|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/26/2008 03:45 AM)
Prosit xbin ilqat il-musmar fuq rasu - ma stajtx tiddeskrivhom ahjar lill dawn it-tradituri. Hekk hu hafna minnhom issibhom ukoll fil-kunsill parrokjali. M'hux ovvja? la huma l-hbieb tal-kapillan/arcipriet bihom irid jinqeda biex iwettaq dak li jkollu fi hsiebu ghax huma jghidulu Yes Sir. Tghid m'hux ser issib xi dilettant tal-festi f'dawn il-kunsilli. Niftehmu dawn in-nies huma nies twajba imma m'ghandhomx kuragg jieqfulu meta il-kappillan jigi b'xi ideaj brillanti biex per ezempju jaghmel l-ghasar bil-Malti flok bil-Latin, jew ideffsu waqt il-quddies, ghal nhar il-festa ma jnehhix l-artal mejda ecc. Jista jaghti l-kaz li dawn in-nies ma jkollhomx kontra t-tradizzjonijiet tal-festi u gieli tarahom f'parrocci ohra jiehdu gost bit-tradizzjonijiet ta' haddiehor imma meta l-bojja tal-parrocca jiddeciedi li jaqta dawn l-uzanzi ma jieqfulux jew ghall-anqas jitilqulu u jhalluh wahdu - le ibaxxu rashom - jekk ma jargumentawx ukoll li dan kollu skond l-ispirtu tal-Koncilju u ghalhekk jehtieg li naggornaw ruhna u m'hux nibqghu marbutin ma l-antik!!
Ifhem ma nahsibx li ghandhom xi gwadann finanzjarju, forsi jgawdu minn xi ikla u l-parties tal-festa, xi cake fil-Milied pero l-aqwa gwadann hu li jkunu meqjusa bhala ta' awtorita, joqghodu fir-ringiela ta' quddiem waqt il-funzjonijiet solenni, jitilghu jaqrawit-talb tal-fidili, jaghmluha ta' appostli f'hamis ix-xirka, joqghodu fl-intrata tal-kappillan waqt xi marc jew attivita tal-parrocca halli n-nies tarhom u tghoddhom b'nies rispettabbli ghax midhla tal-kapillan ecc ecc.
Tant huma mercenarji dawn in-nies li meta jinbidel kappillan dlonk tarhom jaraw kif jiddefsu mal-kappillan il-gdid halli jkomplu jaghtu "servizz" lill-parrocca.
|
| Support us |
Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here. |
 |
Super Virtual Game Currency Online Store
Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/26/2008 06:18 AM)
Nerga nghidlek li iva hemm bicciet minnhom li ghandhom gwadann finanzjarju, u allura dawn minflok jahdmu ghall-gid tal-parrocca jispiccaw dejjem jaqblu ma' dak li jghid l-arcipriet jew kappillan. Dawn in-nies fl-ahhar mill-ahhar jisoiccaw jahdmu ghalihom u ghal buthom u mhux ghall-parrocca.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/27/2008 00:16 AM)
Ghalfejn ma tidholx fil-kunsill parrokkjali int u dawk kollha li ghandom ghall-qalbhom il-festa halli jkun hemm vuci ohra kontra dawk li jghidu kollox iva lill-kappillan jew l-arcipriet?
|
|
Guest
|
|
|
Reply To Guest
(Date Posted:08/27/2008 04:29 AM)
Reply to is_aimoo_guest (08/27/2008 02:16 AM)
Ghalfejn ma tidholx fil-kunsill parrokkjali int u dawk kollha li ghandom ghall-qalbhom il-festa halli jkun hemm vuci ohra kontra dawk li jghidu kollox iva lill-kappillan jew l-arcipriet?
1. Ghax ma jhallukx
2. Ghax hadd ma jaf x'inhi l-procedura, (Jekk tezisti !!!)
3. Xi hadd qalli li l-kappillan/arcipriet stess jaghzilhom (u jaghzel lil min irid hu u kif jaqbillu ... jigifieri jaghzilhom b'mohhu halli meta jigu ghal-laqghat kulhadd jghid tieghu imma fl-ahhar kelmet il-kappillan tghaddi.)
4. Jekk issaqsi min hemm fil-Kunsill Parrokjali taghna ma nafx nghidlek min huma ghax hadd ma jafhom.
5. Nixtieq inkun naf jien jekk il-kunsill jibqax bl-istess nies anke wara li jinbidel il-kappillan/arcipriet?
Issa ipprova rrispondini fuq dawn.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/27/2008 04:53 AM)
Siehbi, ha nipprova nwiegeb ghall-mistoqsijiet li ghamilt f'dan il-forum:
1. Ghax ma jhallukx Kulhadd jista` jattendi dawn il-laqghat. Ma nahsibx li jaghmlu xi restrizzjonijiet. 2. Ghax hadd ma jaf x'inhi l-procedura, (Jekk tezisti !!!)
