User Name  Password
Festi Interni
Title: LAQGHA
Hop to: 
Views:306     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:09/02/2008 07:39 AM)

AVVIZ

LAQGHA

 

Se Ssir Laqgha Ghal Dawk li Jhobbu l-Festi Interni u r-Rit Tridentin

Jum:  
Il-Hadd 28 ta' Settembru 2008

Post: 
Fuq iz-Zuntier tal-Kon-Katidral ta' San Gwann

Hin:   
Wara, li tintemm il-quddies tad-9:15am li partijiet minnha jkunu bil-Latin (Novus Ordo).

Tkun haga sabiha kieku l-ewwel nattendu l-quddiesa u mbaghad niltaqghu fuq iz-zuntier.

l-Ghan principali huwa dak li l-Festi Interni u r-riti Liturgici tradizzjonali kif ukoll Riti Tridentini jibqghu jigu prattikati u ssalvagwardjati, specjalment f'dawk ic-celebrazzjonijiet li jsiru fil-festi patronali taghna f'pajjizna.  Dan huwa ghan nobbli hafna u huwa bi dritt u b'obbligu li kommunita` ta' nies tinghaqad flimkien biex thares il-patrimonju taghha kemm bhala insara u kemm bhala cittadini ta' dan il-pajjiz.

Membru f'dan il-forum li ghandu xewqa li jitwaqqaf grupp/moviment li jhares il-Festi Interni u d-drawwiet liturgici tradizzjonali halla l-email tieghu bil-ghan li tikkuntattjawh.  L-e-mail hu:  rittridentin@gmail.com

Kull min ghandu xi kummenti jew ideat jew opinjonijiet jista' jiddiskutihom billi jirrispondi u jkmpli jikteb f'dan it-topic.


Guest



RE:LAQGHA
(Date Posted:09/02/2008 11:33 AM)

Nixtieq nissugerixxi bidla. Jien issuggerejt li ghandna nsibu knisja u hin u data, u ferhan tassew li dan ser isehh. Issa jekk jghogbokhom isimghu din. Ejjew ma nuzawx il-kelmiet rit tridentin. Dan mhux sew ghal diversi ragunijiet:
1. Dan mhux rit miktub fi Trentu, izda ir-rit tal-knisja universali ikkristallizzat fir-riforma tridentina, infatti il-missal gie promulgat mill-Papa San Piju V, wara l-koncilju ta' Trentu. Din il-liturgija venerabbli hi hafna eqdem, infatti fi studji ta Dr Alcuin Read, O'Connor, Fortescue innifsu, il-Beatu Ildefonos Schuster u hafna ohrajn jaffermaw li l-komposizzjoni bazika tal-Kanoni Ruman ghandu tracci appostolici.
2 Il-Wisq mahbub u missier taghna Benedittu XVI (ghomor twil, risq u barka) isejjah dan ir-rit bhala r-rit straordinarju tal-Knisja filwaqt li dak li nsejhu Novus Ordo, tal-Papa Pawlu VI u r-rit Ordinarju. (Ara Summarum Pontificum)
Mela ejjew inkunu aktar precizi u studjati u naghmlu enfasi li ahna ghandna bzonn l-ikel qaddis tar-rit straordinarju tal-Knisja, dak l-ikel tant bnin li tema` nies bhall San Tumas ta Aquino, San Filippu Neri, San Gwann Bosco, il-qaddis kurat ta'Ars, San Gorg Preca, San Piju ta' Pietralcina u tant u tant qaddisin.
Punt iehor. Lejlet San Mikiel ser niltaqghu informali, min jaf kieku l-ewwel laqgha formali li nippjanaw tkun f' xi knisja fejn sacerdot lest li jesponi is-Santissimu ghal-kwarta adorazzjoni fis-skiet li noffruha ghal-Q.T. il-Papa u l-Arcisqof taghna. Jekk ser nibnu moviment liturgiku rridu nibdew ma'Gesu` u mieghu biss!
Tinsewx ukoll tharsu lejn web sites barranin bhal: http://thenewliturgicalmovement.blogspot.com/ u kif ukoll l-Istitut ta' Kristu Sultan, ta' min nillinkjaw maghhom minn kmieni: http://www.institute-christ-king.org/
Nittama li ma dejjaqt u offendejt lil-hadd. Inwieghed lilkom ilkoll it-talb tieghi.
Guest



RE:LAQGHA
(Date Posted:09/03/2008 00:50 AM)

Jien naqbel maghkom fuq l-idea li l-liturgija antika terga tigi prattikata anke kif propona xi hadd billi jkun hemm knisja u hin partikolari biex issir quddiesa bbazata fuq ir-riti tradizzjonali.

PERO hbieb ejja ma niddevjawx mill-punt li l-ewwel ghan ghandu jkun dak li nharsu u naghmlu hilitna biex il-liturgija tradizzjonali tibqa' u terga tinbet fil-festi interni patrunali fl-irhula u l-ibliet taghna.  Dak kien l-ewwel ghan li ghalih twaqqaf dan il-Forum.  Ma ninsewx li bis-sahha tal-festa, in-nies kollha jkollha cans li dduq mis-sabih tal-liturgija tradizzjonali u dawn l-affarijiet jekk irriduhom jibqghu jippersistu fiz-zmien iridu jgawdu mill-popolarita` tan-nies kollha u mhux minnha biss li nhobbu dawn l-affarijiet.

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

Biggest Coupon for Cucusoft Converter,Lowest Price 50% Off Online once in a blue moon!
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.