User Name  Password
Festi Interni
Title: Parrokkjalizmu
Hop to: 
Search Tags: Parrokkjalizmu
Views:197     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:12/04/2008 16:33 PM)

Gheziez qarrejja ta' dan il-Forum

Naf li hafna minnkom, uhobbu l-festi u ghandhom ghal qalbhom ir-rahal ghaziz li fih twieldu.  Poeti kbar u awturi ta' fama mondjali kitbu u hallewlna wirt poetiku u letterarju dwar l-imhabba li ghandhom lejn ir-rahal taghhom jew belt fejn twieldu u ghexu.  Hafna minn dawn isemmu hafna affarijiet li huma marbutin mal-belt jew rahal twelidhom.  Element ewlieni li hafna minnhom juzawh bhala s-simbolu ewlieni tal-belt taghom hija bla dubju ta' xejn il-figura tal-qaddis patrun jew qaddisa protettrici.  Dan huwa oggett sabih hafna, tant li maz-zmien l-ulied ta' dak ir-rahal jissemew ghal dak il-qaddis.  Issa ara llum x'inhu jigri!  Kulhadd isemmi lit-tfal ismijiet strambi, marbutin ma' atturi u attrici, ismijiet li m'ghandhom l-ebda tifsira religjuza.  Dak huwa z-zmien li qeghdin nghixu fih biex insemmi ezempju wiehed, dak il-modernizmu li hafna jriduna naddattaw ruhna ghalih!.

Imma ha nkompli fuq il-parrokkjalizmu.  Sfortunatament illum tant kemm sirna nibzghu, li kif jghid il-Malti, il-kelb il-mishut kull ilma jahsbu mushun.  Ezatt kif naraw lil xi hadd jaghmel hiltu kollha biex imexxi l-idenitta` tar-rahal tieghu 'il quddiem, tara xi 4 min-nies li BL-ISKUZA TAL-PARROKKJALIZMU jaghmlu minn kollox biex joqtlu l-interess u l-entuzjazmu.  Jekk il-parrokkjalizmu huwa hazin, ghiduli hbieb, xi dnub huwa dak li bl-iskuza tal-parrokkjalizmu noqtlu l-interess genwin ta' nies li ghandhom interess li jgeddu t-tradizzjoni, il-kultura u l-arti fil-belt u r-rahal taghhom.

F'dan il-pajjiz hawn hafna ipokriti.  Nispera li l-knisja ma tkunx komplici f'dan l-att barbaru, bl-iskuza perenni tal-PARROKKJALIZMU.

Qarrej u osservatur, ta' socjeta` dejjem moderna, anti-kulturali u socjeta` dejjem boghod minn Alla.

Guest



Ittra li dehret fuq 'Il-gens Illum' dwar il-Parrokkjalizmu
(Date Posted:12/04/2008 16:39 PM)

Din li gejja hija ittra li dehret recenti dwar insinwazzjonijet dwar il-parrokjalizmu
_______________________________________________

Dan jissejjah parrokkjalizmu?


Sur Editur,

Wiehed li ffirma “Malti” mill-Marsa fi IL-GENS illum tas-Sibt, 15 ta' Novembru, ghogbu jilminta dwar kitba li kienet dehret fil-fuljetti tal-quddies b'kitba dettaljata storikament tal-parrocca tal-Portu Salvu u San Duminku, il-Belt Valletta, ghax kif qal hu, trewwah il-parrokkjalizmu.

Milli jidher, dan l-awtur ma jsegwix dawn il-karti tal-quddies kull nhar ta' Hadd, ghax din is-sensiela ta' informazzjoni dwar il-parrocci Maltin u Ghawdxin ilha s-snin tidher, izda l-imsejken “Marsi” dik tad-Dumnikani taghtu fastidju.

Fuq kollox, x’hemm hazin li ahna bhala wlied il-Knisja Maltija, insiru nafu (fil-qosor) dwar il-parrocci kollha taghna?

Allura, skond “Marsi”, taghrif u fatti ta' storja huwa parrokkjalizmu?
Mela skond l-awtur, lanqas riklami mhuma flokhom f'dawn il-fuljetti bhala ghajnuna fl-ispejjez taghhom.

Iva, naqbel mal-organizzaturi tal-karti tal-quddies, li jibqghu jaghtu din l-informazzjoni ta' siwi.

Personalment, tant naqbel ma' dan il-pass, li sahansitra ghandi album bir-rekord ta' dawn il-parrocci (kollha).

Il-parrocca ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu u San Duminku hija wahda meqjusa bhala ewlenija u storika sa mit-twaqqif taghha fit-2 ta' Lulju 1571 bil-bolla Ex Debito Pastoralis Offich mill-Papa San Piju V.

Il-Belt
RALPH MICALLEF

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

Biggest Coupon for Cucusoft Converter,Lowest Price 50% Off Online once in a blue moon!
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.