User Name  Password
Festi Interni
Title: Santa Marija,Hal Ghaxaq
Hop to: 
Views:1704     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:07/01/2008 09:40 AM)

X'tahsbu dwar l-istatwa tal-assunta gewwa hal Ghaxaq?Din is-sena jahbat il- Bi-Centinarju ta' din l-istatwa, gojjel u gawhra Titulari tal-Ghaxqin. Fit-30 ta' Lulju se jsir pellegrinagg b'din l-istatwa mat-toroq ta' Hal Ghaxaq u apparti il-marc li se jsir fit-3 t'Awwissu ghal din l-okkazjoni, ser tizzanzan ukoll l-ewwel statwa ta' S.Gorg Preca f'Malta fil-marc tat-2 Tridu,fit-12 t'Awwissu!!

Ghal aktar informazzjoni idhlu fuq www.freewebs.com/festatitularighaxaq jew www.santamarijaghaxaq.com

Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/01/2008 10:11 AM)

Wiehed mill-kapulavuri ta' Gerada.  M'inix minn Hal Ghaxaq u nghidilkom hudu pjacir biz-zewg festi li taghmlu u l-glied pogguh fil-genb.
Support us

Create free forum and click the links below and your donations will make a difference here.

Super Virtual Game Currency Online Store

Lowest quotation. IGXE commits itself to offer the WOW Gold in lowest price with the reliable service in the market. You can buy cheapest wow gold safely and enjoying our fastest delivery in 24 hours a day, 7 days a week.
 
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/04/2008 00:55 AM)

Bla dubju wahda mill-isbah statwi li hawn f'pajjizna!

Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/28/2008 05:34 AM)

Pellegrinagg Marjan f'Hal Ghaxaq.

Fl-okkazzjoni tal-200 sena mill-wasla ta' l-istatwa titulari ta' Santa Marija fir-rahal ta' Hal Ghaxaq ser isir Pellegrinagg Marjan bl-istatwa titulari ta' Santa Marija mat-toroq ta' Hal Ghaxaq nhar l-Erbgha 30 ta' Lulju 2008 fis-7.30PM. Imexxi l-E.T. Mons. Nikol Cauchi, Isqof Emeritus ta' Ghawdex. Fis-6.00Pm tinghata bidu ghal quddiesa kantata ikkoncelebrata mill-E.T. Mons Nikol Cauchi u animata mill-Amadeus Choir Chamber taht it-tmexxija ta' Mro. Brian Cefai. Wara jinghata bidu ghal Pellegrinagg Marjan bl-istatwa titulari ta' Santa Marija Assunta, madwar it-toroq ta' Hal Ghaxaq.Ghal aktar informazzjoni zuru www.santamarijaghaxaq.com , www.freewebs.com/festatularighaxaq  jew segwu ir-radju tas-socjeta fuq 98.9Fm Stereo.

Grazzi u Narawkom hemm!!!

Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/28/2008 15:25 PM)

Santa Marija ta' Hal Ghaxaq hija wahda mill aktar xoghlijiet importanti ta' Marjanu Gerada barra minhekk hija l-isbah Statwa ta' l-Assunta f'dawn il-gzejjer Maltin, Jiena li ta' kull sena insegwi mill-qrib din l-istatwa nitpaxxa meta naraha u nghid kemm hija sabiha fuq din l-art ahseb u ara kemm hija isbah fis-smewwiet. Ghax l-ghaxqin ghadna ghalfejn inkunu kburin b'dak li ghandna f'din l-istatwa fiha expressjonijiet li l-ebda statwa ohra ma ghandha. l-Assunta ta' Hal Ghaxaq kapulavur ta' Marjanu giet uzatha bhal Mudell ghal poplu ta' l-Imqabba biex ghandhom l-istatwa tal-lum infatti dawn iz-zewg statwi jixtibhu hafna. barraminhekk l-istatwa ta' Had-Dingli hija ukoll statwa li tixbah hafna bhala figura lil ta' Hal Ghaxaq. L-istatwa ta' Hal Ghaxaq qedgha titajjar fuq shab bajdani u ma gemba hemm anglu interessanti ferm ghaliex huwa l-unika anglu fil-gzejjer maltin fuq l-istatwi processjonali bin-natural ta' ragel. Ghalhekk ghal xi zmien din kienet tigi mghotija b'terha ma nafx il-ghala?? illum qedghin ingawdu dak li Marjanu offrilna 200 sena ilu propju 1808 u din hija il-200 sena b'din l-istatwa li saret it-tieni wahda wara dik tal-Gudja b'wicci min quddiem nghid li ma saret l-ebda statwa ta' Santa Marija wara dik isbah minnha. Grazzi Marija talli tghatina l-opportunita li nghamlulek festa sabiha u Devota. Ghaxqin ejja inkomplu nahdmu ghaz-zewg festi sbieh u ta' l-akbar zewg qaddisin tas-Sema.

