|
(Date Posted:12/06/2008 03:39 AM)
Niehu pjacir ingib ghall-attenzjoni lilkom il-qarrejja ta' dan il-forum attivita` li veru se tkun ta' gid ghal uliedna, mhux sempliciment mill-lat akkademiku u edukattiv imma anke mil-lat kulturali. Ghalkemm din l-attivita` hija mmirata b'rabta mal-Father Christmas, fil-fehma tieghi ghandha sservi wkoll bhala l-ewwel tentattiv biex inressqu it-tfal taghna aktar lejn il-knisja u l-knisja tar-rahal taghhom, lejn l-arti li hemm fir-rahal taghhom, lejn l-identita`tar-rahal taghhom, lejn il-qaddis patrun tar-rahal taghhom u nibnu fihom SENS CIVIKU U SENSE OF BELONGING li jiddispjacini nghid dawn l-ahhar snin naqas u naqas hafna. Din l-attivita` ser issir is-Siggiewi minhabba li huwa r-rahal ta' San Nikola (Christmas Father) u ghaliha se jkun tfal minn bliet u rhula differenti mhux biss mis-Siggiewi, pero` jekk veru rridu li minn din l-attivita` nisiltu objettivi edukattivi ohra, tajjeb li perezempju l-iskola ta' kull rahal torganizza quddiesa u zjara fil-knisja ta' dak l-istess rahal fejn tkun qed tahbat il-festa liturgika ta' dak il-qaddis, meta dan ikun possibbli, perezempju Santa Katerina fil-25 ta' Novembru, San Gorg fit-23 t'April, San Guzepp fid-19 ta' Marzu. Nahseb li dan ghandu jkun l-ewwel tentattiv biex lit-tfal inressquhom aktar bi hgarhom lejn il-knisja u nrawwmu fihom Sens Civiku li sfortunatament spicca ghal kollox f'hafna bliet u rhula Maltin.
____________________________________________________ ATTIVITA GĦAT-TFAL F’JUM SAN NIKOLAMadwar 750 tifel u tifla li jattendu t-tielet sena tal-primarja fi 15-il skola nhar it-Tlieta, 9 ta’ Di ċembru 2008 se jiltaqgħu fil-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, flokkażjoni ta’ Jum San Nikola ta’ Bari, biex jifirħu għall-bidu tal-festi tal-Milied. Il-festa liturġika ta’ San Nikola tiġi ċċelebrata fis-6 ta’ Diċembru, il-jum li fih miet fis-sena 343. Għal sekli sħaħ il-Kattoliċi ċċelebraw lil San Nikola bħala patrun tat-tfal. Peress li f’ħajtu San Nikola kien jgħin lill-foqra u l-batuti, hi tradizzjoni li fil-festa ta’ San Nikola t-tfal jingħataw rigali jew ċikkulata. Din il-festa għadha tiġi ċċelebrata f’diversi pajjiżi Ewropej, bħall-Ġermanja u l-Belġju.Il- ħsieb taċ-ċelebrazzjoni ta’ nhar it-Tlieta li ġej huwa li t-tfal jiskopru l-valuri fundamentali tal-Milied. Iċ-ċelebrazzjoni tinkludi kant u l-istorja vera ta’ San Nikola. Il-qofol se jkun mument meta t-tfal jiltaqgħu ma’ San Nikola, li għandu l-laqam ta’ Father Christmas. It-tfal se jsiru jafu lil San Nikola li jħobb it-tfal u jieħu ħsiebhom u jitlob għalihom. San Nikola jġibilhom l-akbar rigal li qatt jistgħu jirċievu, Ġesù Bambin.Permezz ta’ din i ċ-ċelebrazzjoni t-tfal se jkunu mgħejuna jifhmu wkoll il-valur veru tar-rigali. It-tfal se jkunu mistiedna li jaqsmu l-ġugarelli tagħhom ma’ tfal oħra. Fi tmiem l-attività t-tfal se jippreżentaw lil San Nikola ġugarelli tagħhom sabiex jagħtihom lil tfal li jgħixu fil-Bolivia.It-tfal li se jie ħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni se jkunu f’żewġ gruppi. L-ewwel grupp jiltaqa’ fid-9.15am u t-tieni fil-11.00am. Iċ-ċelebrazzjoni qed tiġi organizzata mit-Taqsima għat-Tagħlim tar-Reliġjon fl-Iskejjel, fi ħdan is-Segretarjat għall-Katekeżi bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni kif ukoll bl-għajnuna tal-iskejjel fil-Kulleġġi San Benedittu, San Nikola, Sant’Injazju u San Tumas More u l-iskola Santa Ġiovanna Antida.
UFFI ĊĊJU STAMPA Il-Kurja ta’ l-Arċisqof, FlorianaTel: 25906203, 21241281 Fax: 21242971 Email: info@maltadiocese.org
05 ta’ Diċembru 2008 TQASSIM: MEDIA KOLLHA MINN : C. BUTTIGIEG REF : 158/2008
|