Il-procedura semplici hija li tara meta se terga` ssir laqgha tal-kunsill parrokkjali u kun hemm. Imbaghad staqsi lil dawk li jattendu jekk hemm xi procedura jew le.
3. Xi hadd qalli li l-kappillan/arcipriet stess jaghzilhom (u jaghzel lil min irid hu u kif jaqbillu ... jigifieri jaghzilhom b'mohhu halli meta jigu ghal-laqghat kulhadd jghid tieghu imma fl-ahhar kelmet il-kappillan tghaddi.)
Ma nafx minn fejn int u ma nafx fuq liema kriterja dawn it-talin geww maghzula fir-rahal jew belt tieghek. Ghandu mnejn dawn geww maghzula ghax huma rappresentanti ta` ghaqdiet socjali u/jew religjuzi fir r-rahal jew belt tieghek. Jista` jkun li dawn hadu nteress u geww ghall-laqghat parrokkjali u ohrajn le. 4. Jekk issaqsi min hemm fil-Kunsill Parrokjali taghna ma nafx nghidlek min huma ghax hadd ma jafhom.
Jekk gew maghzula mill-kappillan jew arcipriet, mela hemm xi hadd li jaf min huma. Staqsi naqra fir-rahal jew belt tieghek; ara minn hu c-chairman jew segretarju tal-kunsill parrokkjali; staqsi lill-ghaqdiet socjali u/jew religjuzi ghal aktar taghrif. Jekk ma tasalx hekk staqsi lill-kappillan jew arcipriet jew xi qassis jew religjuz iehor. 5. Nixtieq inkun naf jien jekk il-kunsill jibqax bl-istess nies anke wara li jinbidel il-kappillan/arcipriet?
Jiddependi xi jghid l-istatut.
Issa ipprova rrispondini fuq dawn. Nispera li kont ta` ghajnuna.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/27/2008 05:33 AM)
Habib dawn ir-risposti li tajt huma kollha zbaljati.
1 Il-laqghat m'humiex pubblici - dawn isiru fil-maghluq jew fis-sala parrokjali, jew fl-ufficcju parrokjali jew f'xi centru ecc. Xi hsiebthom il-laqghat tal-Kunsill Lokali jew? Qas dubbiena ma tithalla tidhol ahseb w'ara xi dilettant tal-festi.
2 Kif ghitlek min m'hux imsejjah ghall-madwar il-mejda ma jistax jattendi
3 Il-Kunsill Parrokjali hu ffurmat BISS minn raprezentati ta' l-ghaqdiet religjuzi Ghaqdiet Socjali m'humiex mistednin. Pero bizzejjed tkun tal-qalba mal-kappillan imbghad ideffsek hu f'xi prayer group jew fil-legion u imbghad minn hemm idahhlek fil-Kunsill.
4. Nerga nghidlek ghaqdiet socjali m'humiex raprezentati
.
5. Ma nafx li jezisti statut. imma dwar dan m'inhix cert.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/27/2008 05:53 AM)
Skuzani...imma jien tkellimt fuq l-esperjenza tieghi fejn noqghod jien u l-affarijiet li semmejt inti rigward il-kunsill pastorali parrokkjali ma jsirux. Nissugerilek li xorta tindaga naqra.
Grazzia
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/27/2008 07:16 AM)
Dan kollu juri kemm hawn nuqqas ta' ugwaljanza u nuqqas ta' uniformita` bejn il-parrocci.