VIVA SANTA MARIJA U VIVA SAN GUZEPP

Ghada tohrog min-nicca fl-4:30pm u l-Erbgha Pellegrinagg.
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/28/2008 15:32 PM)

X'tahsbu intom li Santa Marija ser tkun isbah minghajr angli tal-Fidda? Jew ahjar bihom??

Jien personali naqbel li kellhom jitnehhew bhal ma is-soci ghazlu u nghidilhom Prosit ta' din id-decizzjoni ferm kiefra.
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/29/2008 09:31 AM)

Jien mhux minn Hal Ghaxaq imma nqis l-istatwa ta' Santa Marija li ghandhom l-Ghaxqin bhala l-isbah statwa li hawn f' Malta. Ghalkemm il-bidla kbira li saret fuqha bl-ahhar restawr xejn ma ghogbitni xorta tibqa' meravilja. Nahseb li bla angli tkun hafna isbah milli hi ghax hemm wisq affarijiet fuq il- bradella li qed jghattu l-pedestall li wkoll hu sabih hafna. Fl-opinjoni tieghi wara t-tnehhija ta' l-angli handhom jiehdu hsieb jibdlu l-bankun ukoll u jsir wiehed li verament jixraq li dan il-kopulavur ta' Gerada.
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/30/2008 05:37 AM)

Lil dak ta' qabli nixtieq nghidlu li kif saret wara r-restawr regghet giet kif kienet originaljament u ma saret ebda bidla ghax il-kuluri blu u ahmar mal-libsa minn dejjem hemm kienu u kull ma sar regghu harguhom ghax kienu telqu biz-zmien. Izda forsi vera tinhasad kif tara l-ewwel darba ghax ma tkun rajtha hkk qabel.u iva nixtieq nikkonferma li l-bradella li hemm ha tibidel fi ftit snin ohra,biex issir wahda isbah, kif jixraq lil gawrha tal-ghaxqin. Tajjeb li nghidu, lil-bradella li hemm bhallissa kienet giet ordnata mal-ordni tal-istess statwa, izda tajjeb li jsir wiehed isbah minn dak li ilu fostna mill-1808.Jien naqbel ukoll li jitnehhew l-angli ghax b'hekk ha naraw lil Patruna Titulari tal-Ghaxqin kompluta, ezattament kif kienet originali.

Nixtieq infakkar fil-quddiesa koncelebrata fis-6pm u fil-pellegrinagg ghal habta tas-7:30pm,immexi mill-E.T Mons. Nikol Cauchi,isqof emeritus t'Ghawdex.Ejjew halli flimkien naghtu qima lejn din ommna Marija Assunta u nitolbuha thares lil Familji kollha taghna, kemm ghaxqin u anke minn barra r-rahal.

Viva dejjem Santa Marija
1808-2008

Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/31/2008 03:14 AM)

