Festi Liturgici
It-Tlieta 29 ta' Lulju 2008
Hrug tal-vara min-nicca
4.30pm Hrug tal-vara ta' Santa Marija min-nicca.
6.00pm Ruzarju meditat mill-legjun ta' Marija.
6.30pm Quddiesa ccelebrata mill-Kan. Dun Angelo Vella bis-sehem tal-Grupp Kitarri. Wara l-quddiesa nisimghu l-innu l-gdid li gie miktub biex jizzanzan ghall-okkazjoni tal-biçentinarju ta' l-istatwa waqt li tkun qed tintrefa biex titpogga fuq il-bradella.
L-Erbgha 30 ta' Lulju 2008
Bidu tal-kwindicina - Marija tistedinna nimxu wara Gesù
Naghtu bidu ta' 15-il gurnata ta' preparazzjoni ghall-Festa ta' Santa Marija.
12.00pm Mota li thabbar il-bidu tal-Kwindicina
6.00pm Quddiesa kantata bis-sehem tal-orkestra u kor Amadeus taht it-tmexxija ta' Mro Brian Cefai. Iqaddes u jippriedka l-isqof Nikol Cauchi. Wara l-quddiesa jibda l-pellegrinagg, bl-istatwa ta' Santa Marija bis-sehem ta' fratellanzi Marjani minn parroççi ohra flimkien ma' dawk tal-parroçça. Imexxi l-pellegrinagg l-Isqof ta' Ghawdex Mons Nikol Cauchi flimkien mal-kleru parrokkjali. Wara d-dhul tal-pellegrinagg, titkanta l-antifona u issir celebrazzjoni Ewkaristika u barka sagramentali.
Il-Hamis 31 ta' Lulju 2008
Marija theggigna ghall-indiema
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa animata mill-grupp taz-zghazagh tal-parrocca. "Grupp katina Zaghzugha". Iqaddes u jippriedka Dun Ewkarist Zammit, sacerdot novel fill-parrocca taghna. Jiehu sehem il-grupp tal-kitarri.
Il-Gimgha 1 ta' Awwissu 2008
Marija ghajnuna ta' l-Insara
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa animata mill-grupp' legjun ta' Marija. Iqaddes u jippriedka Mons Dun Karm Borg. Janima l-kant l-organista Clint Spiteri.
Is-Sibt 2 ta' Awwissu
Marija Sultana ta' l-angli
6.00pm Ruzarju u talba tal-kwindicina
6.30pm Quddiesa animata mill-mixja Nio Katekuminali tal-parrocca. Janima l-kant tal-quddiesa il-grupp taghhom stess. Iqaddes u jippriedka Fr Victor Spiteri (Cap).
Il-Hadd 3 ta' Awwissu 2008
5.30pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.00pm Quddiesa animata mill-grupp ‘Kura u trobbija tat-tfal'. Iqaddes u jippriedka Dun Frans Abdilla. Janima il-kant l-organista Clint Spiteri. Waqt il-quddiesa ssir il-prezentazzjoni tat-trabi.
It-Tnejn 4 ta' Awwissu 2008
Marija theggeg il-qlub tat-tfal biex ihobbu lil Gesù
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindiçina
6.30pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni katekistika tal-parroçça. Jiehdu sehem b'mod specjali t-tfal tal-parrocca. Jiehu sehem il-kor tal-kitarri immexxi min Michael Attard. Iqaddes u jippriedka Fr Malcolm Agius Sacerdot Novel.
It-Tleita 5 ta' Awwissu 2008
Marija theggigna ghall-indiema
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa animata mill-grupp ta' San Piju ta' Pitralcina. Iqaddes u jippriedka Fr Domnic Mangani OFM Cap. Il-kant ikun immexxi mill-organista Mario Atanasio.
L-Erbgha 6 ta' Awwissu 2008
Marija mimlija bl-ispirtu t'Alla
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa animata mill-moviment karizmatiku tal-parrocca. Iqaddes u jippriedka Kap Mario Said. janima l-grupp taghhom stess.
Il-Hamis 7 ta' Awwissu 2008
Marija tmexxina wara Gesù
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa animata bis-sehem tal-Fratallanzi tal-parrocca. Iqaddes u jippriedka Fr Ewkarist Zammit. Janima l-kant il-grupp tal-kitarri.