Fid-dawl ta' dan it-taghrif kollu, nahseb li sahhaht hafna mill-konkluzjonijiet li ili li ghamilt. Jekk il-kunsill pastorali parrokkjali huwa ffurmat min-nies li huma diga f'ghaqdiet religjuzi, allura taghmel ftit kontijiet l-aktar oggett li ser jigi indirizzat hija l-hidma pastorali. U l-hidma l-ohra materjali? Il-hidma kulturali? L-aspett storiku tar-rahal? Dan allura ghnadu jigi traskurat? Issa li hadt idea bejn wiehed u iehor tat-tip ta' nies li jkunu f'dan il-kunsill nahseb li nista' nghid, li dawn in-nies il-festa mhux dejjem tkun toghgobhom ghax hafna minnhom jiddeskrivuha 'pagana', meta l-knisja stess torganizza. Naturlalment jien qed nitkellem fuq il-festi ta' gewwa, ghax dan forum fuq il-festi interni u mhux ta' barra. Temmnu li hawn nies li ma jahmlux jaraw opri godda jew sahansitra opri restawrati? U jiddispjacini nghid li hafna minn dawn issibhom fil-kunsill pastorali. Iva, hafna minn dawn in-nies li jkunu ossessjonati bl-ispirtwalita`, li f'kull haga jridu bilfors jghidu li dik hija pagana, u li dik hija kwazi kwazi dnub, sfortunatament ikunu parti minn dan il-kunsill pastorali. Fi ftit kliem il-kunsill pastorali parrokjali jkuniffumrat min-nies ta' certu spiritwalita` imma mbaghad hafna minnhom u nerga nghid hafna minnhom ma jinteressahom xejn mill-affarijiet sagri kulturali tal-knisja u nazzarda nghid li hafna minnhom lanqas ikunu jafu x'inhi quddiesa tridentina, jew x'inhu Summorum Pontificium, l-importanti li mmorru puliti l-knisja u meta jasal il-waqt naqbdu dik l-imbierka kitarra u nuzaw il-kliem tal-grupp Abba jew minn xi musical u npoggulu kliem religjuz ghal waqt l-introjtu jew it-tqarbin. Zgur ma rridx niggeneralizza. Imbaghad hemm parrocci fejn l-affarjiet sagri u kulturali tal-knisja huma f'idejn nies li jafu kif imorru l-affarijiet tal-knisja. Tghid mhux se tmur iz-Zejtun jew iz-Zurrieq jew Bormla u tara dawn l-affarijiet! L-isfortuna hija li min imexxi jkollu agenda, u qieghdin ninnutaw li fl-agenda qieghed ikun hemm lijonqsu l-affarijiet tradizzjonali u kulturali tal-festi interni. M'ilux qrajt dak il-post dwar Hal tarxien. verita' kollu verita'. Dinis-sena sar taqlib kbir fl-Ghosrien taghhom. Dan sew ghiduli? Dan sew? Mela allura l-kurja ghaleix waqqfet Kummissjoni Kultura? Biex noqoghdu naghmlu l-festival tal-korijiet Maltin? Li veru, inizjattiva sabiha imma dan il-kunsill irid jahdem bis-serjeta` biex dak li hemm fil-parrocci jigi salvagwardjat minn taht idejn li ma jifhmux. Jew inkella s'sens fih li twaqqaf 'Kummissjoni ambjent' u 'kummissjoni sports' u 'notifiki ghal imgiba korretta fuq ix-xtajtiet', meta tara li fil-parrocci stess qieghed ikun hawn dan it-tahwid kulturali kollu fejn festa ssir b'mod u sena ta' wara l-istess festa jaqilbuha ghal wahda 'below standard' ibbazata aktar fuq kitarri u cerimonja ta' l-ghaggla u ta' malajr? Problemi hemm hafna u l-ikbar problema hija li hemm parrocci li qed ikunu traskurati u hemm qieghed jaghlaq ghajnejh it-tnejn ghaltaparsi mhux qed jinduna. U n-nies issa qieghda tixba u jkun ahjar jekk isiru t-tibdiliet necessarji f'certu parrocci, ghax in-nies iktar se titbieghed mill-knisja jekk jibqghu imexxu certu nies.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/27/2008 08:03 AM)
Naqbel 100% ma din l-ahhar post. Kollu minnu li nkiteb. Is-sekularizmu qed jifni l-knisja ta' Kristu fin fin.
Jien l-hena tieghi meta mmur barra infittex il-quddiesa Tridentina (Grazzi ghall-mahbub papa konservattiv Benedettu XVI), hawn Malta jghadduk b'mignun jekk tipproponiha. Bil giri jghadduhielek.X'jippurtahom mill-Motu Propio! Hawn Malta kull qassis hu l-papa u flok Motu Propio ghamilna Moto IMpropio! L-aqwa l-kitarri u xi Amazing Grace - kocc muzika profana. Fejn hi s-serjeta?
Taf x'inhi l-ironija li l-kapillani m'ghand id-dilettanti jigbru l-flus (ghax min ma jhobbx il-festi ma jaghtix), imma imbghad il-kappillani juzaw dawk il-flus li gabar m'ghand id-dilettani biex jghoghob lil dawk li ma jahmlux il-festi jaghmel xi quddiesa Taize, jinvolvi l-"kommunitajiet" parrokjali, l-ghosrien jaghmilhom bil-Malti (jekk ma jeqridhomx) ecc ecc. U dan kollu bil-barka (jew ahjar bil-paravendu) tal-Kunsill Parrokjali - ghax hekk titlob l-ispiritwalita. U erhilhom lis-surmastrijiet Nani, Bugeja, Camilleri u Diacono jitqalbu f'qabarhom imsieken.
