|
(Date Posted:08/27/2008 01:03 AM)
Qabel xejn nifrah lil dawk kollha involuti f'dan il-forum: l-ewwel nett lill-organizzaturi ghas-serjeta' imma wkoll lil dawk kollha li jippartecipaw ghal mod matur li bih qieghdin jiktbu l-entires taghhom. Xtaqt nigbed l-attenzjoni taghkom id-dilettanti tal-festi ghall-KTEJJEB PROGRAMM TA' SANTA MARIJA TA' GHAWDEX, ippublikat mis-SOCJETA' MUZIKALI "LEONE" TAL-VICTORIA. Jien wasalli l-bierah minn Ghawdex. VERAMENT PROSIT KBIR. Minbarra l-prezentazzjoni stupenda tal-ktejjeb, bqajt impressjonat bl-ammont kbir ta' artikli storici u religjuzi li fih, kollha miktubin b'serjeta' kbira. Insemmi per ezempju l-artikli storici ta' Anton F. Attard maghruf bhala l-istoriku ewlieni ta' Ghawdex mal-Professur Rev Bezzina u espert fil-folklor ta' Ghawdex. Hemm ukoll kitbiet ta' Rev Saliba fuq is-Santi Padri. Prosit anke lil dawk l-ohrajn li kitbu kontribuzzjonijiet ohra. IMMA DAN MHUX BIZZEJJED! Ghax mal-ktejjeb-programm tqassam librett iehor ta' xi 60 pagna, format ta' ktieb, miktub minn Anton F. Attard dwar l-istorja tar-Rabat u tal-Kattidral. U DAN KOLLU GHAL KONTRIBUZZJONI LIBERA TA' 3 EURO!!! Verament prosit. Waqt li nifrah lil din il-banda, inheggeg lid-dilettanti jakwistaw kopja.
|