkonkorri u hemm parrocci ohra fejn qeghda tonqos.  Irridu ngiduha kif inhu u ma noqghodux indawru l-fatti: fil-maggoranza tal-kazi in-nies qeghda tikkonkorri ghall-festi ta' gewwa.  Issa wiehed irid jara x'inhu jigri fil-verita f'dawk il-parrocci fejn qed tonqos il-konkorrenza.  Xi haga hazina tkun qed jigri bilfors.  Facli li wiehed iwahhal fil-poplu hux!  Wara kollox ic-censiment wera li m'hemmx ghalfejn tkun il-festa biex in-nies ma tattendix.  Ha nerga ndur fuq il-festi u nitkellem dwar dak li nara.  Dan l-ahhar qed jidhlu r-rock bands, haga li lili ma tantx tinzilli allavolja ghadni zghir.  Pero fl-istess hin nemmen li kulhadd ghandu l-mod tieghu li bih jersaq lejn Alla.  Xorta nibqa nghid imma li fil-knisja ghandha tibqa tindaqq muzika Gregorjana u Polifonika u dawn ir-rock bands jibqghu jinzammu ta' darba biss.  Inkunu sejrin zball jekk nahsbu li r-rock bands se jsolvulna l-problemi kollha.  Qed nara post partikolari fejn dan qed jaghmel diversi domandi.  Dawn il-mistoqsijiet aktar milli forsi wiehed jstaqsihom lin-nies ahjar wiehed jistaqsihom dawk li qed imexxu l-parrocci.  Mhux hekk biss imma talli l-ebda minn dawn il-mistoqsijiet ma tat twegiba kif il-kleru ghandu jigbed in-nies il-knisja mhux matul il-festa biss imma anke matul is-sena.

[FONT family=Arial color=black size=14px] Ahna lesti nghinu u naghmlu dak kollu li huwa necessarju sabiex naraw in-nies fil-Knisja matul il-festa, hi liema hi?
Inqieghdu t-talenti taghna ghad-disposizzjoni tal-Parrocca jew "armchair critics"?
Naccettaw  kollox anki meta  dan ma jaqbilx ghal widnejna?
Nahdmu id f'id ma` l-ohrajn (ghaqdiet religjuzi, kulturali, socjali,  sportivi, ecc) anki jekk dawn huma "ta` kontrina"  (xi haga li qatt ma fehmt) sabiex l-ghan ahhari (li ntejbu l-festi taghna) jintlehaq?
Bdejna naghmlu festi b'differenza (ez: naghmlu gabra ta` prodotti ta` l-ikel waqt il-gimgha/jiem tal-festa sabiex dawn imbagha jitqassmu  mill-Kleru lill-familji fil-bzonn tal-Parrocca)?[/FONT]