Quo Vadis Ecclesiam Melitae?
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/28/2008 00:15 AM)
Skuzani, habib, izda nahseb li ma fehmtx. Ma tistghax tpoggi kull kunsill parrokkjali f’kejl wiehed. Ma tistghax tghid kif inhu ffurmat l-kunsill parrokkjali tar-rahal jew belt tieghek jekk qatt ma mort laqgha.Ma tistghax tikkumenta fuq xi inhu jigri f’belt jew rahal iehor fid-dawl ta` dak li qed jigri fir-rahal jew belt tieghek. Ghogobni hafna dak li kiteb Josef fuq x’gara f’Hal Tarxien. Peress li qatt ma tghallimt il-Latin, jien personali jghogobni l-ghasar bil-Malti ghax hekk nista` nsegwih, nifhmu u nkompli mall-gemgha f’din it-talba sabiha. Habib, nerga` nghidlek indaga naqra; ghalkemm perswaz lidan il-parir li tajtek huwa ghal xejn. Grazzi xorta wahda talli irrispondejtni.
|
| Support us |
Just click the links below and your donations will make a difference here. |
 |
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:08/28/2008 08:14 AM)
Nahseb li l-parrocci imxu differenti minn xulxin, barra l-fatt li kappillan huwa differenti minn iehor. Hemm veru ma min tista tithaddet u hemm min ma tistax. Fuq il-Kunsilli Pastorali, nemmen li jaghmlu hafna gid, imma li rridu nghidu huwa li f'certi kazi, kemm il-liturgija tal-festa u kemm it-tradizzjonijiet tal-festa f'dawn il-kunsilli qed jigu traskurati ghax qed ikun hemm grupp li huma meghdijin wisq pastoralment u fit-tradizzjonjiet liturgici mhumiex intizi. Nahseb ukoll li certu kummissjonijiet mhumiex organizzati u hemm hafna tahwid u nahseb li tant kemm hemm nuqqas ta' organizazzjoni li dejjem tghaddi ta' dawk li jridu jzidu l-modern u jnaqqsu dak li hu tradizzjonali. Jien nixtieq inkun naf verament minghand dak ta' Hal Tarxien, jekk it-tibdil ta' l-Ghasar giex diskuss jew le fil-laqgha tal-Kummissjoni Pastorali tal-parrocca taghhom? U jekk gie diskuss, nixiteq inkun naf x'ragunijiet ta l-kappillan biex dawn l-Ghosrien jitbiddlu u jsiru fil-forma modernissima li saru dinis-sena? Grazzi hafna.
|
|
Guest
|
|
|
RE:Klikek mal-Kappillani u Arciprieti
(Date Posted:09/08/2008 14:06 PM)
Gheziez hbieb, Nixtieq naghti kumment anki jiena rigward il-kunsill pastorali tar- rahal tieghi (HAL GHAXAQ) u ktibtu kbir biex kullhadd jara minn fejn jien. Il- nies ta dan il- kumitat il-maggoranza kbira ta l-abitanti tar-rahal hadd ma jafhom, jien membru ta socjeta fir-rahal u kien hemm snin li dawn ic-certi nies bdew jipruvaw jindahhlu kif jsiru il-festi. Bdejn nindaga naqra biex nara min huma dawn in-nies li lili l-ewwel wiehed jridu jindahhluli kif jsir il-festa meta jien wiehed minn dawk li gej minn familja antika u attiva go socjeta tal-festa. L-iktar li nhraqt tafu x'hini? Li tlett kwarti minn dawn l-angli tal- paci lanqas biss huma mir-rahal !!!!! u riedu jindahhlu kif issir festa gor-rahal. L-aqwa li issa jindahlulek kif se taghmmed it-tarbija tieghek u il-kant fil-knisja gibnieh isek edt tisma diska ta Joe Demicoli, jew jitellghu jaqraw fil-qari u il-kelma t'Alla naqrawa issa xi radju dramm ta Twanny Scarpello Dawn l-affarijiet huma parti mill-konsegwenza li in-nies qeghda taqta mill-quddies ghax x'hin nara dawn il-kummiedji sirt jew noqghod nhares lejn il-pittura, jew nqum u nitlaq il-barra jew l-ahjar haga li qieghed naghmel dan l-ahhar hi li mmurr nisma quddies ximkien iehor u allinqas ma narax tejatrin
|
|
|