L-istatwa Santa Marija ta' Hal Ghaxaq mis-sena 2006 'l hawn qedghin nergu ngawduha kif suppost u kif kienet ma nahsibx li qabel kellha xi kuluri sbieh ghax min fuq s'isfel kien l-istess. Jien jidhirli l-kulur ta' l-ilbies tal-Madonna huma ahmar, blue, u Abjad li ghandhom hafna tifsirietsbieh, ahmar-Sultana, Blue-Divina u Abjad-Mnissla Bla Tebgha. Qabel ghas kont taf fejn huwa l-mant!! l-Wicc zgur gie isbah. iva l-Assunta ta' Hal Ghaxaq ser tkun isbah minghajr angli ghax b'hekk ingawdu dak l-qabar sabih li ghandha. fil-fehma tieghi f'Santa Marijiet tista' tmur fejn trid imms isbah min ta' Hal Ghaxaq mhux ha issib. Prosit lil kappillan u l-Parruccani kollha, lil Fratellanzi tar-Rahal taghna dwak tal-Kbir Glorjuz San Guzepp, tas-SSimu Sagrament u tal-Madonna tar-Ruzarju u fratelli ta' fratellanzi Marjani minn Parocci DIfferneti.

Fil-15 t'Awwissu festi sbieh f'Hal Ghaxaq specjalment funmzjonijiet religjuzi ghalhekk nitlob lil kulhadd biex jattendi,

Fit-8 t'Awwissu fit-8:30pm Velja ta' Talb. Narawkom

VIVA SANTA MARIJA
PATRUNA TA' HAL GHAXAQ
1808-2008 QALB L-GHAXQIN
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:07/31/2008 04:53 AM)

Proset kbira lill-Organizzaturi tal-Pellegrinagg;l-Ghaqda Muzikali Santa Marija flimkien mal-kleru u l-kappillan tal-Parrocca ghax veru dehret l-imhabba u d-devozzjoni li ghandhom l-Ghaxqin lejn il-Patruna Titulari taghhom u l-Maltin li attendew urew kemm ihobbu lill-Ommna Marija. Kienet xi haga sabiha b'dawk l-ammont kbir ta' nies li attendew ghal quddiesa kantata u koncelebrata mill-E.T isqof emeritus Mons.Nikol Cauchi. Fil-Knisja l-aqqas kien hemm fejn tpoggi labra. Proset lil kullhadd specjalment lir-reffiegha,lil fratellanzi ghaxqin u barranin kif ukoll lin-nies li ghalkemm l-istatwa tal-Assunta daret kwazi ir-rahal kollu, baqghu jimxu warajha u jghidu it-talba tar-Ruzarju. Proset lil Mark Tonna,Joe julian Farrugia u l-Mro.Ray Sciberras ghal dak l-innu meraviljuz bl-isem "Sabiha' li 'zzanzan fl-okkazjoni tac-centinarja. Imsomma Proset lil kull minn ha sehem.

Issa ommna Marija terga tbierek lir-rahal nhar id-9 t'awwissu u fil-15 tax-xahar bil-kumplament tal-kwindicina mimlija attivitajiet interni u esterni. Zuru www.santamarijaghaxaq.com u www.freewebs.com/festatitularighaxaq ghal progarmm shih u mimli daqs bajda f'gheluq il-Bicentinarju tal-istatwa tant ghaziza u devota ta' Santa Marija.

Viva l-Gawrha Sabiha Santa Marija,Patruna ta' Hal Ghaxaq u l-Gzejjer Maltin.
200 Sena iddawwal it-tempju t'ibnek Gesu' ,iddedikat lilek sa mill-bidu tar-rahal!
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/04/2008 06:16 AM)

Nixtieq infakkar lid-dilettanti tal-festi li  l-istatwa Meraviljuxa u Unika li tinsab meqjuma fit-tempju Marjan ta' Hal Ghaxaq ser tohrog fuq iz-zuntier nhar is-Sibt 9 t'Awwissu biex ghal darb'ohra tbierek lir-Rahal ta' Hal Ghaxaq qabel jkompli jiccelebra il-qofol tal-festi nistednukom tkun maghna fuq iz-Zuntier fit-8:45pm biex flimkien inkantaw Mat-Tisliem u Daqq tat-tormbi fost il-ferh u l-armonija tislim nghatu lil Marija li fis-sema mtella' giet. Viva l-Ferh tal-Qaddisin Viva l-Gawhra ta' l_Ghaxqin.

