User Name  Password
Festi Interni
Title: Artiklu Interessanti ta' Mario Fenech dwar il-festi u l-opri ta' Gewwa l-knisja.
Hop to: 
Views:586     
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    
AuthorComment
Guest
 Author    


(Date Posted:08/11/2008 02:24 AM)

Se nipproducilkom artiklu verament interessanti tal-bravu Mario Fenech, bniedem li ghandu ghal qalbu l-festi Maltin u nahseb kull tip ta' storja u kultura li jsawwru dawn il-gzejjer taghna.  Mario Fenech huwa maghruf u baqa' maghruf ghall-programm 'Forcina'.  Dan l-artiklu inkiteb ghall-programm sabih li harget is-Socjeta Santa Marija, Banda Re Gorg V ta' l-Imqabba fl-okkazjoni tal-Festa 2008 bl-isem 'Fejn sejrin?'.  F'dan l-artiklu Mario Fenech jitkellem dwar il-qawmien kulturali u l-patrimonju religjuz li ghandna fil-knejjes taghna u jishaq fuq il-punt li jekk il-knisja trid veru tikkontrolla b'mod gust u b'mod ekwu l-festi li jsiru barra, tajjeb allura li wiehed ma jibqax daqshekk rigidu, strett u arbitrarju fuq dak li jsr gewwa l-knisja.  Mario semma l-punt li ghalkemm l-isqof ghandu ideat pozittivi fuq il-festi ma jista ikun li bniedem iehor jew ohrajn li jaqghu tahtu bhala amministraturi jaghtu verdetti negattivu fuq opri u inizjattivi li jkunu ta' gid ghall-parrocca.  Semma wkoll in-numru ta' opri u knejjes mitluqin, b'opri li qieghdin fi stat hazin.  Semma wkoll in-nuqqas ta' ftehim li jkun hemm bejn il-benefatturi ta' l-opra u l-esperti ta' l-arti sagra fil-Kurja ta' Malta, u sahaq li mhux l-ewwel darba li bid-decizjonijiet ta' dawn ta' l-ahhar il-progett spicca gie hazin.  Mario jaghlaq billi jghid li hemm bzonn ta' aktar djalogu f'dawn l-affarijiet jekk vru rridu li l-knisja u l-poplu jimxu id f'id.  Kulhadd jaf kemm il-poplu ghandu ghal qalbu dawn l-affarijiet.  Din irridu nzommuha f'mohhna.  Il-poplu Malti huwa poplu religjuz u huwa wkoll affaxinat mill-arti sagra u mill-funzjonijiet li jsiru gewwa.  Dejjem ahjar minn popli ohra barranin li bil-valuri u xejriet moderni taghhom qieghdin dejjem jitbieghdu minn Alla.  Nispera li dan l-artiklu jasal quddiem l-iskrivanija ta' l-Arcisqof Cremona u jaghmel ezami tieghu halli dan il-pajjiz terga tibda tinzera zerriegha ta' spiritalita` u ta' mhabba lejn Alla u lejn il-knisja.  Inutli ninneggaw, hafna vokazzjonijiet johorgu hafna minn fejn hemm imhabba kbira lejn il-knisja, fl-ibliet u rhula fejn l-affarijiet fil-knisja jittiehdu bis-serjeta`.  Grazzi ohra u kbira tmur lis-Socjeta` tal-M.U.S.E.U.M li anke minnha johorgu diversi vokazzjonijiet.  Importanti imma li f'dan il-punt Monsinjur Arcisqof jifhem sew is-sitwazzjoni li l-poplu ghaddej minnha.  Dan il-poplu ma jistax jigi mcahhad minn dak li hu tieghu, minn dak li huwa mrawwem fih.  Sakemm l-affarijiet isiru b'serjeta' u b'imhabba lejn Alla, dawn ghandhom jinghatalhom l-appogg.  Prosit u grazzi Mario.  Kompli ishaq fuq il-punti tieghek.  Hawn hafna nies li jemmnu f'dak li tghid.

Peress li meta ppruvajt naghmel copy u paste ta' l-artiklu beda jigi b'hafna zbalji minhabba fonts Malti, se naghtikom biss il-link minn fejn tistghu tkunu tnizzlu l-ktieb shih ta' din is-Socjeta` Mqabbija.  Jista' jkun li meta ghaddi z-zmien il-link jitnehha.

L-artiklu jinsab f'pagna 100.

http://www.santamarija.com/images/activities/2008/feast%202008/programm%202008.pdf

 


Catania
1# 



Rank:none
Score:1
Posts:1
From: Malta
Registered:08/09/2009
Time spent: 2 hours

RE:Artiklu Interessanti ta' Mario Fenech dwar il-festi u l-opri ta' Gewwa l-knisja.
(Date Posted:08/09/2009 08:17 AM)

Artiklu tassew interessanti. Nawgura l-festa t-tajba lil kulhadd, l-aktar lil ta' San Lawrenz u Santa Marija.

Buy Qualified Gadgets at Low Price!
Huge 3C Store with Worldwide Free Shipping Selling iPhone Accessories Computer Accessories and More
www.dinodirect.com

Ads by Aimoo
<<Previous ThreadNext Thread>>
Page 1 / 1    

Biggest Coupon for Cucusoft Converter,Lowest Price 50% Off Online once in a blue moon!
Sign Up | Create | About Us | SiteMap | Features | Forums | Show Off | Faq | Help
Copyright © 2000-2009 Aimoo Free Forum All rights reserved.