|
(Date Posted:09/02/2008 07:35 AM)
AVVIZ
LAQGHA
Se Ssir Laqgha Ghal Dawk li Jhobbu l-Festi Interni u r-Rit Tridentin
Jum: Il-Hadd 28 ta' Settembru 2008
Post: Fuq iz-Zuntier tal-Kon-Katidral ta' San Gwann
Hin: Wara, li tintemm il-quddies tad-9:15am li partijiet minnha jkunu bil-Latin (Novus Ordo).
Tkun haga sabiha kieku l-ewwel nattendu l-quddiesa u mbaghad niltaqghu fuq iz-zuntier.
l-Ghan principali huwa dak li l-Festi Interni u r-riti Liturgici tradizzjonali kif ukoll Riti Tridentini jibqghu jigu prattikati u ssalvagwardjati, specjalment f'dawk ic-celebrazzjonijiet li jsiru fil-festi patronali taghna f'pajjizna. Dan huwa ghan nobbli hafna u huwa bi dritt u b'obbligu li kommunita` ta' nies tinghaqad flimkien biex thares il-patrimonju taghha kemm bhala insara u kemm bhala cittadini ta' dan il-pajjiz.
Membru f'dan il-forum li ghandu xewqa li jitwaqqaf grupp/moviment li jhares il-Festi Interni u d-drawwiet liturgici tradizzjonali halla l-email tieghu bil-ghan li tikkuntattjawh. L-e-mail hu: rittridentin@gmail.com
Kull min ghandu xi kummenti jew ideat jew opinjonijiet jista' jiddiskutihom billi jirrispondi u jkmpli jikteb f'dan it-topic.
|