VIVA SANTA MARIJA 200 SENA FOST QALB L-GHAXQIN LI F'KULL HIN KBRUIN BIK.!!.
Guest



Festi Maltin u Ghawdxin
(Date Posted:08/04/2008 07:12 AM)

Ahna fir-rahal taghna niccelebraw 2 festi u qatt ma kellna problemi mal-knisja kif inghad f'messaggi qabli. Ovjament il-knisja dejjem tatna dak li tahseb li hu tajjeb ghalina. Dak li baqa issa nikkmandaw il-knisja x'taghmel mil-bieb il-gewwa, ftit iehor nibdew inqaddsu ahna wkoll! - Ejja nikbru!. Jiena nghid lil arcisqof ta Malta u t'Ghawdex keep it up u toqoghdux tibzghu tiehdu decizjonijiet li f'ghajnejkhom jidhru tajba avolja forsi ghal ftit iweggghu xi nies pero meta jghaddi z-zmien kollox jintesa u jghidu mnalla hadu dik id-decizzjoni - ma tistghux tghogbu lil kulhadd f'kollox ux.
Prosit lill-Knisja Kattolika Maltija u Rghajja Spiritwali taghha.
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/09/2008 01:25 AM)

Illum, kullhadd mistieden fid-8:45pm fuq iz-zuntier tal-Knisja Monumentali Ghaxqija biex flimkien naghtu merhba kif jixraq, hekk kif l-isbah statwa tal-Assunta f'pajjizna tohrog fuq iz-zuntier,biex ghat-2 darba dis-sena tbierek rahalna u wara inkomplu niccelebraw bix-xieraq fil-marc.

Ghada tkompli il-Quddies tal-Kwindicina pero' iddedikata liz-zghazagh Stillieri, fejn dawn ha jorganizzaw quddiesa kommemorattiva f'gheluq il-15-il sena mit-Twaqqif tal-ewwel sezzjoni zghazagh f'Hal Ghaxaq.Tajjeb li nifirhu ma' dawn iz-zghazagh u nifirhulhom talli ghazlu biex apparti li jaghmlu kuncert bil-banda fit-8:30pm nhar it-tnejn, ghazlu biex jibdew dan l-anniversarju b'Quddiesa.

Nhar it-tnejn jibda it-tridu fejn fis-6pm jkun hemm ir-ruzarju u wara tibda l-quddiesa koncelebrata mill-Arcisqof ta' Malta E.T. Mons.Pawlu Cremona O.P. It-Tridu jkompli it-Tlieta u l-Erbgha b'quddiesa immexxija mill-Kan.Alex Cordina, fejn l-Erbgha ha ssir il-Grizma tal-Morda lil Morda u l-Anzjani.

Ghal Programm ta' Lejliet u Nhar il-festa zuru dan il-Link fejn hemm kollox dettaljat:

http://festiinterni.aimoo.com/Diskussjonijiet-Generali/Festa-Intena-Santa-Marija-Ghaxaq-1-24807.html

Ghal aktar informazzjoni dwar il-Festa Titulari tal-Ghaxqin zuru www.santamarijaghaxaq.com jew www.freewebs.com/festatitularighaxaq

Ejjew u iccelebraw maghna dawn l-Anniversarji tal-BiCentinarju tal-Istatwa tal-Assunta fir-rahal taghna u l-15 -il Sena Sezzjoni Zghazagh Stillieri.Festa bejn id-9 u l-15 t'Awissu. Narawkom!!!

Viva Santa Marija, Patruna tal-Gzejjer Maltin ghal dawn l-ahhar-> 160 Sena.
Viva l-Ewwel Sezzjoni Zghazagh fir-Rahal taghna-Sezzjoni Zghazagh Stillieri-> 1993-2008
Viva il-Patruna Unika tal-Ghaxqin, Ommna Marija taht it-titlu tal-Assunta-> 200 Sena izzejjen il-Knisja u r-rahalna.
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/09/2008 12:58 PM)

prosett ta decizjoni li hadtu fuq l angli jien ghalija l isbah statwe f malta ta Marjanu Gerada fijom kollox li titlob l arti Hal ghaxaq -santa marija  Zabbar-tal grazzja  Zurrieq -santa katarina thares min fejn thares kapullavur
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/11/2008 08:08 AM)