Il-Gimgha 8 ta' Awwissu 2008
Marija minlija bl-Ispirtu s-Santu
6.00pm Ruzarju u talba tal-kwindicina
6.30pm Quddiesa ccelebrata minn Mons Dun Karm Borg. Janima l-kant l-organista Clint Spiteri
7.30pm Vilja ghid ta' l-Assunta
Celebrazzjoni Marjana fi l-Knisja mmexxija minn Fr Franco Fenech OFM bis-sehem tal-grupp El Gibor li tikkonsisti f'kant, tifhir u talba marjan. Issir ukoll quddiesa Marjana.
Fit-tmiem tinghata l-barka sagramentali. Ghal din il-vilja Marjana kulhadd huwa mistieden.
Is-Sibt 9 ta' Awwissu 2008
Marija tifra˙ bil-komunità Parrokkjali
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa tal-Hadd iccelebrata minn Fr Joe Inguanez. Janima il-kant il-kor tal-parrocca ‘In Umun Deum'
9.00pm Nassistu ghall-Hrug ta' l-istatwa ta' Santa Marija fuq iz-zuntier tal-knisja.
Il-Hadd 10 ta' Awwissu 2008
Marija milija bil-grazzja (omm Gesù u ommna)
5.30pm Ruzarju u talba tal-kwindicina
6.00pm Quddiesa b'differenza f'gheluq il-15-il anniversarju tal-kumitat Zghazagh tas-Socjetà Santa Marija. Iqaddes u jippriedka Dun Frans Abdilla bis-sehem tal-grupp ‘Anchor'.
It-Tnejn 11 ta' Awwissu 2008
L-ewwel jum tat-tridu - Jum l-ghaqdiet Soçjali
Marija sahha˙ l-ghaqda bejnietna
Naghtu bidu ghall-ahhar tlett ijiem ta' thejjija spiritwali tal-Festa. It-temi tac-celebrazzjonijiet u riflessjonijiet li jkollna matul dawn il-granet ikunu kollha dwar Il-Madonna u l-hajja nisranija Taghha.
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa kantata bil-muzika u kant mill-kor Parrokkjali, taht id-direzzjoni tad-direttrici, Josienne Grech, animata mill-kunsill pastorali parrokkjali. Imexxi c-celebrazzjoni l-Arcisqof ta' Malta l-E.T. Mons. Pawlu Cremona OP, u wara l-quddiesa titkanta l-antifona, celebrazzjoni ewkaristika u barka sagramentali. Mistiedna speçjali huma l-ghaqdiet Soçjali u Religjuzi kollha tal-parrocca.
It-Tlieta 12 ta' Awwissu 2008
It-Tieni jum tat-Tridu - Jum il-familja
Marija thares il-familji Ghaxqin
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Pastorali Familja tal-parrocca. Iqaddes u jippriedka l-kanonku Alex Cordina. Wara l-quddiesa titkanta l-antifona, celebrazzjoni ewkaristika u barka sagramentali. Muzika mill-kor tal-parrocca mmexxi mid-direttrici Josienne Grech.
L-Erbgha 13 ta' Awwissu 2008
It-Tielet jum tat-Tridu - Jum l-anzjani u l-Morda
Marija farag ta' l-anzjani u l-Morda
6.00pm Ruzarju u talba tal-Kwindicina
6.30pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Pastorali djakonija tal-parroçça. Fil-quddiesa jigi ccelebrat is-sagrament tal-Morda. Inheggu hafna lil dawk li ilhom ma johorgu xi ftit mid-dar sabiex jiehdu sehem f'din il-quddiesa. Min ikollu bzonn ta' trasport ikellem lil xi hadd mill-ministri straordinarji tat-Tqarbin, jew lill-kappillan. Wara l-funzjoni jkun hemm bibita ghall-anzjani u l-morda. Iqaddes u jippriedka il-kanonku Alex Cordina. Wara l-quddiesa jsir il-bews tar-Relikwa lill-anzjani u l-morda, titkanta l-antifona, celebrazzjoni ewkaristika u Barka Sagramentali, bis-sehem tal-kor tal-parrocca, taht iddirezzjoni ta' Josienne Grech.
Il-Hamis 14 ta' Awwissu 2008
Lejlet il-Festa
8.30am Quddiesa kantata ta' radd il-Hajr immexxija minn Fr Mario Said kappillan tal-parrocca. Wara it-tqarbin jitkanta t-Te Deum u l-antifona. Jiehu sehem il-kor tal-parrocca In Unum Deum.