L-ewwel mistoqsija ezattament ma nafx x'irid jghid biha.  Jien noqghod f'post fejn isiru zewg festi u meta mmur il-quddies fit-tnejn niehu pjacir u fit-tnejn ikun hemm in-nies.  Fuq tat-talenti nahseb li hafna joffruhom, ghalkemm veru kif qal xi hadd dawn mhux dejjem isib min jilqaghhom. Gieli smajt anke li xi arciprieti jirrifjutaw xi ghajnuna ghax ma jkunux iridu jzidu aktar affarijiet u ma jkunux iridu jiksruha ma xi nies jew qassisin ohra.  Dawn veru affarijiet li ma jitwemmnux.  Hafna minnhom lanqas kelma biex wiehed jirranga xi haga ma jkunu jridu jisimghu ghax ikunu jridu jhallu l-affarijiet kif kienu. Imbaghad trid tara wkoll il-mod kif hafna mill-arciprieti jgibu ruhhom u jkellmu lin-nies.  hafna minnhom gentili, ohrajn jiddispjacini nghid li lanqas mal-bhejjem mhuma tajbin.  Noqoghdu nghidu ghal tal-linja ahna wkoll!  Ara ma tahsbux li dawn ma jezistux!  Nies bhal dawn m'ghandhomx jithallew fil-post taghhom.  Dan saqsa wkoll jekk il-partiti humiex lesti li jahdmu flimkien u fir-realta hafna huma dawk il-partiti li qed jahdmu flimkien.  It-tajjeb dejjem jintesa u l-hazin kulhadd jibqa jiftakru.  Semma wkoll il-karita` li f'hafna parrocci ghandha ssir gabra ghall-fqar tar-rahal, haga li mhux talli ssir biss fil-festa imma anke fil-Milied f'certu rhula.  Imbaghad l-aktar mistoqsija li laghqtitni kienet jekk ahniex lesti li naccettaw anke jekk ma nkunux naqblu mieghu.  Jigifieri fi ftit kliem dak li jsir fil-knisja huwa dettat kollu u n-nies iridu joqoghdu ghaliha.  Jekk dan huwa l-kaz allura, jien nista nieqaf u nistghu naqbdu u nghalqu dan il-forum u nwaqqfu l-festi kollha ghax m'ghandu jkun hawn l-ebda festa li fiha ma jsirx djalogu ta' nies.  Jien ma nafx min kiteb dak il-post jekk huwiex qassis jew le jew inkella xi wiehed minn dawn il helpers tal-knisja, imma jekk din hija l-attitudni ta' hafna mill-arciprieti u tal-knisja, allura wasalna f'estrem kbir.  Illum il-knisja stess qed tipprova tidjaloga ma nies differenti u ta' religjon ohra. Il-festa hija dejjem suggett ghad-diksussjoni inkella x'festa tkun?  Il-festa jiccelebrawa n-nies.  Jien f'hajti haga wahda biss qaluli biex naccetta anke jekk forsi ma jkunx idoqq ghal widnejna: it-taghlim ta' Kristu.  Dak biss trid taccettah.  Imma mhux jigi qassis jew arcipriet u jghidilna: Accettaw kollox anke jekk dan ma jaqbilx ghal widnejkom!  Din x'attitudni hi?  Fejn hemm lok ta' diskussjoni, id-diskussjoni ghandha ssir ghall-gid tal-parrocca u tal-festa kollha.

Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/12/2008 09:41 AM)

Meta taqra dan il-forum tirringrazzja lil Alla talli ghogbu jbierek lil pajjizna b'numru hekk sabih ta` professuri !!!!
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/13/2008 09:47 AM)

Ma nafx imma fuq ta hal tarxien kieku jien flok il kurja qas in halija iktar fil knisja ahseb u ghara kemm in zied il granet tal funzjonijiet kollu dahq fil wicc
Ta meme
17# 



Rank:none
Score:4
Posts:4
From: Malta
Registered:06/30/2008
Time spent: 0 hours

RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/13/2008 10:44 AM)

Kieku tnehhi taghna l-kurja tnehhi kull Festa Sekondarja ohra u mela kif qed tghid int!!!

Il-festa tajba lit-Tarxinizi kollha!!!

Ta meme
18# 



Rank:none
Score:4
Posts:4
From: Malta
Registered:06/30/2008
Time spent: 0 hours

RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/13/2008 10:45 AM)

U nahseb jien kieku tnehhi il-festi sekondarji inkwiet jinqala u hafna ukoll!!!

Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/15/2008 05:08 AM)

jien nahseb li jridt ikun hawn festi sekondarji ukoll mhux titulari biss
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/16/2008 07:03 AM)

Nheggigkom tidhlu taraw din il-website ha taraw xi kwalita ta' Arciprieti u Kapillani ghandna fil-parocci. 

http://rotunda.freeforums.org/index.php

Dawn  huma l-vera bojja li qed jimmassakraw it-tridijiet, l-ghosrien u l-festi ta' gewwa.  Huma stess ma jridhomx il-festi u ma l-icken skuza isibu mitt raguni biex ihassru l-festi.

Jien gej mill-parrocca tal-Mosta.  Suppost qed nicelebraw l-400 sena tal-parrocca, imma m'hu qed isir xejn.  L-ahhar wahda li smajna hi l-Arcipriet rrikatta lill wahda mill-kazini tal-baned li jhassar il-festa jekk din torganizza BBQ hmistax qabel il-festa.  L-ipokrezija imma hi li hu se jorganizza BBQ tal-festa fl-ahhar gimgha ta' Lulju xi 20 gurnata qabel il-festa.  Bhal dan l-Arcipriet hawn tlett kwarti tal kappillani u Arciprieti ta' Malta. 

