RE:Cerimoniera Lajci?
(Date Posted:09/02/2008 01:48 AM)
Filwaqt li huwa minnu li idealment cerimonier ikun sacerdot, jew djaknu, jew seminarista, ta' min ninnutaw x'inhu r-rwol tac-cerimonier? Li jhejji u jara li r-ritwal liturgiku jimxi kif suppost.
F'dan is-sens dan ir-rwol jista' jaqdieh kull bniedem la darba mhux qed ikollu sehem dirett fil-konsagrazzjoni.
Waqt li nerga ntenni li idealment ic-cerimoniera jkunu sacerdoti stess (insemmi hawn fost l-ohrajn lil Mons. Dun Norbert Bonavia, Cerimonier ta' l-Arciqsof Metropolita Mons. Pawl Cremona OP), f'assenza ta' sacerdot nahseb li dan ir-rwol jista' jigi moqdi minn lajci.
Fuq kollox ilkoll kemm ahna mdorrijin bl-assistenti zghar fir-ritwal, l-abbatini, li anke l-isem taljan/antik taghhom juri dan kollu: il-Piccolo Clero.
|