4.30pm Ikollna konfessuri barranin ghall-qrar.
6.00pm Translazzjoni bir-relikwa tal-Madonna. Dun Ewkarist Zammit Sacerdot novel fill-parrocca imexxi fl imkien mas-sacerdoti tal-parrocca u l-fratellanza tas-sagrament. Jiehu sehem ukoll il-kapitlu u l-Bazilka ta' Marija Bambina ta' l-Isla. Il-purcissjoni tohrog
mill-kappella ta' San Filippu Neri li tghaddi minn Triq Santa Marija, iddur ma' l-istatwa
ta' Santa Marija, ghal knisja Parrokkjali. Mad-dhul titkanta l-antifona mill-Amadeus
Chamber choir.
6.20pm L-ewwel ghasar solenni kantat
6.30pm Quddiesa kantata animata mill-Amadeus Chamber choir, u mmexxija minn Dun Ewkarist Zammit sacerdot novel fi l-parrocca taghna. Fit-tmiem titkanta l-antifona,
celebrazzjoni Ewkaristika u barka sagramentali.
Il-Gimgha 15 ta' Awwissu 2008
Jum is-solennita u ghid ta' l-Assunta
Quddies fi s-6.00am, 7.30am, 8.30am, 11am, 5.30pm
8.30am Quddies solenni u kantata bis-sehem ta' l-Amadeus Chamber choir taht id-direzzjoni ta' Mro Brian Cefai. Il-Muzika hija tal-kompozitur Goremond. Il-quddiesa tkun immexxija minn E.T. l-Arçisqof Emeritus Guzeppi Mercieca. Wara l-evangelju jinseg il-pangierku ta' tifhir fuq it-tlugh fis-sema ta' Santa Marija bir-ruh u bil-gisem mill-Kan George Bezzina. Fi tmiem il-quddiesa tindaqq l-antifona minn Mro Brian Cefai. Kif tispicca l-quddiesa jkun hemm il-bews tar-Relikwa u titkanta l-Ave Maria Stella. Ghal din il-quddiesa mistiedna l-ghaqdiet kollha tar-rahal.
5.30pm Quddies bl-omelija
6.15pm Ghasar solenni kantat
7.15pm Nassitu ghal hurg tal-pruçissjoni bl-istatwa artistika ta' Santa Marija mahduma mill-iskultur maghruf Malti Marjanu Gerada. Imexxi l-purçissjoni Dun Ewkarist Zammit.
Jiehdu sehem ukoll il-Fratellanza tar-rahal, il-kapitlu u l-Bazilika ta' Marija Bambina u
l-kavallieri ta' O B FF.
10.30pm Celebrazzjoni Marjana fuq iz-zuntier tal-knisja fejn wara l-istatwa ta' Santa Marija tidhol lura fi l-knisja u titqieghed f'postha fuq il-bradella, titkanta l-antifona Assunta Est Maria, ssir çelebrazzjoni ewkaristika u barka sagramentali bil-muzika ta' l-Amadeus Chamber choir dejjem taht it-tmexxija ta' Mro Brian Cefai.
L-Erbgha 20 ta' Awwissu
Dhul ta' l-istatwa fi n-nicca
6.00pm Ruzarju mil-legjun ta' Marija
6.30pm Quddiesa ta' ringrazzjament immexxija min Dun Ewkarist Zammit. Janima il-kant tal-quddiesa l-organista Clint Spiteri.
Biex niehu pjacr veru fi l-festa
• Nersqu b'mod sincer lejn is-sagramenti tal-qrar u t-tqarbin.
• Inkunu generuzi fi l-bukkett f'gieh Santa Marija b'risq ic-centru l-gdid li se jinbena f'Hal
Ghaxaq.
• Inzommu quddiem ghajnejna li kollox jghaddi, jibqa biss kemm tassew habbejt lil kulhadd
• L-akbar gieh li nistghu naghtu lil Madonna huwa li naghtu s-sehem taghna biex kullimkien isehh il-vera ghaqda
• Naghmlu minn kollox biex ikollna purcissjoni sabiha u devota li fiha niehdu pjacir ukoll b'mod sincier
• Inheggu lil kulhadd jattendi f'dawn il-funzjonijiet
_______________________________________________________________________
Aktar Informazzjoni fuq www.santamarijaghaxaq.com u www.freewebs.com/festatitularighaxaq