Mela l-ahwa kif tridu li l-festi ma jispiccawx jekk il-qassisin stess halfu li jeqirduhom u qed jinjettaw is-susa? Il-htija li l-festi ta' gewwa idigeneraw u hadu spinta l-festi ta' barra hi tort kollu tal-qassisin li ma jimpurtahomx mill festi u c-elebrazjonijiet u l-kapep.  Allura l-poplu zvoga fuq barra sfortunatament.  X'ma jizdiex l-armar ta' barra jekk ma tistax taghmel opra gewwa?  M'inhix kontra l-festi ta; barra xejn affattu imma jiddispjacini nara li ma fadal xejn fuq gewwa

Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/25/2008 15:46 PM)

Jien l-ewwel darba li dhalt f'dan is-sit u qed niehu pjacir nara li fl-ahhar infethet forma ta' diskussjoni fuq il-festi interni. Jien inhobb hafna dak kollu li jaghmel il-festa maltija. Twelidt u nghix f'rahal li fih isiru zewg festi u l-kultura tal-festi interni u esterni kibret mieghi. Osservejt ftit mil-kummenti li nkitbu u qed nara li kulhadd jikteb skond kif jolqot lilu fil-parrocca partikolari tieghu. Pero nista' nghid li laqatni punt partikolari; Hemm bzonn kbir li Knisja f'Malta tibda tiddiskuti l-festi bis-serjeta! B'dispjacir nghid li kultant inhoss li l-Knisja mhi taghmel xejn bis-serjeta biex tibda riforma serja fil-festi. Nahseb li ftit regolamenti, li komplew holqu diskriminazzjonijiet godda kemm bejn parrocci u wisq aktar go parrocci nfushom mhux ser jirrangaw is-sitwazzjoni, anzi nhoss li morna ghal aghar. Nifhem li hemm hafna issues li wiehed ghandu jiddiskuti, pero ghandna nibdew. Kultant inhoss li l-festi mhux qed jigu biex ihallu l-gid spiritwali, imma biex ikomplu joholqu l-firda u jwegghu n-nies. Jien, perezempju, tweggani hafna d-diskriminazzjoni enormi li tezisti bejn festi liturgici differemti. Tweggani hafna meta tipprova taghmel il-festi interni aktar atrajenti u sbieh u ssib elf ostaklu ghax ma tmurx tirfess xi kallu jew taghmel xi haga li mhux suppost. Ejjew nammettu li dawn id-diskriminazzjonijiet jezistu biss fil-festi interni ghax umbaghad tohrog barra u tara kollox bil-kbir u kif suppost. U forsi ghalhekk li umbaghad id-diskriminazjoni tinhass aktar. Jien li jinkwetani hu li dawn l-affarijiet wed jikbru ma uliedna u ser ikomplu miexjin jekk mhux ser naqbdu l-kuragg u nibdew naffacjawhom. Din l-esperjenza ma gratx fir-rahal tieghi, imma waqt li mort nara festa ohra f'rahal iehor li habtet kienet festa sekondarja. Jien ghandi tifel ta' 5 snin u nzorta bhali jhobb hafna l-festi. Kif dhalna fil-knisja, ta' tifel li hu, staqsieni, "Pa, ghaliex il-linef mghotijin? Mela dawn ma jhobbuhiex il-festa?" Sincerament ma kontx naf x'ser naqbad inwiegeb u dak il-hin ivvintajt xi haga u ghidtlu," Le jhobbuha, imma nahseb ma lahqux nadfuhom". Dak il-hin irrejalizzajt li dan it-tifel huwa destinat li jikber f'din il-kultura, irid u ma jridx, u mhux ser idum wisq biex jirrejalizza ghalfejn dawk il-linef ma nizlux.
Mela ejjew inxamru l-kmiem u nibdew. Zgur li l-Knisja ser ikolla zmien difficli biex taffacja din il-problema, imma ma jistax ikun li nkomplu ninhbew minnha.
Ghal gid tal-festi kollha, ejjew nibdew nahdmu ghal festi Nsara u li jippromwovu sentimenti Nsara ta' ugwaljanza, tolleranza u mhabba.
Grazzi li min ha l-inizjattiva ta' dan is-sit. Int zgur li bdejt xi haga konkreta biex din id-diskussjoni tibda. Grazzi f'isem dawk kollha li bhali jhobbu l-festi taghna.
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/28/2008 12:27 PM)

