User Name  Password
Festi Interni
Title: Sfregju kil-Knisja ta' Marsaxlokk
Hop to: 
Search Tags: artali, Marsaxlokk, sfregju, tekli
Views:447     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:08/17/2008 03:08 AM)

Dan l-ahhar inzilt ftit Marsaxlokk u ltqajt ma habib antik minn tieghi.  Beda jghidli fuq il-preparamenti li saru ghall-festa imma minhabba t-Tragedja tas-Shimsar ma sar xejn.  Kulma saru l-festi ta' gewwa.  Ma nafx kif gie d-diskors u ghidtlu x'naqa ta' pittura sabiha ghandhom f'dawk id-dahliet li ghandhom fil-kursija u gietni kurzita` u saqsejtu il-ghala hemm il-pittura u mbaghad tahthom lanqas hemm l-artali zghar li naraw fil-knejjes l-ohra?  Ghidtlu possibbli qatt ma saru mindu nbniet il-knisja?  Lanqas stajt nemmen meta qalli li kien fiz-zmien il-kappillan Dun Overrend mhux daqstant zmien ilu, meta dawn l-artali kissruhom bicciet u ramewhom bir-relikwiji b'kollox!  Is-slaleb li bdejt inrodd dakinhar qatt ma raddejthom f'hajti.  Possibbli li llum qed naslu biex inkissru l-artali antikissimi u narmuwhom bit-tekli b'kollox?  Dak huwa l-wirt li l-esperti tal-knisja jghidulna li jridu jippreservaw?  Imma dawn l-affarijiet l-Isqfijiet ikunu jafu bihom jew le?  Ghax dawn affarjiet li lanqas jitwemmnu ta!  Kif qatt tista tasal biex tkisser u tnehhi l-artali tal-kursija u tarmihom barra fl-iskip bit-tekli b'kollox?

Guest



RE:Sfregju kil-Knisja ta' Marsaxlokk
(Date Posted:10/11/2008 07:05 AM)

Fil-Knisja ta' San Gejtanu, il-Hamrun gara l-istess haga..Fil-Knisja kont tara 11 -il artal mill-isbah li uhud minnhom saru minn donazzjonijiet kbar minn familji li joqghodu gewwa u anki barra l-Hamrun. Dawn l-artali ghalhekk kienu jiswew hafna hafna flus u kienu isebbhu l-Knisja. L-artal maggur kien wiehed mill-isbah ta' Malta.  F'lehha ta' berqa, fl-1971, bosta mill-artali tnehhew biex minflok isiru konfessjonarji li ma jintuzaw qatt...Min irid jista' jmur jarahom!!

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

100% satisfiction sale for wii accessories,the lowest price at $0.99.
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.