Illum il-Komunita Ghaxqija se tilqa' fosta lil E.T. Mons. Pawlu Cremona Isqof ta' Malta ghal quddiesa koncelebrata u solenni tal-1 jum tat-Tridu, tal-festa ad unur ommna marija mtghella s-sema, fl-okkazjoni tal-BiCentinarju tal-Istatwa Artistika,Devota u Gawrha Ghaxqija ta' Santa Marija.Jala din iz-zjara tkompli tmexxina fid-direzzjoni t-tajba.Ghada se tizzanzan ukoll l-Unika Statwa tal-ewwel qaddis Malti f'Hal Ghaxaq, dik ta' San Gorg Preca wara l-Marc brijjuz u se jitella' bl-innu lil Dun Gorg Preca. Din l-istatwa li hija realistika ghax tixbah lil Dun Gorg hija xoghol ta' Statwarju Ghaxqi Stess u dan l-Ghaxqin ghandhom ghalfejn ikunu Kburin.

VSM 1808-2008  

Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/12/2008 06:04 AM)

Statwa sabiha hafna
Guest



RE:Santa Marija u San Guzepp - Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/15/2008 03:15 AM)

Nixtieq nikkumenta dwar id-diskors pacifiku tal-Kappillan ta' Hal Ghaxaq illum 15 t'Awwissu fil-prezenza ta' l-Arcisqof Emeritus l-ET Guzeppi Mercieca waqt il-quddiesa solenni tal-festa. Huwa qal li illum tistghu taraw ix-xbieha sabiha tal-Assunta - Statwa gewwa l-Parrocca Ghaxqija indurata mil-gdid u mzejna b'erba gastri tal-fidda li gew irrestawrati u mhallsa min diversi Benefatturi Ghaxqin madwar ir-rahal kollu u l-ebda persuna f'isem xi kazin tal-banda ma hallset ghar-restawr taghhom. Dan huwa gest li wiehed ghandu jammira meta go rahal tkun qieghda tigi ccelebrata festa titulari - il-festa tal-parrocca. Dan il-kliem kollu ntqal fil-prezenza tal-ET Guzeppi Mercieca u ta' min wiehed jirrikonoxxih peress li huwa kliem li ntqal quddiem Rghajja tal-Knisja Kattolika Maltija u bhalha xhieda ta' dan fil-knisja kien hemm tista' tghid persuni min kull ghaqda li tinsab gewwa l-parrocca ta' Hal Ghaxaq li fiha ticcelebra zewg festi principali sbieh u b'devozzjoni kbira, dik ta' Santa Marija u dik ta' San Guzepp - l-Akbar Qaddisin tal-Knisja .   

VSM & VSG

Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/18/2008 03:58 AM)

Prosit lil kul min hadem biex il-gastri sbieh li kienu mghotija lill knisja fis-sena 1937 biex jintuzaw mall-Vara Titulari ta' Santa Marija regghu gew isbah milli qatt kienu. prosit u prosit jAlla Santa Marija tkompli timlina bl-imhabba dejjiemha taghha lejn Alla. u tkompli theggeg fina l-imhabba taghna lejha. VIVA SANTA MARIJA PATRUNA TITULARI TA' L-GHAXQIN 200 SENA FOSTNA INHOBBUK GHAL DEJJEM
Support us

Just click the links below and your donations will make a difference here.

 
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/18/2008 06:18 AM)

bla dubju lisbah statwa fmalta u vera kbar ta santa marija vssssmmm
Guest



RE:Santa Marija,Hal Ghaxaq
(Date Posted:08/18/2008 10:16 AM)

Naqbel mieghek li l-gastri gew isbah milli kienu peress li gew irrestawrati il-vazuni u l-fjuretti nbiddlu minhabba l-hsara kbira li kellhom u li kif smajt kienet irreparabbli u gew kif kienu originali fl-1937. Prosit wkoll li tnehhew l-angli ghax fl-oppinjoni tieghi ma kienu jixirqu xejn ma l-istil tal-istatwa ta' Santa Marija u fejn tpoggew issa ta l-inqas gew jaqblu xi ftit mal-fided li jkun hemm fuq l-artal. J'Alla z-zewg qaddis kbar ta' Hal-Ghaxaq jzommu harsithom fuq ir-rahal.   

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

100% satisfiction sale for wii accessories,the lowest price at $0.99.
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.