NAHSEB LI LIT-TIFEL STAJT FEHMTU X'INHI ID-DISTINZJONI BEJN IT-TITULAR U S-SEKONDARJA
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/28/2008 13:05 PM)

jiena nahseb li l-festi sekondarji kienu zball mill-bidu.nahseb kie ikun iktar ta gid li kieku kull rahal kien jiccelebra festa titulari wahda
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/28/2008 15:40 PM)

Gheziez il-Festi Sekondarju qatt ma jistaw ikunu daqs it-Titulari u dan ghal hafna ragunijiet. L-Ewwelnett tkun haga bla sens li s-sekondarja titla daqs it-titular u dan ghaliex inti bilfors trid tara xi haga aktar fil-festa tal-parrocca. Jiena nemmen li is-seftur/a qatt ma jista' jidhol fid-dar tas-sinjur/a u jghamel dak kollu li jixtieq. F'kull rahal fl-antik il-festa titulari biss kienet tigi ccelebrata u f'daqqa wahda qedghin nipretendu li jigu daqs it-titulari. Mela jekk perezempju il-kurja taqbad u taghti dak kollu li trid lis-sekondarji tat-titulari ser iqumu zgur u jekk tiddecidi li tnehhi is-sekondarji mhux ha tkun aghar mela mhux ahjar nibqu kif ahna u nghidu xejn aktar jew!!.

Viva l-Festi Titulari f'Malta u Viva l-Paroocci.
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/29/2008 09:39 AM)

Ma tahsibx li hija gharukaza kbira li tirreferi ghal qaddisin li ghalihom jigu ccelebrati l-festi sekondarji bhala seftur jew seftura meta dawn kollha huma festi tal-Madonna u San Guzepp l-akbar zewg qaddisin li hemm fis-sema wara Kristu!. Wiehed ghandu dritt ma jqabilx ma l-opinjoni ta' haddiehor imma huwa insult li tirreferi ghall-qaddis bhala seftur. Hija din l-attitudni ta' certi nies li ggib ghajb fuq il-festi kollha u li ggieghel lil min jobghod il-festi jaghmel xalata bihom.  

Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/31/2008 03:18 AM)

Jiena gibtlek ezempju bis-seftur u seftura u ma maqdart lil hadd. Jien fejn noqghodu jien Alla grazzja t'Alla m'hemmx inkwiet ghax xfesta Titulari biss ghandna. Imma bhalma tiga' ghid ikun ahjar li nibqghu kif ahna ghax jigri u jiccaqlaq xi haga nkwiet ser ikun hawn iktar milli tiga' ghandna fil-festi. ahjar flokk noqghodu nilletikaw fuq ix-xejn nibdew nattenu l-funzjonijiet!! jasal it-tridu f'certu r-rhula knisja bahhhh flghaxija marc, kazini ippakjati, bars ukoll u pjazza mifqugha bin-nies!!!!!!!!! kontroversja ux u l-festi mhux mill-knisja jibdew suppost!!!!????? Alla fejn huwa fil-festi??? ha noqoghdu inqiesu kemm rama dak u kemm haraq l-iehor??? it-tawwal fir-rahal ta' hdejk ha tara t-tempju t'Alla jekk hux mimli!!????

Ejjew naraw x'inhuwa l-ahajr!!!!!

Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:07/31/2008 15:53 PM)

Jien dak li ktibt ftit ilu u gibt l-ezempju tat-tifel. Hadt gost li hafna urew interess u kitbu fuq dan l-argument. Nahseb li dan huwa ga pass. Ovjament u bla dubju dan zgur li huwa argument li fih elf opinjoni u kif rajna ddur fejn ddur xi hadd joqmos. L-ewwel nies nixtieq nikkumenta li lit-tifel ppruvajt nispjegalu x'inhi festa sekondarja u titulari ghax kif ga ghidt qed jghixa fir-rahal li nghixu. Pero ma jfissirx li jista' jifhem! Nahseb li l-argument tas-seftura u s-sinjura huwa bazwi, specjalment meta tikkonsidra li ghal ALLA m'hemmx distinzjoni bejn is-seftura u s-sinjura u kulhadd jidhol indaqs fid-dar tieghu. Jiddispjecini nisma argumenti bhal dawn ghax huma dawn l-argumenti li qed jaghmlu hsara kbira lir-religjon nisranija u l-kultura tal-festi.
Kien argument iehor; inhallu kollox kif inhu. Jekk tmur l-art imqaddsa hemm l-istatus quo u ma nahsibx li solva xi problemi. Anzi kompla zied il-firda u l-piki bejn l-ahwa. Skuzani imma ma naqbilx. Il-punto di partenza huwa dak li nemmnu bhala nsara u mhux it-tlellix ta' dak li nipprattikaw. Zgur li kwalunkwe decizjoni li titiehed ser iwegga xi hadd, imma ghal ta' l-anqas ejjew inkunu konformi ma dak li nemmnu u nippritkaw; li quddiem ghajnejn Alla l-Imbierek m'hemmx distinzjonijiet, imma fuq kollox bhala nsara nipprattikaw l-imhabba u t-tolleranza. Naqbel li forsi l-festi sekondarji kienu zbal, jew ahjar kif zvolgew kien l-izball. Imma ahna qed nitkellmu fuq illum u mhux fuq 200 sena ilu.
Fl-ahhar xi hadd qal li hu gej minn parrocca fejn hemm festa wahda. F'dak il-kaz jiddispjacini imma ma tistax tifhem id-diffikultajiet u l-problemi interni u minn taht li jkunu qed jigru f'parrocci fejn hemm aktar minn festa wahda. Sincerament ma nahsibx li wiehed jista jikkumenta fuq dan l-argument jekk ma jkunx jaf veru xi jfisser.
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:08/01/2008 04:01 AM)

jiena gej minn parocca li fiha zewg festi.ma nistax nifhem kif is- sekondarja  QATT xi darba tipretendi li xi darba tista tigi daqs titular.titular isimha maghha.kulhadd ghandu izomm postu
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:08/01/2008 07:26 AM)

Il-Parrocca li gej minnha jien ukoll fiha zewg festi u  kburi nghid li jien mas-sekondarja, imma b'dan kollu ma jfissirx li b' xi mod trid tbaxxi t-titular. Hafna drabi l-partiti tal-festi titulari specjalment dak fejn noqghod jien, jahsbu li fir-rahal ghax huma mat-titular il-parrocca imexxuha huma u mhux il-kapillan. Mentri kulhadd jaf li kull partit ta' kazin ghandu x' jaqsam biss mal-festa tieghu u mhux jipprova jindahal f' ta' haddiehor hija bla sens li tghid kulhadd izomm postu ghax l-ebda bniedem mhu inqas minn haddiehor. U minn tant affarijiet il-festi sekondarji huma zball ghax nahseb hu ferm aghar fejn ghandek zewg kazini ghall-istess festa hekk kif kulhadd irid jigbed lejh fl-istess festa u tista' tghid li jsir konfront dirett bejn marci ta' kazin u marci ta' kazin iehor. Barra minn hekk ghandek postijiet fejn hemm  zewg parrocci jew aktar kollha bil-festa taghhom bhal Belt, u ohrajn bhal Birgu fejn ghandek Parrocca u Knisja tal-patrijiet. Allura dan kollu huwa zball?!! Fl-opinjoni tieghi l-izball hu l-pretensjoni ta' certi nies li jippretendu li huma xi haga aqwa minn haddiehor u jidtghu jaghmlu li jridu. Jien nifimha int ghamel il-festa tieghek u lili hallini naghmel tieghi   

Guest



RE:Festi Sekondarji
(Date Posted:08/01/2008 14:54 PM)

Nahseb li l-problema qeghda propju hawn, il-pretensjoni jew li wiehed jippretendi. Ma ninsewx li qed nitkellmu fuq x'ghandu jigri fid-dar ta' Alla u nemmen li hadd m'ghandu jippretendi xejn. Kif tidhol f'din is-site jilqek statement li jintroduci l-festi interni u x'jaghmilhom sbieh u x'qed jiprova jkissirhom. Jien nahseb li xi hadd jippretendi xi haga mil-festi interni jkun qed jaghmlilhom hafna hsara u jiddispjacini nghid li l-hsara tinhass fuq iz-zewg festi, kemm it-tular kif ukoll il-festi sekondarji, ghax meta tidhol il-pika ma jbatix wiehed biss imma jbati kulhadd.

Xi whud qed jiktbu, "kif tipretendi li sekondarja tkun daqs titular!!" Meta ktibt jien qatt ma ghidt li hekk ghandu jsir. Il-punt li tlaqna minnu huwa zewg festi f'parrocca wahda. Meta dawn bdew ma kellhomx problemi. Wahda kienet il-festa tal-parrocca u ghalhekk kien mistieden ghaliha kulhadd u kien jippartecipa fiha kulhadd. L-ohrajn kienu festi ta' fratellanza partikolari u ghalhekk kienu jigu celebrati mil-membri ta' dik il-fratellanza biss. mela kull fratellanza kellha zewg festi, dik tal-parrocca u tal-qaddis/a patruna taghha. Sfortunatament illum m'ghadniex hekk. Illum qed nghixu f'sitwazzjoni li l-kontroll tal-festi nterni qed jigi mmanipulat minn taht mil-kazini tal-baned u ghalhekk spiccajna biex ghandna knisja, jew parrocca, li fuq naha hemm grupp ta' nies li jghidu li l-knisja taghhom u jaghmlu li jridu fil-knisja ghax huma "tat-titular" u fuq naha ohra ghandek grupp iehor ta' nies li huma marbutin b'sensiela ta' regolamenti biex ma jmurx jaghmlu xi haga aktar milli hu suppost. Jien personalment ma nahsibx li din hija gustizzja. Li kieku kelna mmorru lura ghal istat orriginali, fejn il-kontroll totali jkun f'idejn il-kappillani u fejn il-festi titulari jzommu posthom bhala festa tal-parrocca u l-festi sekondarji bhala festa tal-fratellanza, nahseb naqbel jien ukoll li s-sekondarji m'ghandhom qatt jaqbzu titular. Imma jiddispjacini, irridu nammettu li din mhix il-verita li qed nghixu. Il-festi titulari saru ta' kazin partikolari biss u l-festi sekondarji m'ghadhomx tal-fratellanzi, imma saru ta' kazin iehor. Dan huwa l-qofol tal-problema. Ghalhekk umbaghad tinhass ingustizzja meta ulied ta' l-istess parrocca ma jigux trattati l-istess. Ghalhekk thossok wild illegittimu tal-parrocca ghax l-lilek il-parrocca mhix taghtik daqs huk. Ghalhekk ukoll ktibt li hemm bzon li l-knisja tara x'ser taghmel u tibda tiddiskuti rriforma. Meta ghidt hekk ma kontx qed infissir bil-fors li z-zewg festi jigu ndaqs. Dik hija wahda minn options differenti li wiehed jikkunsidra. Imma zgur li hemm ohrajn. U hawn tidhol id-diskussjoni li wiehed jara suggerimenti diversi u opinjonijiet diversi qabel jidhol ghal din il-bicca ugigh ta' ras.

jine ghalija nibqa nghid li ma nistghux nibqghu sejrin hekk. Qed nispiccaw nifirdu l-festi minn dak kollu li hu religjuz u spiritwali. Fejnhom it-tolleranza, l-ugwaljanza, l-imhabba bejn l-ahwa? Inutli taparsi nimlew il-knejjes umbaghad nibaghtu l-ittri anonimi konta xulxin biex naghmlu l-hsara lil xulxin. Jew nitilghu nigru l-kurja biex nugzaw lil xulxin fuq xi bozza jew bicca drapp zejda. Din x'religjon hi? Tajjeb nibdew nistaqsuhom dawn id-domandi.

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 3    

www.dinodirect.com!!!You won't find anywhere else more than 80% off.
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.